|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/657 |
31.3.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/657
tas-17 ta’ Marzu 2025
li tistabbilixxi l-ilħuq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet għall-pagament tat-tielet pagament parzjali tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u tal-appoġġ fil-forma ta’ self skont il-Pjan għall-Ukrajna tal-Faċilità għall-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna (“il-Faċilità”) jagħmel appoġġ finanzjarju sa EUR 38 270 000 000 disponibbli għall-Ukrajna għall-perjodu 2024-2027 fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli u ta’ self. Il-finanzjament taħt il-pilastru I huwa prinċipalment allokat abbażi tal-Pjan għall-Ukrajna tal-Faċilità għall-Ukrajna (“il-Pjan”). Il-Pjan jistabbilixxi l-aġenda ta’ riforma u investiment għall-Ukrajna, u l-passi kwalitattivi u kwantitattivi li huma marbuta ma’ finanzjament taħt il-Pilastru I tal-Faċilità. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2024/792, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 (2) dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan. L-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Pjan, inklużi l-passi kwalitattivi u kwantitattivi li huma marbuta mal-finanzjament taħt il-Pilastru I tal-Faċilità, huma stabbiliti fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni . |
|
(3) |
Is-somma totali tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-Pjan skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 tammonta għal EUR 32 270 000 000, li minnhom EUR 5 270 000 000 huma fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u sa EUR 27 000 000 000 huma fil-forma ta’ self. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) 2024/792, ġew żborżati EUR 6 000 000 000 lill-Ukrajna bħala finanzjament tranżitorju eċċezzjonali, u ġew żborżati EUR 1 890 000 000 lill-Ukrajna fil-forma ta’ prefinanzjament li jirrappreżenta pagament avvanzat ta’ 7 % tal-appoġġ fil-forma ta’ self li l-Ukrajna hija eliġibbli li tirċievi skont il-Pjan. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2024/792, ġew żborżati EUR 8 221 521 428 lill-Ukrajna fl-ewwel żewġ pagamenti parzjali skont il-Pjan, li minnhom [ew żborżati EUR 3 000 000 000 fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u EUR 5 221 521 428 fil-forma ta’ self. F’konformità mal-Ftehim ta’ Self konkluż bejn l-Unjoni u l-Ukrajna skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2024/792, l-ammont ta’ EUR 393 017 742 mill-ewwel żewġ pagamenti parzjali intuża biex jiġi kklerjat il-prefinanzjament tas-self. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2024/792, fil-15 ta’ Jannar 2025, l-Ukrajna ressqet talba debitament ġustifikata għall-pagament tat-tielet pagament parzjali tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u tal-appoġġ fil-forma ta’ self, li jammonta għal EUR 3 717 741 935, kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447. It-talba kienet akkumpanjata minn serje ta’ dokumenti li juru t-twettiq sodisfaċenti tal-passi rilevanti, kif ukoll id-dokumenti l-oħra kollha meħtieġa skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim Qafas, l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Finanzjament u l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Self konkluż bejn l-Unjoni u l-Ukrajna skont l-Artikoli 9, 10 u 22, rispettivament, tar-Regolament (UE) 2024/792. |
|
(7) |
F’konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2024/1447, l-Ukrajna pprovdiet, flimkien mat-talba tagħha għall-pagament, evidenza li turi t-twettiq sodisfaċenti tat-13-il pass li huma dovuti sar-raba’ trimestru tal-2024. Dawk it-13-il pass huma relatati ma’ diversi riformi stabbiliti fil-Pjan taħt il-kapitolidwar il-ġestjoni finanzjarja pubblika,,is-sistema ġudizzjarja, il-ġestjoni tal-assi pubbliċi, il-kapital uman, l-ambjent tan-negozju, id-deċentralizzazzjoni u l-politika reġjonali, is-settur tal-enerġija, it-trasport, is-settur agroalimentari, u l-ġestjoni tal-materja prima kritika. Il-leġiżlazzjoni dwar it-titjib tar-reġim ta’ insolvenza, dwar l-iżgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali tal-Utilitajiet tal-Enerġija tal-Ukrajna, dwar ir-reġistru agrarju tal-istat u dwar ir-reviżjoni tal-programm nazzjonali għall-iżvilupp tal-bażi tar-riżorsi minerali daħlet fis-seħħ. Il-politika dwar is-sjieda tal-istat ġiet adottata, u tlesta t-triage tal-intrapriżi tal-istat. Ġew adottati strateġiji għar-riforma ta’ istituzzjonijiet tal-psikonewroloġija u istituzzjonijiet residenzjali oħra u għad-deistituzzjonalizzazzjoni tal-kura għal persuni b’diżabilità, persuni anzjani u tfal. L-Ukrajna adottat ukoll: riżoluzzjonijiet biex jerġgħu jibdew il-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti mhux tal-ikel; riżoluzzjonijiet għall-iżvilupp tal-ippjanar urban fil-livell lokali; l-istrateġija nazzjonali riveduta tat-trasport tal-Ukrajna; l-istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova; u l-istrateġija għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali. Ġie introdott qafas ibbażat fuq is-suq għall-enerġija rinnovabbli. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2024/792, il-Kummissjoni vvalutat it-talba tal-Ukrajna fid-dettall u għamlet valutazzjoni pożittiva tat-twettiq sodisfaċenti tat-13-il pass kwalitattiv u kwantitattiv għat-tielet pagament parzjali kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Dik il-valutazzjoni pożittiva saret fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Pjan. Aktar allinjament mal-acquis tal-UE se jiġi ffaċilitat permezz tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni vvalutat li l-Ukrajna għadha tissodisfa l-prekundizzjoni għall-appoġġ tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2024/792. B’mod partikolari, l-Ukrajna tkompli żżomm u tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluża sistema parlamentari b’diversi partiti, u l-istat tad-dritt, u li tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet rilevanti għall-pagament tat-tielet pagament parzjali skont il-Pjan ġew issodisfati b’mod sodisfaċenti. |
|
(11) |
Meta titqies is-sitwazzjoni fiskali diffiċli li qed tiffaċċja l-Ukrajna, huwa ta’ importanza kbira li l-fondi jiġu żborżati malajr kemm jista’ jkun. Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni u bil-ħsieb biex jitħaffef il-proċess, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ilħuq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet rilevanti għall-pagament tat-tielet pagament parzjali li jammonta għal EUR 3 717 741 935 kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 huwa b’dan stabbilit f’konformità mal-valutazzjoni, ipprovduta mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/792, mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/1447, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1447/oj).
ANNESS
Valutazzjoni tal-ilħuq sodisfaċenti tal-passi marbuta mat-tielet pagament parzjali tal-Pjan għall-Ukrajna
SOMMARJU EŻEKUTTIV
Fil-15 ta' Jannar 2025, l-Ukrajna ressqet talba għall-pagament tat-tielet pagament parzjali tal-Pjan għall-Ukrajna, f'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/792 tad-29 ta' Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (1). Biex tappoġġa t-talba għall-pagament, l-Ukrajna pprovdiet ġustifikazzjoni tal-ilħuq sodisfaċenti ta' 13-il pass kollha stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2024/1447 tal-14 ta' Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna (l-Anness tas-CID) (2).
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Ukrajna, it-13-il pass kollha jitqiesu li ntlaħqu b'mod sodisfaċenti.
