18.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/90


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10624 – ENEL / INTESA / JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 201/08)

1.   

Fl-10 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Enel X S.r.l. (l-Italja), ikkontrollata minn Enel S.p.A.,

—

Intesa Sanpaolo S.p.A. (l-Italja),

—

Mooney Group S.p.A. (l-Italja),

—

PayTipper S.p.A., CityPoste Payment S.p.A., Enel X Financial Services S.r.l. u Junia Insurance S.r.l. (l-Italja).

Enel X S.r.l. u Intesa Sanpaolo S.p.A. se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Mooney Group S.p.A., PayTipper S.p.A., CityPoste Payment S.p.A., Enel X Financial Services S.r.l. u Junia Insurance S.r.l.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Enel S.p.A. huwa grupp tal-enerġija attiv fil-ġenerazzjoni, il-kummerċ, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriċità u l-gass naturali,

—

Intesa Sanpaolo S.p.A. hija grupp bankarju attiv f’servizzi bankarji għall-konsumatur u fis-settur korporattiv u fil-ġestjoni tal-ġid. Il-grupp joffri servizzi lil 13.5 miljun klijent permezz ta’ network ta’ aktar minn 3 700 fergħa fl-Italja u 1 000 fergħa u 7.1 miljun klijent mad-dinja kollha,

—

Mooney Group S.p.A. jagħti servizzi ta’ ħlas permezz ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u l-pjattaformi diġitali tiegħu stess fl-Italja,

—

PayTipper S.p.A., CityPoste Payment S.p.A., Enel X Financial Services S.r.l. u Junia Insurance S.r.l. jagħtu servizzi għall-ħlas ta’ taxxi u kontijiet tal-utilitajiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10624 – ENEL / INTESA / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).