<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-257/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0257</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:819">EU:T:2021:819</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20211124">24.11.2021</DATE> – Kawża T‑257/19 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Al Zoubi vs Il‑Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir‑Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20211124">24 ta’ Novembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja</KEYWORD><KEYWORD>Iffriżar ta’ fondi</KEYWORD><KEYWORD>Żbalji ta’ evalwazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑257/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Khaldoun Al Zoubi</HT>, residenti f’Damasku (is-Sirja), irrappreżentat minn L. Cloquet, avukata,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn S. Kyriakopoulou u V. Piessevaux, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 18</REF.DOC.OJ> I, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 18</REF.DOC.OJ> I, p. 4), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas‑<DATE ISO="20190517">17 ta’ Mejju 2019</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 132, p. 36</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 234, p. 31</REF.DOC.OJ>), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas‑<DATE ISO="20190517">17 ta’ Mejju 2019</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 132, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 234, p. 31</REF.DOC.OJ>), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat‑<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 66</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat‑<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 1</REF.DOC.OJ>), inkwantu dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir‑Raba’ Awla),</P><P>komposta minn S. Gervasoni, President, L. Madise u J. Martín y Pérez de Nanclares (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: B. Lefebvre, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20201021">21 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu rriprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża u l‑fatti sussegwenti għall‑preżentata tar‑rikors</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 18</REF.DOC.OJ> I, p. 13), u permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="018" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 18</REF.DOC.OJ> I, p. 4) (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>atti inizjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), isem ir-rikorrent ġie inkluż fil-linja 268 tat-Taqsima A tal-listi tal-ismijiet tal-persuni, entitajiet u organi suġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255 u fl-Anness II tar-Regolament Nru 36/2012 (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>listi inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), bl-indikazzjoni tar-raġunijiet sussegwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja; inkluż ir-rwoli tiegħu bħala Viċi President ta’ Aman Holding u azzjonist maġġoritarju tal-linja tal-ajru Fly Aman. Fil-kapaċità tiegħu, huwa marbut ma’ Samer Foz. Aman Holding huwa rrappreżentat fuq il-bord ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Aman [Dimashq]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>, impriża konġunta fil-kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim, u għandu sehem maġġoritarju fiha. [Al Zoubi] jibbenefika mir-reġim u/jew jappoġġah permezz tal-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President ta’ Aman Holding.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20190517">17 ta’ Mejju 2019</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/806 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 132, p. 36</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 234, p. 31</REF.DOC.OJ>), li estendiet l-applikazzjoni ta’ din l-aħħar deċiżjoni sal‑<DATE ISO="20200601">1 ta’ Ġunju 2020</DATE>; fl-istess jum, il-Kunsill adotta wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/798 li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 132, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="234" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 234, p. 31</REF.DOC.OJ>), (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>atti ta’ żamma tal‑2019<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). Isem ir-rikorrent inżamm f’linja differenti, il-linja 286 tat-Taqsima A tal-listi inkwistjoni abbażi ta’ raġunijiet identiċi għal dawk li jinsabu fl-atti inizjali.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/719 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 66</REF.DOC.OJ>), li estendiet l-applikazzjoni ta’ din l-aħħar deċiżjoni sal‑<DATE ISO="20210601">1 ta’ Ġunju 2021</DATE>, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/716 li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 168, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>atti ta’<?PAGE NO="3"?> żamma tal‑2020<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>). Isem ir-rikorrent inżamm fil-linja 286 tat-Taqsima A tal-listi inkwistjoni, taħt raġunijiet parzjalment differenti minn dawk imsemmija fl-atti ta’ żamma tal‑2019. Il-Kunsill iġġustifika l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu billi indika r-raġunijiet sussegwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja; inkluż ir-rwoli tiegħu bħala Viċi President ta’ Aman Holding u azzjonist maġġoritarju tal-linja tal-ajru Fly Aman (sa Frar 2019). Fil-kapaċità tiegħu, huwa marbut ma’ Samer Foz. Aman Holding huwa rrappreżentat fuq il-bord ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Aman [Dimashq]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>, impriża konġunta fil-kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim, u għandu sehem maġġoritarju fiha. [Al Zoubi] jibbenefika minn u/jew jappoġġa lir-reġim Sirjan. Membru fundatur ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Asas Iron Company<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura u t‑talbiet tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20190415">15 ta’ April 2019</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors intiż għall-annullament tal-atti inizjali, inkwantu dawn l-atti jikkonċernawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>, ir-rikorrent, abbażi tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, adatta r-rikors, b’mod illi dan huwa intiż ukoll għall-annullament tal-atti ta’ żamma tal‑2019, inkwantu dawn l-atti jikkonċernawh. Ir-rikorrent tenna wkoll it-talbiet li kienu jinsabu fir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190808">8 ta’ Awwissu 