Bħala parti mill-kapitolu C.2 dwar il-ġestjoni finanzjarja pubblika, ġie adottat il-pjan strateġiku għad-diġitalizzazzjoni tas-servizz tat-taxxa tal-istat. Bħala parti mill-kapitolu C.3 dwar is-sistema ġudizzjarja, daħlet fis-seħħ leġiżlazzjoni dwar it-titjib tar-reġim tal-insolvenza. Bħala parti mill-kapitolu C.6 dwar il-ġestjoni tal-assi pubbliċi, ġiet adottata l-politika tas-sjieda tal-istat, u tlesta t-triage tal-intrapriżi tal-istat. Bħala parti mill-kapitolu C.7 dwar il-kapital uman, kemm l-istrateġija għar-riforma tal-istituzzjonijiet tal-psikonewroloġija u istituzzjonijiet residenzjali oħra, kif ukoll għad-deistituzzjonalizzazzjoni tal-kura għal persuni b'diżabilità u persuni anzjani; u l-istrateġija għat-tfal ġew adottati. Bħala parti mill-kapitolu C.8 dwar l-ambjent tan-negozju, ġiet adottata r-riżoluzzjoni għat-tkomplija tal-miżuri ta' sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta' prodotti mhux tal-ikel. Bħala parti mill-kapitolu C.9 dwar id-deċentralizzazzjoni u l-politiki reġjonali, ġew adottati r-riżoluzzjonijiet għall-iżvilupp tal-ippjanar urban fil-livell lokali. Bħala parti mill-kapitolu C.10 dwar l-enerġija, ġie introdott qafas ibbażat fuq is-suq għall-enerġija rinnovabbli u daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni li tiżgura l-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali għall-Utilitajiet tal-Enerġija. Bħala parti mill-kapitolu C.11 dwar it-trasport, ġiet adottata l-istrateġija nazzjonali riveduta għat-trasport u ġiet adottata l-istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova. Bħala parti mill-kapitolu C.12 dwar is-settur agroalimentari, ġiet adottata l-istrateġija għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar ir-Reġistru Agrarju tal-Istat. Bħala parti mill-kapitolu C.13 dwar il-ġestjoni tal-materja prima kritika, daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni li tirrevedi l-programm nazzjonali għall-iżvilupp tal-bażi tar-riżorsi minerali.
Pass 2.1
|
Isem tal-pass: Adozzjoni tal-pjan strateġiku għad-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat |
||||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 1. Ġestjoni mtejba tad-dħul |
||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 2.1 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “L-adozzjoni tal-pjan strateġiku għall-iżvilupp diġitali, it-trasformazzjoni diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat tal-Ukrajna, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dħul għall-2024-2030.” Il-pass 2.1 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 1 tal-Kapitolu 2 (ġestjoni finanzjarja pubblika). Dan kien preċedut mill-Pass 2.2 (l-adozzjoni tal-pjan strateġiku għad-diġitalizzazzjoni tas-servizz doganali tal-istat), li ġie vvalutat b'mod pożittiv fit-tieni trimestru tal-2024. |
||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 2.1. L-objettiv tar-Riforma 1 tal-Kapitolu 2 (ġestjoni finanzjarja pubblika) huwa li ttejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku billi ttejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u tad-dwana. Għal dan l-għan, il-Ministeru tal-Finanzi adotta l-Pjan Strateġiku għad-diġitalizzazzjoni tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat tal-Ukrajna sal-2030 permezz tal-Digriet Nru 660 tal-24 ta' Diċembru 2024. L-objettiv tal-pjan strateġiku huwa li jsaħħaħ il-funzjonament tal-amministrazzjoni tat-taxxa u l-kapaċità tal-forniment tas-servizzi billi jaġġorna l-ekosistema tal-infrastruttura diġitali tagħha. Il-pjan strateġiku jistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin u l-proġetti assoċjati għall-iżvilupp diġitali tas-Servizz tat-Taxxa tal-Istat, f'konformità mal-Kodiċi tat-Taxxa tal-Ukrajna u l-Istrateġija Nazzjonali tad-Dħul għall-2024-2030. Il-prijoritajiet ewlenin huma: (i) it-titjib tal-konformità tal-kontribwenti; (ii) il-promozzjoni tat-trasparenza; (iii) it-titjib tal-kwalità u l-governanza tad-data; (iv) l-allinjament tas-sistemi diġitali tagħha mas-sistemi diġitali tal-UE; u (v) it-tisħiħ tas-sigurtà tad-data. Il-pjan jidentifika 26 proġett li għandhom jitwettqu matul il-ħames snin li ġejjin biex jgħinu fil-kisba tal-prijoritajiet stabbiliti. Dawn il-proġetti jfittxu jew li jtejbu s-sistemi tal-IT eżistenti jew li jintroduċu oħrajn ġodda. Sabiex tissaħħaħ il-konformità tal-kontribwenti u tiżdied il-bażi tat-taxxa ġenerali, il-pjan jipprevedi l-introduzzjoni ta' sistema awtomatizzata ta' ġestjoni u awditjar ibbażata fuq ir-riskju mfassla biex tidentifika l-kontribwenti b'riskju għoli u tivvaluta r-riskji ta' nuqqas ta' konformità. Hija tipprevedi wkoll titjib fil-mili minn qabel b'mod elettroniku tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa biex jiġi ffaċilitat ir-rapportar tat-taxxa. Biex tiġi promossa t-trasparenza, ser tiġi introdotta sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni biex tipprovdi data f'ħin reali dwar l-istatus tat-taxxa tal-kontribwenti. L-istabbiliment ta' maħżen elettroniku uniku għall-ħżin tad-data għandu jtejjeb il-kwalità, il-governanza u l-użu tad-data. L-integrazzjoni mas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT (VIES) u mas-Sistema tal-Movimenti u tal-Kontrolli ta' Prodotti Soġġetti għas-Sisa (EMCS) għandha tgħin lill-Ukrajna tkompli tallinja s-sistemi diġitali tagħha mas-sistemi diġitali tal-UE. Il-pjan strateġiku jinkludi klawżola ta' reviżjoni biex jiġi żgurat l-allinjament mal-iżviluppi potenzjali fil-livell tal-UE fir-rigward tas-sistemi diġitali fil-qasam tal-amministrazzjoni tat-taxxa, inklużi l-VIES u l-EMCS. |
||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 3.6
|
Isem tal-pass: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-titjib tar-reġim tal-insolvenza |
||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 2. Riformi tal-insolvenza u l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti |
||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: appoġġ mhux ripagabbli |
||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 3.6 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Id-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar it-titjib tar-reġim ta' insolvenza u l-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti, l-introduzzjoni ta' sistema ta' prevenzjoni tal-insolvenza u l-għodda ta' twissija bikrija għall-entitajiet legali u għall-imprendituri f'konformità mal-prinċipji tad-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-pass 3.6 huwa l-ewwel mill-ħames passi fl-implimentazzjoni tar-Riforma 2 tal-Kapitolu 3 (sistema ġudizzjarja). Dan huwa segwit mill-Pass 3.8 (dovut sat-tieni trimestru tal-2025) dwar it-titjib tal-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti; Il-pass 3.9 (dovut sar-raba' trimestru tal-2025) dwar is-sistema tal-ġbir tad-data dwar l-infurzar tad-deċiżjonijiet; Il-pass 3.7 (dovut sal-ewwel trimestru tal-2026) dwar is-simplifikazzjoni tal-proċedimenti ta' insolvenza għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); u l-Pass 3.10 (dovut sat-tieni trimestru tal-2026) dwar l-aġġornament tas-sistema tal-IT għall-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti. |
||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 3.6. Il-Parlament Ukren adotta l-Liġi Nru 3985-IX fid-19 ta' Settembru 2024. Fl-4 ta' Diċembru 2024, adotta l-Liġi Nru 4114-IX li temenda d-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi. Abbażi ta' din l-emenda, il-Liġi daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2025 u l-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti segwiet bejn l-4 ta' Diċembru 2024 u l-1 ta' Jannar 2025. Il-liġi Nru 3985-IX tintroduċi sistema ta' għodod ta' prevenzjoni tal-insolvenza u ta' twissija bikrija għall-entitajiet ġuridiċi u għall-imprendituri f'konformità mal-prinċipji tad-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132. Is-sistema introdotta bil-Liġi tippermetti l-prevenzjoni tal-falliment u l-istabbiliment mill-ġdid tas-solvenza għad-debituri. B'mod partikolari din tinkludi: (i) l-identifikazzjoni u r-rappurtar tar-riskji ta' insolvenza; (ii) proċess ċar għall-ftuħ u r-riżoluzzjoni ta' proċedura ta' ristrutturar preventiv; (iii) rekwiżiti ċari u komprensivi għall-pjanijiet ta' ristrutturar; (iv) il-ħatra ta' prattikant fl-insolvenza; (v) rekwiżit għad-debituri biex jagħtu prova tal-vijabbiltà ta' negozju; (vi) l-implimentazzjoni ta' test tal-aħjar interess tal-kredituri; (vii) miżuri ta' protezzjoni tad-debitur (inkluża s-sospensjoni ta' azzjonijiet ta' eżekuzzjoni); (viii) mekkaniżmu ta' “applikazzjoni furzata” fuq klassijiet differenti għas-soluzzjoni tal-pretensjonijiet tal-kredituri; (ix) il-protezzjoni tal-interessi tal-ħaddiema; u (x) is-simplifikazzjoni tal-proċedura għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju. Il-Liġi tippermetti l-identifikazzjoni bikrija ta' sinjali ta' kriżi f'kumpanija. Dan jinkludi obbligu legali għall-awdituri, il-kontabilisti u l-maniġment ta' kumpanija li jinnotifikaw lid-debituri bi kwalunkwe sinjal jew theddid ta' insolvenza. Il-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Ukrajna huwa meħtieġ jagħmel disponibbli fuq is-sit web tiegħu informazzjoni dwar il-proċedura u l-istrumenti għat-twissija bikrija tar-riskji ta' insolvenza. Il-leġiżlazzjoni sekondarja taġġorna r-rekwiżiti ta' taħriġ obbligatorju għall-prattikanti fl-insolvenza biex jinkludu ristrutturar preventiv, bl-objettiv li titqajjem kuxjenza dwar il-proċedura u jiġi promoss l-użu tagħha. Il-liġi tippermetti l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' opportunitajiet addizzjonali għar-restawr tas-solvenza tal-kumpaniji. Dan jinkludi miżuri addizzjonali ta' protezzjoni tad-debitur għall-finanzjament interim, għat-tfassil mill-ġdid tal-obbligazzjonijiet u għal miżuri ġodda ta' finanzjament u ta' ġenerazzjoni tal-kapital bħala parti mill-pjan ta' ristrutturar. |
||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 6.1
|
Isem tal-pass: Adozzjoni tal-politika ta' sjieda mill-istat u tat-triage tal-intrapriżi tal-istat |
||||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 1. Adozzjoni ta' Politika ta' Sjieda mill-Istat |
||||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||||||
|
Kuntest: Ir-rekwiżit għall-Pass 6.1 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-Approvazzjoni tal-Politika Ġenerali tas-Sjieda mill-Istat u t-‘triage’ tal-SOEs. Il-Politika ta' Sjieda mill-Istat tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-politika tas-sjieda tippermetti l-implimentazzjoni tar-riformi tal-governanza korporattiva tal-OECD fil-kumpaniji tad-DSO biex tittejjeb il-kompetizzjoni fis-swieq tal-gass naturali. It-triage tal-SOEs iwassal għall-eżiti li ġejjin:
Il-pass 6.1 huwa l-uniku pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 1 tal-Kapitolu 6 (ġestjoni tal-assi pubbliċi). |
||||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 6.1. Il-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna adotta l-Politika ta' Sjieda tal-Istat (SOP) fid-29 ta' Novembru 2024. Dan huwa dokument komprensiv li jiddefinixxi r-rwol tal-istat fil-ġestjoni tal-intrapriżi tal-Istat (SOEs). Skont id-dispożizzjonijiet tiegħu, id-dokument irid jiġi rivedut b'mod obbligatorju fi żmien sena minn meta jiġi approvat u mill-inqas kull ħames snin minn hemm 'il quddiem. L-SOP tidentifika sett ta' objettivi ta' politika pubblika għall-SOEs biex jikkontribwixxu għalihom, bħall-forniment ta' oġġetti u servizzi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u l-kontribut għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-assistenza soċjali. L-SOEs huma mistennija wkoll li jikkontribwixxu għall-protezzjoni ambjentali, l-effiċjenza enerġetika u d-diġitalizzazzjoni. Il-liġi primarja tal-Ukrajna tistabbilixxi r-responsabbiltajiet ewlenin tal-entitajiet tal-gvern fil-ġestjoni tal-SOEs. L-SOP tiddeskrivi wkoll ir-rwoli tal-korpi tal-gvern u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti bħall-Kumitat Kontra l-Monopolju u l-Fond tal-Proprjetà tal-Istat fil-proċessi differenti relatati mal-ġestjoni tal-proprjetà tal-Istat. Attribuzzjoni dettaljata tar-responsabbiltajiet hija inkluża (eż. għal operazzjonijiet ta' triage, privatizzazzjoni, applikazzjoni ta' prinċipji ta' governanza korporattiva u valutazzjoni tal-prestazzjonijiet tal-SOEs). Fit-triage, il-Ministeru tal-Ekonomija jikkoordina l-ministeri kompetenti u l-kontributi tal-partijiet ikkonċernati għat-tħejjija tat-triage, filwaqt li l-Kabinett tal-Ministri huwa responsabbli għall-approvazzjoni u l-approvazzjoni formali tiegħu. Il-Parlament Ukren huwa kkonsultat ukoll dwar l-approvazzjoni tal-lista ta' SOEs li għandhom jinżammu taħt sjieda tal-istat. L-SOP tiddeskrivi wkoll ir-rwol tal-Ministeru tal-Finanzi matul il-proċess kollu. L-SOP tistabbilixxi r-raġunament u l-objettivi ġenerali għaż-żamma tal-SOEs taħt il-kontroll tal-istat. Din tirreferi għar-riskju ta' fallimenti tas-suq u monopolji naturali kif ukoll il-ħtieġa li jiġu żgurati kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà u difiża nazzjonali. L-entitajiet maniġerjali tal-SOEs jeħtieġ li juru l-konformità tagħhom mal-objettivi u r-raġunijiet stabbiliti fl-SOP sabiex l-intrapriża tinżamm taħt kontroll mill-Istat. L-SOP tistabbilixxi l-prijoritajiet fit-tul u tal-gvern kollu għas-sjieda tal-SOE, filwaqt li tiżgura ġestjoni xierqa tal-proprjetà tal-istat. Din tinkludi l-formulazzjoni ta' rekwiżiti ta' trasparenza u rapportar għall-SOEs; il-proċeduri u l-objettivi għall-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-SOEs; u proċeduri biex tiġi żgurata l-konformità man-newtralità kompetittiva u r-reġim ta' governanza korporattiva. Id-dokument jistabbilixxi wkoll l-objettivi li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-proprjetà tal-Istat matul il-liġi marzjali, bl-objettiv speċifiku fuq terminu qasir li tiġi żgurata s-sigurtà nazzjonali. Flimkien mal-Politika tas-Sjieda tal-Istat, il-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna adotta politika ta' remunerazzjoni għall-membri tal-bordijiet superviżorji tal-SOEs u l-maniġers tagħhom, u politika dwar id-dividendi tal-Istat. Il-politika ta' remunerazzjoni tippreskrivi approċċ aktar uniformi fost SOEs differenti. Il-politika tal-istat dwar id-dividendi tistabbilixxi prinċipji ġenerali għad-determinazzjoni tad-daqs u l-pagament tad-dividendi tal-SOEs lill-baġit tal-Istat. L-SOP tinkludi impenn għall-Ukrajna biex timplimenta r-riformi ta' governanza korporattiva tal-OECD fl-Operaturi tas-Sistema ta' Distribuzzjoni (DSOs) sabiex ittejjeb il-kompetizzjoni fis-swieq tal-gass naturali. Biex ikompli jiġi żviluppat dan l-impenn, il-Kabinett tal-Ministri ħa nota ta' pjan direzzjonali għall-istabbiliment ta' entità legali separata u indipendenti b'bord superviżorju indipendenti li jimmaniġġja d-DSOs, skont il-prinċipji ta' governanza korporattiva. L-SOP tistabbilixxi wkoll il-passi fil-proċess tat-triage. Abbażi ta' dan, il-Kabinett tal-Ministeri adotta formalment it-triage tal-SOEs. Dan jinkludi: (i) il-lista tal-SOEs li għandhom jinżammu taħt sjieda tal-Istat; (ii) il-lista ta' SOEs li l-privatizzazzjoni tagħhom hija sospiża matul il-liġi marzjali; u (iii) il-lista ta' SOEs li l-proprjetà tagħhom ser titqiegħed taħt il-kontroll tal-Fond tal-Proprjetà tal-Istat jew għall-privatizzazzjoni jew għal-likwidazzjoni. Kif definit fl-SOP, il-Fond tal-Proprjetà tal-Istat imbagħad ifassal żewġ listi separati, waħda għall-SOEs soġġetti għall-privatizzazzjoni u waħda għal dawk soġġetti għal-likwidazzjoni. |