2019</DATE>, il-Kunsill ippreżenta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali r-risposta u l-osservazzjonijiet dwar l-ewwel nota ta’ adattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-replika ġiet ippreżentata fl‑<DATE ISO="20191001">1 ta’ Ottubru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20191017">17 ta’ Ottubru 2019</DATE>, il-President tal-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(3) tar-Regoli tal-Proċedura, assenja mill-ġdid il-kawża lil Imħallef Relatur ġdid, assenjat lir-Raba’ Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-kontroreplika ġiet ippreżentata fit‑<DATE ISO="20200108">8 ta’ Jannar 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-fażi bil-miktub tal-proċedura ngħalqet fit‑<DATE ISO="20200108">8 ta’ Jannar 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89(3)(a) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali, fit‑<DATE ISO="20200723">23 ta’ Lulju 2020</DATE>, talbet lill-Kunsill iwieġeb għal sensiela ta’ mistoqsijiet Il-Kunsill wieġeb għall-mistoqsijiet fit-terminu mogħti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20200813">13 ta’ Awwissu 2020</DATE>, ir-rikorrent, abbażi tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura, adatta r-rikors għat-tieni dabra, b’mod li dan huwa intiż ukoll għall-annullament tal-atti ta’ żamma tal‑2020, inkwantu dawn l-atti jikkonċernawh. Ir-rikorrent tenna wkoll it-talbiet li kienu jinsabu fir-rikors kif ukoll fl-ewwel nota ta’ adattament u ressaq argumenti ġodda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali, fit‑<DATE ISO="20200930">30 ta’ Settembru 2020</DATE>, talbet lill-Kunsill jipproduċi dokument. Il-Kunsill ikkonforma ruħu ma’ din it-talba fit-terminu mogħti. Matul is-seduta li nżammet fil‑<DATE ISO="20201021">21 ta’ Ottubru 2020</DATE>, ir-rikorrent ma ppreżentax osservazzjonijiet dwar it-tweġibiet tal-Kunsill għall-miżuri ta’ organizzazzjoni differenti deċiżi mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20201002">2 ta’ Ottubru 2020</DATE>, il-Kunsill ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar it-tieni nota ta’ adattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal‑<DATE ISO="20201021">21 ta’ Ottubru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-atti inizjali, l-atti ta’ żamma tal‑2019 u l-atti ta’ żamma tal‑2020 (iktar ’il quddiem, imsejħa flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>atti kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) inkwantu dawn jikkonċernawh;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tannulla l-atti kkontestati inkwantu dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, tordna ż-żamma tal-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2019/87 kif ukoll tad-Deċiżjonijiet 2019/806 u 2020/719 inkwantu dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni 2019/85, 2019/798 u 2020/716 inkwantu dawn jikkonċernaw lir-rikorrent.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrent jikkontesta li huwa negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja. F’dan ir-rigward, huwa jikkontesta l-elementi meqjusa mill-Kunsill sabiex jinkludi ismu fil-listi inkwistjoni. B’mod partikolari, ir-rikorrent isostni li teżisti distinzjoni ċara bejn il-pożizzjoni ta’ kap tad-diretturi eżekuttivi ta’ Aman Holding JSC li huwa okkupa u l-pożizzjoni ta’ Viċi President. Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li huwa rriżenja b’effett immedjat minn din il-pożizzjoni. Sussegwentement, huwa jirrikonoxxi li huwa l-fundatur u l-azzjonist maġġoritarju ta’ Fly Aman LLC, iżda jsostni li huwa ttrasferixxa l-ishma kollha tiegħu. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni tar-rikorrent adottata mill-Kunsill bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kap ta’ impriża attiv f’diversi setturi fis-Sirja u barra mill-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ma hijiex issostanzjata, peress li d-Dokument WK 47/2019 INIT jirreferi biss għal żewġ kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fis-Sirja u li fir-rigward tagħhom il-Kunsill jista’ jipprova li huwa ħadem magħhom u l-allegat status tiegħu. Ir-rikorrent ma huwiex, direttament jew indirettament, involut fil-proġett Marota City, b’mod li huwa ma setax jiżviluppa<?PAGE NO="5"?> artijiet esproprjati li jappartjenu lil persuni spostati minħabba l-kunflitt fis-Sirja, fatt li pprekludihom milli jerġgħu lura d-dar tagħhom. Barra minn hekk, il-kompiti fdati lir-rikorrent bħala impjegat ta’ Aman Holding, azzjonista ta’ Aman Damascus JSC (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Aman Dimashq<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), responsabbli għad-drittijiet ta’ kostruzzjoni ta’ parti mill-artijiet ta’ Marota City, qatt ma inkludew is-superviżjoni tal-attivitajiet ta’ din tal-aħħar li kienet irriżervata lil impjegat ieħor, Bashar Assi. Fl-aħħar, skont ir-rikorrent, il-proġett Marota City fl-ebda każ ma jirrigwarda l-iżvilupp ta’ artijiet esproprjati, b’mod li la l-proġett Marota City kollu kemm hu u lanqas Aman Dimashq ma jistgħu jiġu kklassifikati bħala impriżi li jibbenefikaw mill-appoġġ tal-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, ir-rikorrent jikkontesta r-raġuni l-ġdida għall-inklużjoni ta’ ismu, relatata mal-kwalità tiegħu ta’ membru fundatur ta’ Asas Iron Company u jsostni, f’dan ir-rigward, li huwa qatt ma kien il-fundatur jew il-proprjetarju ta’ Asas Iron Company u qatt ma kien involut mod ieħor f’din il-kumpannija, u lanqas ma kien marbut magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma pprovdiex biżżejjed informazzjoni li tipprova li huwa għandu rabta mar-reġim Sirjan. Barra minn hekk, il-provi marbuta mal-kisba taċ-ċittadinanza Libaniża mir-rikorrent jistabbilixxu li huwa ma jagħmilx parti miċ-ċirku ristrett ta’ negozjanti qrib ir-reġim Sirjan u li huwa assolutament ma huwiex assoċjat mal-imsemmi reġim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, diversi dokumenti jikkonċernaw lil Samer Foz jew lil kumpanniji oħra marbuta miegħu, iżda li magħhom ir-rikorrent ma huwiex assoċjat, bħal pereżempju Aman Dimashq. Barra minn hekk, ebda wieħed mid-dokumenti tad-Dokument WK 47/2019 INIT ma jirreferi espliċitament għar-rabta preżunta tar-rikorrent mar-reġim Sirjan. Għall-kuntrarju, ir-rikorrent jirrikonoxxi li, bħala sempliċi impjegat ta’ Aman Holding, huwa preċedentement kellu rabtiet professjonali ma’ S. Foz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kunsill jikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-kriterji ġenerali ta’ inklużjoni stabbiliti fl-Artikolu 27(1) u fl-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 2013/255, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, riprodotti, fir-rigward tal-iffriżar tal-fondi, fl-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 36/2012, kif emendat bir-Regolament 2015/1828, jipprevedu li l-persuni u l-entitajiet li jibbenefikaw mill-politika mħaddna mir-reġim Sirjan jew li jappoġġjawh għandhom ikunu suġġetti għal miżuri restrittivi. Bl-istess mod, l-Artikolu 27(2)(a) u (3) u l-Artikolu 28(2)(a) u (3) tad-Deċiżjoni 2013/255, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, riprodotti, fir-rigward tal-iffriżar tal-fondi, fl-Artikolu 15(1a)(a) u (1b) tar-Regolament Nru 36/2012, kif emendat bir-Regolament 2015/1828, jipprevedu li l-kategorija tan-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> għandha tkun suġġetta għal miżuri restrittivi, ħlief jekk ikun hemm informazzjoni biżżejjed li tindika li huma ma humiex, jew ma humiex iktar, marbuta mar-reġim, jew li huma ma jeżerċitaw ebda influwenza fuqu jew li huma ma humiex assoċjati ma’ riskju reali ta’ evażjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mir-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni, imsemmija fil-punti 12 u 21 iktar ’il fuq, hemm lok li jiġi dedott li isem dan tal-aħħar ġie inkluż u miżmum fil-listi inkwistjoni minħabba, l-ewwel, l-istatus tiegħu ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet<?PAGE NO="6"?> tiegħu fis-Sirja u, it-tieni, ir-rabta tiegħu mar-reġim Sirjan. Fi kliem ieħor, l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent hija bbażata, minn naħa, fuq il-kriterju ddefinit fl-Artikolu 27(2)(a) u fl-Artikolu 28(2)(a) tad-Deċiżjoni 2013/255, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, u fl-Artikolu 15(1a)(a) tar-Regolament Nru 36/2012, kif emendat bir-Regolament 2015/1828 (kriterju ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja) u, min-naħa l-oħra, fuq il-kriterju ddefinit fl-Artikolu 27(1) u fl-Artikolu 28(1) tal-imsemmija deċiżjoni u fl-Artikolu 15(1)(a) tal-imsemmi regolament (kriterju ta’ assoċjazzjoni mar-reġim).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, għalkemm il-Kunsill sostna, fil-kuntest tas-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, li r-rikorrent kien ġie inkluż fil-listi inkwistjoni abbażi biss tal-kriterju ta’ inklużjoni msemmi fl-Artikolu 27(2)(a) u fl-Artikolu 28(2)(a) tad-Deċiżjoni 2013/255, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, huwa, għall-kuntrarju, iddikjara, waqt is-seduta, li r-rikorrent kien ġie inkluż abbażi ta’ tliet kriterji ta’ inklużjoni. Fil-fatt, minbarra ż-żewġ kriterji msemmija fil-punt 52 iktar ’il fuq, il-Kunsill indika li r-rikorrent kien ġie inkluż minħabba r-rabtiet tiegħu ma’ S. Foz. Konsegwentement, l-inklużjoni tiegħu hija bbażata wkoll fuq il-kriterju ddefinit fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 27(2) u fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni 2013/255, kif emendata bid-Deċiżjoni 2015/1836, u fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 15(1a) tar-Regolament Nru 36/2012, kif emendat bir-Regolament Nru 2015/1828 (persuni u entitajiet li huma marbuta mal-persuni u l-entitajiet li jaqgħu taħt wieħed mill-kriterji ta’ inklużjoni fil-listi tal-Unjoni). Madankollu, fil-kuntest tar-raġunijiet għal inklużjoni ppreżentati mill-Kunsill fl-atti kkontestati, it-tieni sentenza tal-imsemmija raġunijiet, li skontha r-rikorrent <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[f]il-kapaċità tiegħu, huwa marbut ma’ Samer Foz<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, tista’ tinftiehem biss b’riferiment għall-ewwel sentenza li, min-naħa tagħha, tirreferi għall-kriterju ta’ negozjant prominenti. Konsegwentement, isem ir-rikorrent tabilħaqq ġie inkluż u miżmum fil-listi inkwistjoni abbażi taż-żewġ kriterji msemmija fil-punt 52 iktar ’il fuq.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑istatus ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l‑attivitajiet tiegħu fis‑Sirja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Għandu jiġi vverifikat jekk il-provi kollha prodotti mill-Kunsill jissodisfawx l-oneru tal-prova impost fuqu bis-saħħa tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 46 iktar ’il fuq u jikkostitwixxu għalhekk sensiela ta’ indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti sabiex tiġi ssostanzjata l-ewwel raġuni għal inklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kunsill qies li r-rikorrent huwa negozjant prominenti li jeżerċita l‑attivitajiet tiegħu fis‑Sirja minħabba l-interessi u l-attivitajiet li huwa għandu f’bosta setturi tal-ekonomija Sirjana. Fir-rigward tal-atti inizjali u tal-atti ta’ żamma tal‑2019, il-provi li jirriżultaw mid-Dokument WK 47/2019 INIT jirrigwardaw żewġ attivitajiet prinċipali, jiġifieri, minn naħa, l-istatus ta’ azzjonist maġġoritarju tal-kumpannija tal-ajru Fly Aman tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, l-istatus tiegħu ta’ Viċi President ta’ Aman Holding, kumpannija rrappreżentata fuq il-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq, li hija impriża konġunta attiva fil-proġett Marota City. Jissemmew ukoll ir-rabtiet li r-rikorrent għandu ma’ S. Foz. Fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, minbarra l-elementi msemmija iktar ’il fuq, il-provi addizzjonali, li jirriżultaw mid-Dokument WK 3600/2020 REV 1, isemmu l-fatt li r-rikorrent huwa soċju fundatur ta’ Asas Iron Company.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġi eżaminat kull wieħed minn dawn l-elementi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑istatus ta’ azzjonist maġġoritarju ta’ Fly Aman</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Mill-artikli ppubblikati fis-siti internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>meirss.org<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Aliqtisadi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>7al.net<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, riprodotti fid-Dokument WK 47/2019 INIT, jirriżulta li r-rikorrent huwa l-azzjonist maġġoritarju ta’ Fly Aman u għandu f’dan ir-rigward 90 % tal-ishma ta’ din il-kumpannija. Barra minn hekk, l-artiklu ppubblikat fis-sit internet Sirjan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>7al.net<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jindika li huwa waqqaf, b’kooperazzjoni man-negozjant B. Assi, kumpannija tal-ajru ġdida, Fly Aman. Skont dan is-sit internet, il-Ministeru għall-Kummerċ Intern u għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi Sirjan irratifika l-istatuti ta’ din tal-aħħar. Fl-aħħar nett, mill-artiklu tas-sit internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Aliqtisadi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, ippreżentat fid-Dokument WK 3600/2020 REV 1, jirriżulta wkoll li r-rikorrent huwa l-president u l-fundatur konġunt ta’ Fly Aman.