||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 7.5
|
Isem tal-pass: Adozzjoni tal-Istrateġija għar-riforma tal-Istituzzjonijiet tal-Psikonewroloġija, Istituzzjonijiet residenzjali Oħra u Deistituzzjonalizzazzjoni tal-Kura tal-Persuni b'Diżabilità, u l-Persuni Anzjani u tal-Istrateġija għall-Iżgurar tad-Dritt tat-Tfal Kollha fl-Ukrajna biex Jikbru f'Ambjent tal-Familja għall-2024-2028 |
||||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 5. Infrastruttura soċjali mtejba u deistituzzjonalizzazzjoni |
||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 7.5 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri ‘Dwar l-Approvazzjoni tal-Istrateġija għar-Riforma tal-Istituzzjonijiet tal-Psikonewroloġija, Istituzzjonijiet Residenzjali Oħra u d-Deistituzzjonalizzazzjoni tal-Kura tal-Persuni b'Diżabilità u l-Persuni Anzjani’ u tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri ‘Dwar l-Approvazzjoni tal-Istrateġija għall-iżgurar tad-dritt tat-tfal kollha fl-Ukrajna biex jikbru f'ambjent tal-familja għall-2024-2028’. L-istrateġiji jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-pass 7.5 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 5 tal-Kapitolu 7 (kapital uman). |
||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 7.5. “L-istrateġija għall-Iżgurar tad-Dritt li Kull Tifel u Tifla jikbru f'Ambjent tal-Familja għall-2024-2028” ġiet adottata fis-26 ta' Novembru 2024 mill-Kabinett tal-Ministri flimkien mal-pjan operazzjonali ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha għall-2024-2026. L-istrateġija għandha l-objettiv li tiżgura li kull tifel u tifla jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-dritt tagħhom li jikbru f'ambjent tal-familja sikur u ta' appoġġ billi joħolqu sistema ta' appoġġ għat-tfal u l-familji bit-tfal, jintegraw mill-ġdid lit-tfal fil-familji tagħhom u jiżviluppaw forom familjari ta' trobbija (inklużi foster care, kustodja u adozzjoni). L-istrateġija hija bbażata fuq il-prinċipji tad-deistituzzjonalizzazzjoni u li l-familja hija l-aħjar ambjent għall-iżvilupp sħiħ u armonjuż tat-tfal. Din issegwi forom ta' trobbija bbażati fuq il-familja u tinkludi passi biex tiġi emendata l-leġiżlazzjoni u titwitta t-triq għal kollokamenti aktar ottimali li jqisu l-aħjar interessi u l-ħtiġijiet tat-tfal. L-istrateġija tappoġġa t-trobbija tal-orfni u t-tfal imċaħħda mill-kura tal-ġenituri, inklużi t-tfal b'diżabilità, f'ambjent tal-familja. Għandha l-objettiv li tipprovdi lit-tfal u lill-familji b'servizzi ta' appoġġ, inklużi: appoġġ għall-ispeċjalizzazzjoni lill-familji tar-rispett, biex tgħinhom jipprovdu l-kundizzjonijiet it-tajba għal tfal bi bżonnijiet speċjali; servizzi ta' appoġġ immirati għat-tfal (inklużi t-tfal b'diżabilità) u l-persuni ta' bejn l-14 u t-23 sena, li jirċievu kura u trobbija alternattivi, biex jgħinuhom jgħixu b'mod indipendenti u jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà. “L-istrateġija għar-Riforma tal-Istituzzjonijiet tal-Psikonewroloġija u Residenzjali Oħrajn u d-Deistituzzjonalizzazzjoni tal-Kura għall-Adulti b'Diżabilità u l-Anzjani sal-2034” ġiet adottata fl-24 ta' Diċembru 2024 mill-Kabinett tal-Ministri flimkien mal-pjan operazzjonali għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-istrateġija li tkopri l-2025-2027. L-istrateġija għandha l-objettiv li tiżgura li l-persuni b'diżabilità u l-anzjani jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal għajxien indipendenti u l-inklużjoni fil-komunità lokali tagħhom. Dan jinkludi l-iżgurar ta' aċċess mingħajr ostakli għas-servizzi meħtieġa (eż. l-edukazzjoni, il-kultura, u l-assistenza soċjali, legali, medika u psikoloġika). L-istrateġija tappoġġa l-iżvilupp tas-suq għas-servizzi soċjali, ta' riabilitazzjoni u ta' għajxien assistit li l-persuni b'diżabilità u l-anzjani jeħtieġu biex jgħixu b'mod indipendenti fl-ambjent preferut tagħhom. Din tirrikonoxxi r-rwol tal-familji u l-objettiv tagħha hu li ttejjeb l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kura disponibbli u l-għażliet ta' appoġġ għal teħid ta' deċiżjonijiet infurmati. L-istrateġija tappoġġa t-titjib fil-kwalità tal-kura fit-tul u tas-servizzi soċjali. L-objettiv tagħha hu li ttejjeb il-proċeduri u l-istandards għall-forniment ta' tali servizzi u li taġġorna s-sistema għall-valutazzjoni tal-konformità ma' tali standards. |
||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 8.7
|
Isem tal-pass: Adozzjoni tar-riżoluzzjoni għat-tkomplija tal-miżuri ta' sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta' prodotti mhux tal-ikel, inkluż l-ispezzjoni tas-sikurezza tal-prodotti |
||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 5. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE |
||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 8.7 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar Emendi għar-Riżoluzzjoni tat-13 ta' Marzu 2022 Nru 303 ‘Dwar it-Tmiem ta' Miżuri ta' Sorveljanza mill-Istat (Kontroll) u Sorveljanza tas-Suq mill-Istat skont il-Kundizzjonijiet tal-Liġi Marzjali’ fir-rigward tal-esklużjoni tas-sorveljanza tas-suq mill-istat mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha u r-revoka tar-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Mejju 2022 Nru 550 ‘Dwar it-Tmiem tat-Twettiq tal-Kontroll mill-Istat ta' Prodotti Mhux tal-Ikel skont il-Kundizzjonijiet tal-Liġi Marzjali’ biex jerġgħu jibdew il-miżuri ta' sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta' prodotti mhux tal-ikel, inkluż spezzjonijiet tas-sikurezza tal-prodotti.” Il-pass 8.7 huwa l-ewwel minn żewġ passi fl-implimentazzjoni tar-Riforma 5 tal-Kapitolu 8 (ambjent tan-negozju). Dan huwa segwit mill-Pass 8.8 (mistenni sat-tielet trimestru tal-2025) dwar l-adozzjoni ta' standards armonizzati għal tliet gruppi ta' prodotti industrijali. |
||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 8.7. L-Ukrajna rrestawrat bis-sħiħ is-sorveljanza, il-kontroll u l-ispezzjonijiet tas-suq fuq prodotti mhux tal-ikel, permezz tal-adozzjoni ta' tliet riżoluzzjonijiet suċċessivi. Dawn ir-riżoluzzjonijiet emendaw ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna Nru 303 tat-13 ta' Marzu 2022 u Nru 550 tat-3 ta' Mejju 2022 biex jiġu restawrati s-sorveljanza u l-kontroll tal-istat, u l-ispezzjonijiet tas-sikurezza tal-prodotti fuq prodotti mhux tal-ikel. It-tliet riżoluzzjonijiet gradwalment reġġgħu lura s-sorveljanza, il-kontroll u l-ispezzjonijiet tas-suq bil-mod li ġej.