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jikkontesta dan u jsostni li huwa ma għandu ebda sehem fi Fly Aman, peress li huwa ttrasferixxa s-sehem kollu tiegħu. Għal dan il-għan, huwa jipproduċi ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ Fly Aman, tat‑<DATE ISO="20180528">28 ta’ Mejju 2018</DATE>, u l-istatuti ta’ Fly Aman, irratifikati fit‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, li minnhom jirriżulta, essenzjalment, li inizjalment huwa kien l-azzjonist maġġoritarju ta’ Fly Aman mal-kumpannija B. Huwa jipproduċi wkoll ir-Riżoluzzjoni 2274/169/12/3, tal‑<DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>, tal-Ministeru għall-Kummerċ Intern u għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi Sirjan li tirreferi għal ittra rreġistrata mibgħuta minn Fly Aman. Ir- Riżoluzzjoni 2274/169/12/3 tindika li s-sehem fi ħdan Fly Aman tar-rikorrent ġie ttrasferit, parzjalment, lill-kumpannija B (fejn il-parti tal-azzjonijiet miżmuma issa tammonta għal 20 %) u, parzjalment, lill-azzjonisti C u D li t-tnejn li huma għandhom sehem li jirrappreżenta, b’kollox, 80 % tal-ishma tal-kapital ta’ Fly Aman.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-legalità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata abbażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data li fiha l-att ikun ġie adottat (ara s-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:535">EU:C:2015:535</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150904">4 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>NIOC <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑577/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:596">EU:T:2015:596</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-atti inizjali, għandu jiġi rrilevat li t-trasferiment tal-ishma fi Fly Aman miżmuma mir-rikorrent, kif ikkonfermat mir-Riżoluzzjoni 2274/169/12/3, seħħ wara d-data tal-adozzjoni tagħhom. Għaldaqstant, ir-Riżoluzzjoni 2274/169/12/3 ma tistax tikkontesta l-legalità tal-atti inizjali, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 87 iktar ’il fuq. Barra minn hekk, l-istatuti ta’ Fly Aman, tat‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, jikkonfermaw li r-rikorrent kien, fid-data tal-adozzjoni tal-atti inizjali, azzjonist maġġoritarju ta’ Fly Aman. Fi kwalunkwe każ, hekk kif ġustament iqajjem il-Kunsill, l-allegazzjoni tar-rikorrent li huwa ma għadx għandu azzjonijiet tikkonferma li huwa kellu tali azzjonijiet. Għaldaqstant, din il-parti tar-raġunijiet tal-atti inizjali hija fondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2019, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-istħarriġ tagħha tal-legalità tal-inklużjoni ta’ isem persuna jew entità fil-listi stabbiliti mill-Kunsill, hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tivverifika l-eżattezza materjali tal-fatti allegati fir-rigward tal-informazzjoni jew tal-provi pprovduti mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni u li għandha tevalwa s-saħħa probatorja ta’ dawn tal-aħħar fid-dawl tal-eventwali osservazzjonijiet ippreżentati, b’mod partikolari, mill-persuna jew mill-entità kkonċernata fir-rigward tagħhom, hekk kif imfakkar fil-punt 48 iktar ’il fuq. Għalhekk, il-qorti tal-Unjoni tista’ tibbaża ruħha fuq il-provi kollha li ġew ikkomunikati lilha kemm inkriminanti kif ukoll skaġunanti mill-partijiet<?PAGE NO="8"?> matul il-proċedura ġudizzjarja. F’dan ir-rigward, mill-premessa 15 tad-Deċiżjoni 2015/1836 jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[i]d-deċiżjonijiet kollha dwar l-elenkar għandhom isiru fuq bażi individwali u skont il-każ b'kont meħud tal-proporzjonalità tal-miżura<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Issa, mill-atti tal-proċess jirriżulta li r-rikorrent wera li ttrasferixxa l-ishma fi Fly Aman li huwa kellu. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent ipproduċa r-Riżoluzzjoni 2274/169/12/3, li tippreċedi d-data tal-adozzjoni tal-atti ta’ żamma tal‑2019. Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-Kunsill ammetta, fl-atti ta’ żamma tal‑2020, il-fatt li r-rikorrent ma kienx għadu, mix-xahar ta’ Frar 2019, azzjonist maġġoritarju ta’ Fly Aman. Fil-fatt, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-atti ta’ żamma tal‑2020 tirrifletti l-kontenut tar-Riżoluzzjoni 2274/169/12/3, peress li dan tal-aħħar isemmi d-data effettiva tat-trasferiment ta’ dan is-sehem, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Frar 2019<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-Kunsill ma setax, waqt l-adozzjoni tal-atti ta’ żamma tal‑2019, ikun jaf bir-Riżoluzzjoni 2274/169/12/3, fid-dawl tat-tixrid limitat ta’ din id-deċiżjoni lil xi korpi amministrattivi, ma jistax jillimita l-eżami tal-legalità tal-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent imwettaq mill-qorti tal-Unjoni. Bl-istess mod, l-evalwazzjoni tal-legalità tal-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni ma tistax tkun limitata għall-fatt li r-rikorrent ma invokax ir-Riżoluzzjoni 2274/169/12/3 fil-kuntest tal-iskambji tiegħu mal-Kunsill matul il-proċedura ta’ eżami mill-ġdid li seħħet qabel l-adozzjoni tal-atti ta’ żamma tal‑2019 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121026">26 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Oil Turbo Compressor vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑63/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:579">EU:T:2012:579</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, hemm lok li jiġi konkluż li r-rikorrent wera, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, li huwa ma kienx iktar azzjonist maġġoritarju ta’ Fly Aman fid-data tal-adozzjoni tal-atti ta’ żamma tal‑2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan l-element tar-raġunijiet tal-atti ta’ żamma tal‑2019 ma huwiex fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, għandu jiġi osservat li l-Kunsill żamm isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni minħabba l-istatus tiegħu ta’ azzjonist maġġoritarju filwaqt li ċċita, madankollu, id-data tat-trasferiment tal-ishma fil-pussess tar-rikorrent fi Frar 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, mid-Dokument WK 3600/2020 REV 1 ma jirriżultax li l-Kunsill ippreżenta indizji serji u konkordanti li jippermettu raġonevolment li jitqies li r-rikorrent żamm rabtiet ma’ Fly Aman filwaqt li huwa ma kellux iktar ishma f’din il-kumpannija fid-data tal-adozzjoni tal-atti ta’ żamma tal‑2020. It-tliet artikli tas-siti internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Eqtsad News<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Aliqtisadi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>newturkpost.com<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ġew