|
||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: Ksib sodisfaċenti |
Pass 9.6
|
Isem tal-pass: Adozzjoni ta' riżoluzzjonijiet għall-iżvilupp tal-ippjanar urban fil-livell lokali |
||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 3. Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika reġjonali |
||||||||||
|
Iffinanzjat minn: Self |
||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 9.6 deskritt fl-Anness tas-CID: “Adozzjoni tar-Riżoluzzjonijiet mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna li japprovaw il-Proċedura għaż-żamma tal-katast tal-ippjanar urban fil-livell tal-istat, ir-Reġistru Unifikat tal-Istat tal-Indirizzi, ir-Reġistru Unifikat tal-Istat tal-Bini u l-Istrutturi, ir-Reġistru Unifikat tal-Istat tal-Unitajiet Amministrattivi, l-emendar tar-riżoluzzjonijiet tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna li jirregolaw l-iżvilupp tad-dokumentazzjoni tal-ippjanar urban fil-forma ta' dokumenti elettroniċi, iż-żamma tas-Sistema Elettronika Unifikata tal-Istat fil-qasam tal-kostruzzjoni, l-integrazzjoni u l-interazzjoni tal-informazzjoni tar-reġistri u l-katasti tal-istat.” Il-pass 9.6 huwa t-tieni u l-aħħar pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 3 tal-Kapitolu 9 (deċentralizzazzjoni u politika reġjonali). |
||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 9.6. L-objettiv ġenerali ta' dan il-pass huwa li jikkontribwixxi għall-iżvilupp diġitali tat-territorji Ukreni bħala waħda mill-prijoritajiet tal-politika reġjonali tal-istat, il-politika ta' rkupru u l-politika tal-ippjanar urban. Il-Kabinett tal-Ministri adotta erba' riżoluzzjonijiet separati li jġibu magħhom bidliet f'diversi riżoluzzjonijiet oħra kif ukoll ftit proċeduri, klassifikazzjonijiet u regolamenti. Ir-riżoluzzjoni Nru 254 tal-5 ta' Marzu 2024 approvat ir-Reġistru Unifikat tal-Indirizzi tal-Istat, ir-Reġistru Unifikat tal-Istat tal-Bini u l-Istrutturi, u r-Reġistru Unifikat tal-Istat tal-Unitajiet Amministrattivi. L-objettiv tagħha huwa li toħloq sorsi uffiċjali armonizzati ta' informazzjoni fil-forma ta' reġistri dwar l-unitajiet u t-territorji amministrattivi tal-Ukrajna. B'mod aktar speċifiku, dawn ir-reġistri fihom informazzjoni dwar oġġetti speċifiċi (eż. lampi tat-toroq, reċinti u ħitan), indirizzi u karatteristiċi tekniċi tal-bini, l-istrutturi u l-bini. Qabel dan, l-Istat kellu aċċess biss għal informazzjoni dwar l-użu ta' biċċiet ta' art (permezz tal-Katast tal-Art tal-Istat), l-attività ta' kostruzzjoni (permezz tar-Reġistru tal-Attivitajiet ta' Kostruzzjoni) u d-drittijiet għal proprjetà immobbli. L-introduzzjoni ta' reġistri ġodda għall-informazzjoni tippermetti traċċar tad-data aktar effettiv fil-livell tal-istat, u b'hekk jitnaqqsu l-kostijiet u l-ineffiċjenzi potenzjalment eċċessivi. Ir-riżoluzzjoni Nru 613 tat-30 ta' Mejju 2024 appellat għall-kontinwazzjoni tas-Sistema Elettronika Unifikata tal-Istat għall-kostruzzjoni u l-integrazzjoni tar-reġistri u l-katasti tal-istat u għall-interazzjoni tad-data bejniethom, biex il-proċeduri rilevanti jinġiebu f'konformità mal-leġiżlazzjoni. Ir-riżoluzzjoni Nru 909 tad-9 ta' Awwissu 2024 introduċiet sistema ta' informazzjoni integrata u li tiffunzjona għall-katast tal-ippjanar urban fil-livell tal-istat. Qabel kien hemm biss network żgħir ta' sistemi tal-IT funzjonali fil-livelli reġjonali u lokali. Wittiet ukoll it-triq għal aktar diġitalizzazzjoni tal-proċeduri għall-iżvilupp, l-aġġornament, l-emendar u l-approvazzjoni tad-dokumentazzjoni tal-ippjanar urban skont rekwiżiti uniformi. Ir-riżoluzzjoni Nru 1557 tal-31 ta' Diċembru 2024 emendat il-proċeduri u r-riżoluzzjonijiet li jispeċifikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dokumenti elettroniċi u diversi klassifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jintużaw fil-kuntest tad-dokumentazzjoni tal-ippjanar urban. |
||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 10.2
|
Isem tal-pass: Introduzzjoni ta' qafas ibbażat fuq is-suq għall-enerġija rinnovabbli |
||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 2. Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta' tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija |
||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-istadju 10.2 fid-deskrizzjoni tal-istadju tal-anness tas-CID huwa kif ġej: “Dħul fis-seħħ ta' qafas leġiżlattiv u regolatorju bbażat fuq is-suq għall-investimenti f'sorsi ta' enerġija rinnovabbli f'konformità mar-regoli tal-UE, jiġifieri l-proċeduri u d-dokumenti meħtieġa għall-irkantijiet kompetittivi”. L-att leġiżlattiv li ġej huwa introdott/emendat: Ir-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri “Dwar Emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri bid-data tad-29 ta' Diċembru 2019 Nru 1175 dwar it-Titjib tal-Proċedura għal Rkanti ta' Żamma tal-Irkanti għad-Distribuzzjoni tal-Kwoti ta' Appoġġ”. Il-pass 10.2 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 2 tal-Kapitolu 10 (is-settur tal-enerġija). Dan ser jiġi segwit mill-Pass 10.3 (dovut sat-tielet trimestru tal-2026) dwar il-leġiżlazzjoni għat-tqassir tal-proċeduri għall-għoti ta' permessi għall-investimenti rinnovabbli; u mill-Pass 10.4 (mistenni sar-raba' trimestru tal-2025) dwar l-adozzjoni tal-pjan direzzjonali għas-separazzjoni tal-ħlas addizzjonali għall-enerġija rinnovabbli mit-tariffa tat-trażmissjoni. |
||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 10.2. L-objettiv ta' din ir-riforma huwa li jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tal-Ukrajna. Ir-riżoluzzjoni Nru 232, li emendat żewġ riżoluzzjonijiet ewlenin fil-qafas leġiżlattiv għall-investiment fl-enerġija rinnovabbli, daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2024. Dawn l-emendi introduċew qafas leġiżlattiv u regolatorju bbażat fuq is-suq għall-investiment f'sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Huma jistipulaw li l-proċeduri tal-irkant għandhom jintużaw biss għall-allokazzjoni tal-appoġġ abbażi tal-mekkaniżmu tal-primjum tas-suq. Huma jirreferu wkoll għall-proċeduri u d-dokumenti meħtieġa għall-irkantijiet kompetittivi (eż. it-tħejjija tal-irkant, id-determinazzjoni tar-rebbieħ abbażi tar-riżultati tal-irkant, u l-formazzjoni ta' kwoti annwali għall-appoġġ għall-entitajiet kummerċjali li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli). Abbażi ta' dawn l-emendi, l-irkantijiet għandhom jiġu organizzati b'mod li jiżgura, fost punti oħra, il-kompetizzjoni bejn il-parteċipanti; il-ftuħ, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni tal-parteċipanti; u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni dwar il-parteċipanti sa tmiem l-irkant, f'konformità mar-regoli tal-UE. |
||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: Ksib sodisfaċenti |
Pass 10.10
|
Isem tal-pass: Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali għall-Utilitajiet tal-Enerġija |
||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 5. L-iżgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet |
||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-istadju 10.10 fid-deskrizzjoni tal-istadju tal-anness tas-CID huwa kif ġej: “Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-emendi bid-data tal-24 ta' Awwissu 2023 Nru 3354-IX ‘Dwar l-attività tat-tfassil tal-liġijiet’, li teżenta d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet, li huma atti legali regolatorji, mill-proċedura ta' reġistrazzjoni tal-istat prevista mil-liġi. Dawn l-emendi jiffokaw fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-pass 10.10 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 5 tal-Kapitolu 10 (is-settur tal-enerġija). Dan huwa segwit mill-Pass 10.11 (dovut sar-raba' trimestru tal-2025) dwar id-dħul fis-seħħ tal-emendi għal-Liġi tal-Ukrajna “Dwar il-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali tal-Enerġija u l-Utilitajiet” li għandhom ikomplu jtejbu l-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet. |
||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 10.10. L-objettiv ġenerali ta' din ir-riforma huwa li tissaħħaħ l-indipendenza tar-regolatur tal-enerġija u li jiġu żgurati l-funzjonament u l-iżvilupp effettivi tas-swieq fis-setturi tal-enerġija u tal-utilitajiet. Il-Parlament Ukren adotta l-Liġi tal-Ukrajna Nru 3915-IX dwar “Emendi għal Ċerti Liġijiet tal-Ukrajna dwar ir-Regolament ta' Ċerti Kwistjonijiet tal-Użu tat-Terminoloġija fis-Settur tal-Enerġija” fil-21 ta' Awwissu 2024. Din daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Settembru 2024. L-objettiv ġenerali tal-Liġi huwa li tadatta l-qafas regolatorju għall-iżviluppi teknoloġiċi u li tallinja d-definizzjonijiet legali mal-istandards tal-UE. L-Artikolu 7 tal-Liġi jintroduċi eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-istat ġestita mill-Ministeru tal-Ġustizzja għall-atti legali regolatorji mħejjija mill-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet (il-NEURC). L-Artikolu jipprevedi wkoll li l-atti legali regolatorji mill-NEURC għandhom jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Istat Unifikat tal-Atti Legali Normattivi wara l-pubblikazzjoni. Dawn l-emendi jiżguraw li l-NEURC tkun eżentata mill-proċedura ta' reġistrazzjoni tal-istat u tkun tista' tieħu deċiżjonijiet awtonomi indipendentement minn kwalunkwe korp politiku f'konformità mal-Artikolu 57(5) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE. Huma jimplimentaw ukoll l-Artikolu 5 tal-Liġi tal-Ukrajna dwar “il-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali tal-Enerġija u l-Utilitajiet” fir-rigward tal-projbizzjoni tal-korpi tal-istat milli jinterferixxu fl-attivitajiet tar-regolatur. |
||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 11.1
|
Isem tal-pass: L-adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna riveduta sal-2030 |
||||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 1. L-ippjanar komprensiv tas-settur tat-trasport |
||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 11.1 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “L-adozzjoni ta' Ordni tal-Kabinett tal-Ministri dwar l-aġġornament tal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna għall-perjodu sal-2030. L-Istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-pass 11.1 huwa l-uniku pass fir-Riforma 1 tal-Kapitolu 11 (trasport). Huwa marbut mal-Pass 11.7, li jipprevedi investimenti ta' mill-inqas EUR 350 miljun fl-infrastruttura tat-trasport f'konformità mal-istrateġija adottata taħt il-Pass 11.1. |
||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 11.1. Il-Kabinett tal-Ministri adotta l-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport tal-Ukrajna riveduta għall-perjodu sal-2030 permezz tad-Digriet Nru 1550 tas-27 ta' Diċembru 2024. Dan jissostitwixxi l-istrateġija preċedenti, adottata f'Mejju 2018. Dan id-dokument strateġiku jiffoka fuq ir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp ta' sistema tat-trasport kompetittiva u effiċjenti f'konformità mal-politiki u l-istandards tal-UE, li tibda b'valutazzjoni tal-ħtiġijiet għar-restawr tal-infrastruttura tat-trasport. Ir-regolament tal-istat dwar il-monopolji naturali fil-qasam tat-trasport ser jiġi rivedut. Ser jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali, mhux diskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għas-suq tat-trasport. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar diversi oqsma relatati mat-trasport (b'mod partikolari l-avjazzjoni, it-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bil-baħar) ser tkun allinjata mal-istandards internazzjonali u mal-acquis tal-UE. L-istrateġija tiffoka b'mod partikolari fuq in-networks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) u l-iżvilupp ta' rotot ferrovjarji, tat-toroq u tal-passaġġi fuq l-ilma interni li huma inklużi fil-mapep tan-network TEN-T. L-istrateġija hija konsistenti mal-miri ta' dekarbonizzazzjoni internazzjonali u tal-UE għas-settur tat-trasport. Din tenfasizza l-ħtieġa li ssir bidla għal sistema tat-trasport aktar sostenibbli u ekoloġika, b'referenza għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u l-mira tal-UE li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050. L-objettiv tagħha huwa li tiżgura l-konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-leġiżlazzjoni Ukrena dwar il-klima. Din timmira lejn tnaqqis fil-volum tal-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra bit-triq, l-avjazzjoni, it-trasport fuq l-ilma u l-ferroviji sa 33 % meta mqabbel mal-livell tal-1990, jew sa 90 % meta mqabbel mal-livell tal-2021. Biex jinkiseb dan ir-riżultat mistenni, l-istrateġija tinkludi miżuri li għandhom l-objettiv li jimmodernizzaw il-flotta tal-vetturi u joħolqu l-kundizzjonijiet għall-użu ta' fjuwils alternattivi, enerġija rinnovabbli u vetturi elettriċi u għall-modernizzazzjoni u l-użu usa' tat-trasport pubbliku Id-dokument strateġiku jinkludi dispożizzjonijiet dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tat-trasport. Dawn jinkludu l-introduzzjoni ta' forma elettronika ta' informazzjoni dwar it-trasport tal-merkanzija u sistema elettronika għall-ġbir tal-pedaġġi. Barra minn hekk, l-Ukrajna ser timplimenta gradwalment is-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) u ser tintroduċi għodod diġitali biex iżżid il-kapaċità fil-punti ta' qsim tal-fruntieri. L-istrateġija tiddeskrivi kif ser jiġu żviluppati t-trasport tal-passiġġieri ta' kwalità għolja u l-mobbiltà mingħajr xkiel (eż. billi jiġu żviluppati terminals tal-passiġġieri, ċentri tat-trasport u mogħdijiet tar-roti) bl-objettiv li tittejjeb il-konnettività bejn modi differenti ta' trasport. Għandha wkoll l-objettiv li tagħmel it-trasport pubbliku aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u gruppi oħra b'nuqqas ta' mobbiltà. 60 % tal-infrastruttura tat-trasport għandha ssir aċċessibbli sal-2030. Is-sehem ta' vetturi pubbliċi aċċessibbli fit-trasport urban bil-karozzi tal-linja għandu jiżdied sa 70 %. Barra minn hekk, ser tinħoloq organizzazzjoni indipendenti għall-investigazzjoni ta' inċidenti fit-trasport u ser tiġi implimentata sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza ferrovjarja f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE. Permezz tal-istrateġija, l-Ukrajna għandha wkoll l-objettiv li ttejjeb is-sikurezza tas-sistema tat-trasport għall-poplu tagħha u għall-ambjent tagħha. Hija tipproponi diversi miżuri biex jittejbu s-sikurezza fit-toroq u s-sikurezza tan-navigazzjoni. Dawn jinkludu infurzar aktar strett tar-regoli. Pereżempju, is-soluzzjonijiet tal-inġinerija għat-tnaqqis tal-veloċità sfurzat u s-separazzjoni tal-flussi tat-traffiku ser itejbu s-sikurezza tat-toroq u jikkontribwixxu għall-mira li jitnaqqsu l-inċidenti serji fit-trasport b'50 % sal-2030. L-istrateġija tirrikonoxxi l-importanza li jitnaqqas l-impatt negattiv tat-toroq u tal-infrastruttura tat-trasport fuq l-ambjent u li jitqiesu l-aspetti ambjentali matul l-ippjanar, id-disinn u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport. B'hekk tippromwovi trasport sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Il-bliet ser jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet ta' mobbiltà urbana sostenibbli billi jsegwu l-eżempji ta' bliet tal-UE u jkunu koerenti mal-approċċ tan-nodi urbani tat-TEN-T. Is-sehem tat-trasport elettriku ser jiżdied, u ser jiġi promoss l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-irriċarġjar. L-istrateġija tistabbilixxi miri għat-tiġdid tal-flotta tal-karozzi tal-linja urbani, iż-żieda fl-użu ta' fjuwils alternattivi u rinnovabbli, u tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport bit-triq sa 23 % tal-livell tal-1990. |