fil-fatt jew ikkonsultati jew ippubblikati wara r-Riżoluzzjoni 2274/169/12/3, iżda ma jagħmlux riferiment għat-trasferiment ta’ ishma, u lanqas għall-eżistenza ta’ rabtiet oħra bejn Fly Aman u r-rikorrent. Għalhekk, id-Dokument WK 3600/2020 REV 1 ma jinkludi ebda prova ta’ natura li tiġġustifika li, minkejja t-trasferiment tal-ishma fi Frar 2019, din l-indikazzjoni kellha tinżamm fir-raġunijiet għal inklużjoni. Għandu jiġi rrilevat ukoll li, waqt is-seduta, għalkemm il-Kunsill sostna li, minkejja l-fatt li r-rikorrent kien irrinunzja għal dan is-sehem, dan il-fatt kien jikkostitwixxi indizju li huwa kien għadu negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja, huwa ma ssostanzjax l-argument tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan l-element tar-raġunijiet tal-atti ta’ żamma tal‑2020 ma huwiex fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fir-rigward tal-element tar-raġunijiet relatat mas-sehem maġġoritarju tar-rikorrent fi ħdan Fly Aman, huwa biss dak li jirrigwarda r-raġunijiet tal-atti inizjali li huwa fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑istatus ta’ Viċi President ta’ Aman Holding</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Mill-estratt tal-blog <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Salon Syria<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, tas‑<DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, u mill-artiklu tas-sit internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>meirss.org <QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li jirriżultaw mid-Dokument WK 47/2019 INIT, jirriżulta li r-rikorrent huwa l-Viċi President ta’ Aman Holding, fatt li huwa kkonfermat mill-artikli li joriġinaw mis-siti internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Eqtsad News <QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Alqtisadi<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>newturkpost.com <QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, inklużi fid-Dokument WK 3600/2020 REV 1. Barra minn hekk, l-artiklu tas-sit internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>7al.net<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, inkluż fid-Dokument WK 47/2019 INIT, jiddeskrivi lir-rikorrent bħala impjegat ta’ kumpannija miżmuma minn S. Foz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Madankollu, mingħajr ma huwa kkontestat fuq dan il-punt mill-Kunsill, ir-rikorrent jiċħad li okkupa l-pożizzjoni ta’ Viċi President ta’ Aman Holding u jsostni li huwa kien jokkupa l-funzjoni ta’ kap tad-diretturi eżekuttivi fi ħdan Aman Holding. Sabiex juri dan, huwa jipproduċi l-kuntratt ta’ xogħol tiegħu, tat‑<DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>. Insostenn tal-allegazzjoni tiegħu, huwa jipproduċi wkoll l-istatuti ta’ Aman Holding kif ukoll iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ta’ din il-kumpannija, li juru b’mod ċar l-eżistenza ta’ distinzjoni bejn, minn naħa, il-Bord tad-Diretturi li huwa ma kienx ipoġġi fuqu u, min-naħa l-oħra, id-diretturi eżekuttivi, li huwa kien parti minnhom. B’hekk, ir-rikorrent huwa indikat fihom bħala li jokkupa l-funzjoni ta’ kap tad-diretturi eżekuttivi tal-kumpannija. Konsegwentement, ir-rikorrent wera b’mod validu, bl-għajnuna tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu tat‑<DATE ISO="20170118">18 ta’ Jannar 2017</DATE>, tal-istatuti ta’ Aman Holding u taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ din il-kumpannija, li joriġina mill-amministrazzjoni Sirjana u li l-affidabbiltà tiegħu ma ġietx, barra minn hekk, ikkontestata mill-Kunsill, li huwa ma kienx jokkupa l-pożizzjoni ta’ Viċi President ta’ Aman Holding.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-element tar-raġunijiet tal-atti kkontestati relatat mal-funzjoni ta’ Viċi President ta’ Aman Holding okkupata mir-rikorrent ma huwiex fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq is‑sehem ta’ Aman Holding, li hija rrappreżentata fuq il‑Bord tad‑Diretturi ta’ Aman Dimashq, impriża konġunta attiva fil‑kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġjat mir‑reġim Sirjan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jinftiehem, hekk kif ikkonferma l-Kunsill waqt is-seduta, li r-raġunijiet tal-atti kkontestati bil-Franċiż li jippreċiżaw li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Aman Holding est représentée au conseil d’administration d’Aman [Dimashq] (dans lequel il détient une participation majoritaire)<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> jinkludu żball ta’ traduzzjoni. Fil-fatt, kuntrarjament għal dak li jista’ jinftiehem, hija tabilħaqq Aman Holding li għandha sehem maġġoritarju fi ħdan Aman Dimashq u mhux ir-rikorrent. Għaldaqstant, ma huwiex ikkontestat bejn il-partijiet li r-rikorrent ma għandu ebda sehem fi ħdan Aman Dimashq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Qabel kollox, ir-rikorrent isostni li l-unika rabta li tista’ tkun teżisti bejnu u l-proġett Marota City tinsab fil-fatt li Aman Holding hija azzjonista tal-impriża konġunta Aman Dimashq. F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li mis-sottomissjonijiet bil-miktub tar-rikorrent jirriżulta li Aman Holding għandha 40 % tal-ishma ta’ Aman Dimashq u li l-azzjonisti l-oħra ta’ din l-impriża konġunta, Foz for Trading u Damascus Cham Holding, għandhom, rispettivament, 11 % u 49 % tal-ishma tagħha. Għal dan il-għan, minn dan it-tqassim tal-ishma jista’ jiġi dedott li Aman Holding għandha ċerta setgħa deċiżjonali fi ħdan il-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Sussegwentement, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi analizzat fid-dettall il-proġett Marota City, għandu jitfakkar li, fil-punt 99 iktar ’il fuq, ġie stabbilit li l-Kunsill kien qies b’mod żbaljat l-istatus ta’ Viċi President ta’ Aman Holding tar-rikorrent sabiex juri l-istatus tiegħu ta’ negozjant<?PAGE NO="10"?> prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja. Minn dan jirriżulta li, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, il-Kunsill ma jistax jallega l-parteċipazzjoni tar-rikorrent, bħala Viċi President ta’ Aman Holding, fil-proġett Marota City sabiex jistabbilixxi l-imsemmi status.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hekk kif irrikonoxxiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 98 iktar ’il fuq, ir-rikorrent wera b’mod validu li huwa kien jeżerċita l-funzjonijiet ta’ kap tad-diretturi eżekuttivi fi ħdan Aman Holding u mhux dawk ta’ Viċi President. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrent tabilħaqq jinsab fl-organigramma tal-kumpannija, li huwa għandu ċertu numru ta’ delegazzjonijiet ta’ setgħat u li huwa inkarigat mis-superviżjoni tad-diretturi eżekuttivi u b’hekk mill-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet strateġiċi ta’ Aman Holding, iżda huwa jibqa’ impjegat ta’ Aman Holding, fatt li ma huwiex ikkontestat mill-Kunsill. Barra minn hekk, ir-rikorrent jallega, ġustament, li l-kompiti fdati lilu bħala impjegat ta’ Aman Holding qatt ma inkludew is-superviżjoni tal-attivitajiet ta’ Aman Dimashq. Dan il-kompitu huwa rriżervat lil impjegat ieħor, jiġifieri B. Assi, li, għal dan il-għan, inħatar President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq, bil-għan li jżomm informat lill-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Holding dwar l-iżvilupp ta’ Aman Dimashq, fatt li huwa, essenzjalment, ikkonfermat mill-paġna li tirriżulta mis-sit internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Damacham.sy<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ta’ Damascus Cham Holding. B’hekk, huwa paċifiku bejn il-partijiet li r-rikorrent ma jpoġġix fuq il-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq. Barra minn hekk, mill-kuntratt ta’ xogħol ta’ B. Assi, tal‑<DATE ISO="20171004">4 ta’ Ottubru 2017</DATE> u prodott mir-rikorrent, ċertament jirriżulta li l-pożizzjoni okkupata minnu bħala amministratur ta’ proġetti hija eżerċitata taħt ir-responsabbiltà, b’mod partikolari, tal-kap tad-diretturi eżekuttivi ta’ Aman Holding. Madankollu, la d-Dokumenti WK 47/2019 INIT u WK 3600/2020 REV 1 u lanqas is-sottomissjonijiet bil-miktub tal-Kunsill ma jistabbilixxu li kienet teżisti rabta ta’ superviżjoni bejn ir-rikorrent u B. Assi fil-kuntest tat-tmexxija tal-proġett Marota City fid-data tal-adozzjoni tal-atti kkontestati. Għaldaqstant, il-Kunsill ma weriex li l-funzjonijiet li r-rikorrent jokkupa fi ħdan Aman Holding jinkludu l-eżerċizzju ta’ responsabbiltajiet deċiżjonali fil-kuntest tas-sehem maġġoritarju ta’ Aman Holding fi ħdan il-Bord tad-Diretturi ta’ Aman Dimashq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-element tar-raġunijiet tal-atti kkontestati relatat mal-parteċipazzjoni tar-rikorrent, bħala Viċi President ta’ Aman Holding, fil-proġett Marota City ma huwiex fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir‑rabtiet tar‑rikorrent ma’ S. Foz</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar, hekk kif ġie indikat fil-punt 53 iktar ’il fuq, li t-tieni sentenza tar-raġunijiet għall-inklużjoni u għaż-żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni, li skontha huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>[f]il-kapaċità tiegħu, huwa marbut ma’ Samer Foz<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, tista’ tinftiehem biss b’riferiment għall-ewwel sentenza li, min-naħa tagħha, tirreferi għall-attivitajiet eżerċitati mir-rikorrent, b’mod partikolari għall-istatus tiegħu ta’ azzjonist maġġoritarju ta’ Fly Aman u għall-istatus tiegħu ta’ Viċi President ta’ Aman Holding. Minn dan għandu jiġi dedott li r-rabtiet li r-rikorrent għandu ma’ S. Foz, fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali tiegħu, tqiesu, mill-Kunsill, bħala prova li tippermetti li jiġi stabbilit l-istatus tiegħu ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja. Barra minn hekk, hemm lok li jiġi kkonstatat li isem S. Foz ġie inkluż, imbagħad inżamm, fil-linja 278 tat-Taqsima A tal-listi inkwistjoni, minħabba, minn naħa, l-istatus tiegħu negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja u, min-naħa l-oħra, l-assoċjazzjoni tiegħu mar-reġim Sirjan, konformement mal-kriterji mfakkra fil-punt 52 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Sussegwentement, fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li l-prossimità qariba tar-rikorrent ma’ S. Foz tissemma fl-artikli tas-siti internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>aawsat.com<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, li jiddeskrivih bħala d-Direttur tal-Uffiċċju tiegħu, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>meirss.org<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, li jirriżultaw mid-Dokument WK47/2019 INIT. Barra minn hekk, mill-artiklu tas-sit internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Eqtsad News<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, prodott fil-kuntest tad-Dokument WK 3600/2020 REV 1, jirriżulta li r-rikorrent huwa sieħeb kummerċjali ta’ S. Foz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hemm lok li jitfakkar li, fil-punt 99 iktar ’il fuq, ġie stabbilit li r-rikorrent ma huwiex Viċi President ta’ Aman Holding. Barra minn hekk, huwa pproduċa ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ Aman Holding, iddatat Settembru 2019, u skambju ta’ korrispondenza li seħħ bejnu u l-imsemmija kumpannija, li juru li mit‑<DATE ISO="20190122">22 ta’ Jannar 2019</DATE> huwa ma kienx għadu jokkupa l-funzjoni ta’ kap tad-diretturi eżekuttivi ta’ Aman Holding.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fir-rigward tal-atti inizjali, ir-rabtiet eżistenti bejn ir-rikorrent u S. Foz huma limitati għall-fatt li r-rikorrent kien soċju maġġoritarju fi Fly Aman. Waqt is-seduta, ir-rikorrent sostna li Fly Aman ġiet stabbilita fuq ordni ta’ S. Foz u li l-istabbiliment ta’ din il-kumpannija seħħ fil-kuntest tar-relazzjoni professjonali tiegħu, peress li S. Foz kien dak iż-żmien il-persuna li timpjegah. Issa, il-Kunsill ma pproduċiex, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 46 iktar ’il fuq, fil-kuntest tad-Dokument WK 47/2019 INIT, indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti li jistgħu jissostanzjaw b’mod suffiċjenti li r-rabta eżistenti bejn ir-rikorrent u S. Foz kienet teċċedi l-unika relazzjoni professjonali li tista’ teżisti bejn persuna li timpjega u l-impjegat tagħha, b’mod li jista’ jiġġustifika li jitqies li r-rikorrent, assoċjat ma’ S. Foz, huwa negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2019 u dawk tal‑2020, għandu jiġi rrilevat li, peress li r-rikorrent ma kienx iktar azzjonist maġġoritarju ta’ Fly Aman mix-xahar ta’ Frar 2019 u rriżenja mill-pożizzjoni tiegħu ta’ kap tad-diretturi eżekuttivi ta’ Aman Holding, ir-rabtiet privileġġjati li huwa kellu eventwalment ma’ S. Foz minħabba tali status ma għadhomx, fi kwalunkwe każ, ipprovati. Għaldaqstant, il-Kunsill jonqos milli jistabbilixxi li r-rikorrent, minħabba l-attivitajiet professjonali tiegħu, għandu rabtiet ma’ S. Foz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Konsegwentement, fl-atti kkontestati, il-Kunsill ma setax jibbaża ruħu fuq ir-rabtiet bejn ir-rikorrent u S. Foz sabiex juri l-istatus ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑twaqqif ta’ Asas Iron Company</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-element il-ġdid tar-raġunijiet li jinsab fl-atti ta’ żamma tal‑2020, mill-artikli tas-siti internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Eqtsad News<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Aliqtisadi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, li joriġinaw mid-Dokument WK 3600/2020 REV 1, jirriżulta li r-rikorrent huwa, rispettivament, membru fundatur u membru tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpannija Assas lil‑Hadid. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, hekk kif isostni r-rikorrent, is-sunti tal-artikli ta’ dawn is-siti internet, imwettqa mill-Kunsill, jindikaw l-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Asas Iron Company<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> minflok <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Assas lil‑Hadid<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Madankollu, din hija tassew l-istess kumpannija. Fil-fatt, l-ewwel isem huwa t-traduzzjoni bl-Ingliż tat-tieni isem, li jikkorrispondi għall-isem Għarbi tal-entità. L-istatuti ta’ Asas Iron Company irratifikati mir-rappreżentant tal-fundaturi tagħha u mill-Ministeru għall-Kummerċ Intern u għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi Sirjan kif ukoll iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ Asas Iron Company tas‑<DATE ISO="20191106">6 ta’ Novembru 2019</DATE>, prodotti mir-rikorrent, jikkonfermaw il-korrispondenza ta’ dawn iż-żewġ ismijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrent jikkontesta li huwa membru fundatur ta’ Asas Iron Company. Huwa jsostni li qatt ma kien il-fundatur u lanqas il-proprjetarju ta’ din il-kumpannija u li huwa qatt ma kien involut b’mod ieħor fiha u lanqas marbut magħha, peress li huwa ma jagħmilx parti mill-korpi ta’ ġestjoni u ta’ tmexxija tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jipproduċi ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u l-istatuti ta’ Asas Iron Company li fihom ismu ma jidhirx. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija statuti, il-proprjetarji ta’ Asas Iron Company huma E u F. Huma għandhom 500 sehem kull wieħed, li jirrappreżentaw 50 % tal-ishma totali tal-impriża, b’valur ta’ SYP 1.5 biljun ta’ (madwar EUR 3.03 miljun). Barra minn hekk, skont l-istatuti ta’ Asas Iron Company, il-kapital jammonta għal SYP 3 biljun (madwar EUR 6.06 miljun), li jikkorrispondi wkoll għall-ammont inkluż fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-imsemmija kumpannija. Għaldaqstant, ir-rikorrent wera b’mod validu li huwa ma kienx il-fundatur ta’ Asas Iron Company.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi invalidata mill-argument tal-Kunsill intiż li jikkontesta r-rilevanza tal-istatuti ta’ Asas Iron Company u taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni prodotti mir-rikorrent, billi jsostni, essenzjalment, li dawn il-provi jixhdu li, mis‑<DATE ISO="20191106">6 ta’ Novembru 2019</DATE>, ir-rikorrent ma kienx għadu wieħed mill-proprjetarji tal-kumpannija. Huwa jsostni li, permezz tar-Riżoluzzjoni Nru 832, tad‑<DATE ISO="20190319">19 ta’ Marzu 2019</DATE>, tal-Ministeru għall-Kummerċ Intern u għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi Sirjan, prodotta mir-rikorrent, il-forma ġuridika tal-kumpannija nbidlet. Asas Iron Company, li kienet kumpannija uninominali b’responsabbiltà limitata, għaldaqstant saret il-kumpannija b’responsabbiltà limitata Asas Iron Company, wara li d-detentur tal-kapital ittrasferixxa 50 % tal-ishma tiegħu. Issa, l-istatuti ta’ Asas Iron Company u ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ma jippermettux li tiġi kkonfermata l-identità tal-azzjonisti fundaturi ta’ Asas Iron Company bejn id-data tal-istabbiliment ta’ din il-kumpannija, it‑<DATE ISO="20170330">30 ta’ Marzu 2017</DATE>, u d-data tar-Riżoluzzjoni Nru 832, jiġifieri qabel il-bidla fil-forma ġuridika tal-kumpannija. Fi kliem ieħor, il-Kunsill jallega li r-rikorrent seta’ kien irreġistrat bħala uniku soċju fundatur tal-kumpannija uninominali b’responsabbiltà limitata qabel ma ttrasferixxa l-ishma tiegħu, sabiex ma jibqax jidher fid-dokumenti uffiċjali relatati ma’ Asas Iron Company, mingħajr ma jipproduċi provi li jissostanzjaw l-argument tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk jitqies li r-rikorrent kien verament il-fundatur ta’ Asas Iron Company, mid-dokumenti li huwa pproduċa jirriżulta li, fid-data tal-adozzjoni tal-atti ta’ żamma tal‑2020, huwa ma kienx għadu marbut mal-imsemmija kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-rikorrent wera b’mod validu li, fid-data tal-adozzjoni tal-atti ta’ żamma tal‑2020, minn naħa, huwa ma kellu l-ebda sehem f’Asas Iron Company u, min-naħa l-oħra, ma kienx indikat bħala membru fundatur ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kunsill ma setax jibbaża ruħu fuq il-kwalità ta’ membru fundatur ta’ Asas Iron Company tar-rikorrent sabiex iqis lil dan tal-aħħar bħala negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni dwar l‑istatus ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l‑attivitajiet tiegħu fis‑Sirja tar‑rikorrent</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-atti inizjali, għandu jiġi konkluż mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha li l-Kunsill ipproduċa sensiela ta’ indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti li jippermettu li jiġi stabbilit li r-rikorrent kien azzjonist maġġoritarju ta’ Fly Aman.<?PAGE NO="13"?> Għall-kuntrarju, il-Kunsill wettaq żbalji materjali meta inkluda isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni minħabba l-istatus tiegħu ta’ Viċi President ta’ Aman Holding, peress li, hekk kif jirriżulta mill-punt 98 iktar ’il fuq, ir-rikorrent wera li huwa kien kap tad-diretturi eżekuttivi ta’ din il-kumpannija. Konsegwentement, peress li ma huwiex Viċi President ta’ Aman Holding, ir-rikorrent ma jipparteċipax, abbażi ta’ tali funzjonijiet, fil-proġett Marota City u ma għandux rabtiet ma’ S. Foz. Barra minn hekk, il-Kunsill ma weriex, permezz ta’ indizji suffiċjentement konkreti, preċiżi u konkordanti, ir-rabta bejn l-istatus ta’ azzjonist maġġoritarju fi Fly Aman tar-rikorrent u S. Foz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2019, minbarra l-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punt 118 iktar ’il fuq, il-Kunsill wettaq żball materjali peress li r-rikorrent wera li huwa ma kellux iktar ishma fil-kapital ta’ Fly Aman mill‑<DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>. Konsegwentement, ir-rikorrent ma kellux rabtiet ma’ S. Foz f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, minbarra l-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti 118 u 119 iktar ’il