||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 11.2
|
Isem tal-pass: L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030 |
||||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 2. L-iżvilupp tal-potenzjal tal-loġistika tal-esportazzjoni tal-Ukrajna |
||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 11.2 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030. L-Istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-pass 11.2 huwa l-uniku pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 2 tal-Kapitolu 11 (trasport). |
||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 11.2. Il-Kabinett tal-Ministri adotta l-Istrateġija għall-iżvilupp u l-espansjoni tal-infrastruttura tal-fruntieri mal-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova sal-2030 bid-Digriet Nru 1337-p tal-24 ta' Diċembru 2024. L-istrateġija tikkonċentra fuq l-iżvilupp ta' punti ta' qsim tal-fruntieri bit-triq u bil-ferrovija. L-istrateġija tiffoka fuq ir-rikostruzzjoni tal-punti ta' qsim tal-fruntieri mal-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Repubblika tal-Moldova. L-objettiv tagħha huwa li tibni mill-ġdid jew timmodernizza 17-il punt ta' qsim tal-fruntiera u tibni 12-il punt ġdid fil-fruntieri mal-UE. Din tagħti wkoll prijorità lill-iżvilupp tal-infrastruttura tal-fruntieri fuq ir-rotot tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T). L-istrateġija tittratta l-ħolqien ta' netwerk ta' żoni ta' servizz. Dawn ser jinbnew fil-punti ta' qsim tal-fruntiera u jipprovdu servizzi bażiċi għall-persuni li jaqsmuhom bħal ikel, kura medika, kummerċ, assigurazzjoni, akkomodazzjoni, manutenzjoni u fjuwil għall-vetturi, u l-parkeġġ. Iż-żoni ta' servizz ser ikunu mgħammra b'sistemi diġitali għas-simplifikazzjoni tal-qsim tal-fruntieri, bħas-sistema eCherga “Electronic Border Crossing Queue” (Kju Elettroniku tal-Qsim tal-Fruntieri). Ser issir analiżi tal-ħtiġijiet u tal-istat tal-infrastruttura eżistenti qabel ma jibdew ix-xogħlijiet fuq in-network. L-istrateġija għandha l-objettiv li tissimplifika l-proċeduri tal-qsim tal-fruntieri (id-diġitalizzazzjoni u l-introduzzjoni ta' kontroll konġunt, li huwa mifhum bħala kontroll ikkoordinat) f'konformità mal-istandards tal-UE. Dwar id-diġitalizzazzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni tal-eCherga ġie estiż u l-Istrateġija għandha l-objettiv li tintroduċi s-sistema għall-ġestjoni tal-kjuwijiet tal-vetturi fil-punti kollha ta' qsim tal-fruntieri. L-Ukrajna għandha tintroduċi wkoll tagħmir ġdid bħas-sistemi ta' kontroll tal-vidjo, sistema tal-moviment tal-piż, u l-iskennjar filwaqt li tistabbilixxi l-integrazzjoni operazzjonali tas-sistemi kollha ta' informazzjoni u komunikazzjoni użati matul l-operazzjonijiet ta' kontroll. L-Ukrajna qed taħdem biex tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-gvernijiet tal-Istati Membri ġirien tal-UE (l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja) li jistabbilixxu kontrolli kkoordinati f'konformità mal-istandards tal-UE. |
||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 12.1
|
Isem tal-pass: L-adozzjoni tal-istrateġija għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali sal-2030 |
||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 1. L-allinjament tal-qafas istituzzjonali dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mal-politika tal-UE |
||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-istadju 12.1 fid-deskrizzjoni tal-istadju tal-anness tas-CID huwa kif ġej: “L-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali sal-2030. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-pass 12.1 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 1 tal-Kapitolu 12 (is-settur agroalimentari). Dan huwa segwit mill-Pass 12.2 (dovut sal-ewwel trimestru tal-2027) biex tiġi stabbilita s-sistema tan-network tad-data dwar is-sostenibbiltà tal-azjendi agrikoli (FSDN). |
||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 12.1. L-objettiv ġenerali ta' din ir-riforma huwa li jiġu żviluppati prijoritajiet nazzjonali strateġiċi, inklużi prijoritajiet għal aktar allinjament mal-prattiki, in-normi u r-regoli tal-UE. Il-Kabinett tal-Ministri adotta d-Digriet Nru 1163-r “Dwar l-approvazzjoni tal-istrateġija għall-iżvilupp tal-agrikoltura u ż-żoni rurali fl-Ukrajna għall-perjodu sal-2030 u l-approvazzjoni tal-pjan operazzjonali għall-implimentazzjoni tiegħu fl-2025-2027” fil-15 ta' Novembru 2024. L-istrateġija tistabbilixxi politiki tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali li jwittu t-triq lejn l-adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE u jappoġġaw l-iżvilupp ta' settur agrikolu kompetittiv, sostenibbli u diversifikat. Din tiffoka fuq ir-riforma tal-art, l-irrigazzjoni, l-irkupru tal-gwerra u l-appoġġ għall-iżvilupp. L-objettiv tagħha huwa li: tirrestawra u tiżviluppa b'mod ulterjuri il-faċilitajiet idrawliċi biex tiġi żgurata provvista effiċjenti tal-ilma; tneħħi l-mini tal-art minn żoni agrikoli u telimina konsegwenzi oħra ta' operazzjonijiet militari. L-istrateġija u l-pjan operazzjonali tagħha jinkludu miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ministeru għall-Politika Agrarja u l-Ikel għall-analitika u t-tfassil tal-politika, u għall-integrazzjoni fl-UE. L-istrateġija tippjana li tintegra r-Reġistru Agrarju tal-Istat (SAR) fin-network ta' data agrikola tal-UE, u li ttejjeb l-interazzjoni tas-SAR u tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ukreni, inkluż il-fond għal garanziji ta' kreditu parzjali fl-agrikoltura. Din tipprevedi wkoll: li jsiru emendi leġiżlattivi biex tinħoloq aġenzija tal-pagamenti li tiżgura l-pagament f'waqtu u mmirat tal-appoġġ mill-Istat lill-produtturi agrikoli; il-ħolqien ta' sistema amministrattiva u ta' kontroll funzjonali għall-pagamenti bbażati fuq l-erja; u l-implimentazzjoni ta' diversi miżuri tas-suq u tal-investiment. L-istrateġija tippjana li taċċellera l-allinjament leġiżlattiv mal-istandards tal-UE, filwaqt li tipprijoritizza r-rekwiżiti skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Din tagħti prijorità lill-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-miżuri sanitarji u fitosanitarji f'konformità mal-istandards tal-UE. Din l-approssimazzjoni għandha ssir f'żewġ stadji – l-ewwel fl-2025-2027 u mbagħad fl-2028-2030. L-istrateġija tippromwovi l-iżvilupp ta' produtturi żgħar u komunitajiet rurali. B'mod speċifiku, hija tippjana l-adozzjoni ta' proċedura simplifikata u unifikata għall-parteċipazzjoni fil-programmi baġitarji u r-ridistribuzzjoni tal-pagamenti favur produtturi żgħar, u s-simplifikazzjoni tal-aċċess għall-agrikoltura diġitali sabiex tiżdied il-produttività tal-azjendi agrikoli u jiġi ottimizzat l-użu tas-sustanzi kimiċi. Hija tipprevedi wkoll l-iżvilupp ta' programm nazzjonali għall-iżvilupp taż-żoni rurali fl-2025 taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Politika Agrarja u l-Ikel, filwaqt li tqis il-prinċipji tal-programm LEADER tal-UE. L-istrateġija u l-pjan operazzjonali jiddeskrivu l-linji bażi u l-miri tal-azzjoni ambjentali u klimatika sal-2030. Dawn ser iservu bħala l-bażi għall-programmazzjoni bbażata fuq l-evidenza, il-ġestjoni finanzjarja u l-kapaċitajiet ta' kontroll. Dawn jinkludu miri u inizjattivi biex jiżdied il-volum tal-iskart agrikolu riċiklat u l-volum tal-iskart tal-industrija tal-ikel ipproċessat; id-densità taż-żoni agrikoli; is-sehem tal-art agrikola bi produzzjoni organika; u għall-iżvilupp tal-kumpless tal-irrigazzjoni. Dawn il-miri u l-inizjattivi kollha għandhom itaffu l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. |