fuq, il-Kunsill wettaq żball materjali inkwantu r-rikorrent ipproduċa l-prova, minn naħa, li huwa ma kellu ebda sehem f’Asas Iron Company u, min-naħa l-oħra, li huwa ma kienx membru fundatur ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li, kuntrarjament għar-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-listi inklużi fl-atti inizjali, ir-rikorrent ma għandux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>interessi u attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-punt 118 iktar ’il fuq, il-Kunsill huwa biss f’pożizzjoni li juri li, fir-rigward tal-atti inizjali, ir-rikorrent għandu interessi fi Fly Aman, fatt li huwa insuffiċjenti sabiex jiġi ssodisfatt il-kriterju ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja. Barra minn hekk, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2019 u tal-atti ta’ żamma tal‑2020, il-Kunsill ma rnexxilux juri li r-rikorrent kellu, fid-data tal-adozzjoni tal-imsemmija atti, l-istatus ta’ negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja. Għaldaqstant, l-ewwel raġuni għal inklużjoni ma hijiex issostanzjata biżżejjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Jeħtieġ, għaldaqstant, li tiġi eżaminata t-tieni raġuni għal inklużjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑assoċjazzjoni mar‑reġim Sirjan.</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li mill-atti inizjali u mill-atti ta’ żamma tal‑2019 jirriżulta li r-rikorrent jappoġġja lir-reġim Sirjan u jibbenefika minnu minħabba l-funzjoni tiegħu ta’ Viċi President ta’ Aman Holding, filwaqt li, skont l-atti ta’ żamma tal‑2020, huwa jagħmel dan minħabba l-attivitajiet u l-interessi kollha li huwa għandu, hekk kif imsemmija fil-raġunijiet għal inklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li r-raġunijiet li għalihom ir-rikorrent huwa meqjus, mill-Kunsill, bħala li jappoġġja lir-reġim Sirjan u bħala li jikseb vantaġġ minnu huma, essenzjalment, l-istess bħal dawk li wassluh sabiex iqisu bħala negozjant prominenti li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fis-Sirja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li ma jistax jiġi eskluż li, għal persuna speċifika, ir-raġunijiet għal inklużjoni jikkoinċidu sa ċertu punt, fis-sens li persuna tista’ tiġi kklassifikata bħala negozjanta prominenti li teżerċita l-attivitajiet tagħha fis-Sirja u titqies bħala li tibbenefika, fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha, mir-reġim Sirjan jew bħala li tappoġġjah permezz ta’ dawn l-istess attivitajiet. Dan jirriżulta preċiżament mill-fatt li, hekk kif huwa stabbilit fil-premessa 6<?PAGE NO="14"?> tad-Deċiżjoni 2015/1836, ir-rabtiet mill-qrib mar-reġim Sirjan u l-appoġġ lilu mogħti minn din il-kategorija ta’ persuni huma waħda mir-raġunijiet li għalihom il-Kunsill iddeċieda li joħloq din il-kategorija. Xorta waħda jibqa’ l-fatt li dawn huma, anki f’dan il-każ, kriterji differenti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200923">23 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Kaddour vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑510/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:436">EU:T:2020:436</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl-ewwel lok, fir-rigward tal-atti inizjali u tal-atti ta’ żamma tal‑2019, għandu jiġi dedott mill-konklużjonijiet fil-punti 99 u 104 iktar ’il fuq, li, peress li r-rikorrent ma kienx Viċi President ta’ Aman Holding fid-data tal-adozzjoni tal-atti kkontestati, huwa ma jistax jitqies bħala li jibbenefika mir-reġim Sirjan f’dan ir-rigward, u lanqas li jappoġġjah minħabba l-parteċipazzjoni tiegħu fil-proġett Marota City.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-atti ta’ żamma tal‑2020, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, l-ewwel, fil-punt 126 iktar ’il fuq, ir-rikorrent ma jistax jitqies bħala li jibbenefika mir-reġim Sirjan minħabba l-istatus tiegħu ta’ Viċi President ta’ Aman Holding. It-tieni, mill-artiklu tas-sit internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>7al.net<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> jirriżulta li r-rikorrent stabbilixxa kumpannija tal-ajru filwaqt li, fis-Sirja, is-settur tal-avjazzjoni ċivili jbati minn diffikultajiet kbar fid-dawl tal-operazzjonijiet militari li kellhom bħala konsegwenza l-waqfien tat-traffiku turistiku u l-waqfien tas-servizzi fi ħdan ċerti ajruporti. Madankollu, il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet, fil-punt 96 iktar ’il fuq, li r-rikorrent ma għadux azzjonist maġġoritarju ta’ Fly Aman. Barra minn hekk, minn ebda waħda mill-provi inklużi fid-Dokumenti WK 47/2019 INIT u WK 3600/2020 REV 1 ma jirriżulta li r-rikorrent jibbenefika, fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist maġġoritarju u sussegwentement ta’ ex azzjonist maġġoritarju tal-imsemmija kumpannija, mir-reġim Sirjan u lanqas li huwa jappoġġjah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-Kunsill ma pproduċiex sensiela ta’ indizji konkreti, preċiżi u konkordanti li jistgħu juru l-fatt li r-rikorrent jappoġġja lir-reġim Sirjan u/jew jikseb vantaġġ minnu. Għaldaqstant, it-tieni raġuni għall-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-listi inkwistjoni minħabba l-assoċjazzjoni tiegħu mar-reġim Sirjan ma hijiex suffiċjentement issostanzjata, b’mod li l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent ma hijiex fondata fir-rigward tal-atti kkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel motiv tar-rikors għandu jiġi milqugħ u, għaldaqstant, l-atti kkontestati għandhom jiġu annullati inkwantu dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati t-tieni, it-tielet, ir-raba’, il-ħames u s-sitt motiv imressqa insostenn tar-rikors.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir‑Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal‑<DATE ISO="20190121">21 ta’ Jannar 2019</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas‑<DATE ISO="20190517">17 ta’ Mejju 2019</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas‑<DATE ISO="20190517">17 ta’ Mejju 2019</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl<?PAGE NO="15"?> tas-sitwazzjoni fis-Sirja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat‑<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat‑<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati inkwantu dawn jikkonċernaw lil Khaldoun Al Zoubi.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gervasoni</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Madise</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Martín y Pérez de Nanclares</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl‑<DATE ISO="20211124">24 ta’ Novembru 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>