||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 12.5
|
Isem tal-pass: Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-Reġistru Agrarju tal-Istat (SAR) |
||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 4. Titjib tar-reġistru elettroniku uffiċjali pubbliku tal-azjendi agrikoli |
||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 12.5 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar ir-Reġistru Agrarju tal-Istat’. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-pass 12.5 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 4 tal-Kapitolu 12 (is-settur agroalimentari). Dan huwa segwit mill-Pass 12.6 (mistenni sal-ewwel trimestru tal-2026) dwar il-pubblikazzjoni ta' rapport dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Istat permezz tar-Reġistru Agrikolu pubbliku. |
||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tat-12.5. L-objettiv ta' din ir-riforma skont il-Pjan huwa li tifformalizza u ttejjeb ir-reġistru elettroniku pubbliku uffiċjali tal-azjendi agrikoli (is-SAR). Il-Parlament Ukren adotta l-Liġi tal-Ukrajna Nru 3980-IX tad-19 ta' Settembru 2024“Dwar is-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni ‘Reġistru Agrarju tal-Istat’”. Il-liġi daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Jannar 2025. Il-liġi tistabbilixxi l-bażi legali, organizzattiva u finanzjarja għall-ħolqien u l-funzjonament tas-SAR. L-SAR huwa rikonoxxut uffiċjalment bħala reġistru elettroniku pubbliku uffiċjali fi ħdan il-politika agrarja u s-sigurtà tal-ikel. Il-liġi tobbliga li l-informazzjoni tar-reġistru tkun miftuħa għall-pubbliku. Din tirregola l-proċeduri għall-amministrazzjoni tas-SAR u fiha definizzjonijiet ta' data u aċċess minn partijiet terzi. Il-kopertura tas-SAR ġiet estiża biex tinkludi informazzjoni dwar il-partijiet ikkonċernati tul il-katina tal-valur agrikolu kollha. Il-funzjonalità tiegħu tippermetti d-direzzjoni mmirata tal-assistenza teknika, servizzi amministrattivi oħra u l-introduzzjoni ta' informazzjoni analitika. Ir-reġistrazzjoni fis-SAR issa hija obbligatorja għall-għoti ta' appoġġ mill-Istat, appoġġ mill-baġits lokali, assistenza teknika internazzjonali, għotjiet fl-agrikoltura u programmi oħra ta' assistenza. Il-liġi tagħmel obbligatorja l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni SAR dwar il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ finanzjarju. |
||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 13.1
|
Isem tal-pass: Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali tal-Ukrajna sal-2030 |
||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 1. It-tisħiħ tal-ippjanar strateġiku u l-iżgurar tal-aħjar qafas għall-investituri strateġiċi |
||||
|
Iffinanzjat minn: appoġġ mhux ripagabbli |
||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-istadju 13.1 fid-deskrizzjoni tal-istadju tal-anness tas-CID huwa kif ġej: “Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali tal-Ukrajna sal-2030. Il-Liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin: - l-introduzzjoni ta' Fond ta' Kumpens tal-Istat għal żona ġeoloġika; - prijoritizzazzjoni tal-għanijiet taż-żona ta' estrazzjoni f'konformità mal-Istrateġiji tal-UE; - id-definizzjoni tat-termini tal-materja prima strateġika u kritika, il-ħtieġa ta' valutazzjoni tar-riskju metodoloġika regolari tal-livell ta' sigurtà tal-provvista tagħha, u d-definizzjoni ta' grupp ta' pajjiżi sħab.” Il-pass 13.1 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 1 tal-Kapitolu 13 (ġestjoni tal-materja prima kritika). Dan huwa segwit mill-Pass 13.2 (mistenni sat-tielet trimestru tal-2025) dwar il-pubblikazzjoni ta' rapport dwar il-verifika tar-riżervi tal-materja prima kritika tal-Ukrajna bl-użu tas-sistema ta' klassifikazzjoni internazzjonali. Ir-riżultati jkunu disponibbli għall-investituri. |
||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 13.1. L-objettiv ġenerali ta' din ir-riforma huwa li tattira investiment fl-estrazzjoni u l-ipproċessar ta' materja prima kritika. Il-Parlament Ukren adotta l-Liġi tal-Ukrajna Nru 4154-IX dwar “Emendi għall-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali tal-Ukrajna għall-Perjodu sal-2030”, bid-data tat-18 ta' Diċembru 2024. Il-liġi daħlet fis-seħħ fis-17 ta' Jannar 2025. L-objettiv tal-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Bażi tar-Riżorsi Minerali huwa li jipprovdi appoġġ xjentifiku professjonali ħafna għat-tipi u l-istadji kollha tal-esplorazzjoni ġeoloġika u li jiżviluppa metodoloġiji tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku f'konformità mar-regoli rilevanti tal-UE u l-aħjar prattika internazzjonali fil-qasam. Dan ser itejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-kwalità tagħhom u jiżgura l-iżvilupp sostenibbli. Il-liġi tintroduċi l-Fond ta' Kumpens tal-Istat għaż-żona ġeoloġika, filwaqt li tispeċifika s-sorsi tal-ibbaġitjar tiegħu. Huwa mistenni li l-implimentazzjoni tal-programm ser tinvolvi l-eżekuzzjoni tal-miżuri stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar is-Sħubija Strateġika fil-qasam tal-Materja Prima (il-MtQ) konkluż fit-13 ta' Lulju 2021. Il-liġi temenda l-Kodiċi tal-Ukrajna dwar is-Sottoswol (il-Kodiċi) dwar l-istabbiliment tal-lista ta' minerali ta' importanza strateġika u l-lista ta' minerali u komponenti ta' importanza kritika. Dispożizzjonijiet ġodda introdotti mill-Kodiċi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-inklużjoni ta' minerali tal-metall u minerali mhux metalliċi u l-komponenti utli tagħhom fil-listi tal-minerali u l-komponenti ta' importanza strateġika u kritika. Il-Liġi tistipula li, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-korp eżekuttiv ċentrali, il-Kabinett tal-Ministri ser japprova: il-metodoloġija għall-inklużjoni tal-minerali fil-listi ta' minerali ta' importanza strateġika u kritika; il-valutazzjoni tal-kritikalità tar-riskju ta' interruzzjoni fil-provvista ta' materja prima minerali rilevanti u/jew prodotti pproċessati minn din il-materja prima minerali; u rakkomandazzjonijiet dwar miżuri biex jiġi evitat ir-riskju ta' interruzzjoni fil-provvista tagħhom għandhom jiġu approvati mill-Kabinett tal-Ministri wara li titressaq proposta mill-korp eżekuttiv ċentrali. Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab hija żgurata u promossa. Il-korp eżekuttiv li jimplimenta l-politika tal-istat dwar ir-riċerka ġeoloġika ser jipparteċipa fl-attivitajiet tal-Assoċjazzjoni tal-Istħarriġ Ġeoloġiku tal-Pajjiżi Ewropej. L-attivitajiet tal-MtQ mal-UE u l-ftehimiet ma' pajjiżi oħra ser jiġu implimentati bħala parti mill-programm. |
||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna, ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta' Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna ĠU L, 2024/1447, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1447/oj. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill huwa disponibbli fuq: https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9492-2024-ADD-1/mt/pdf
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/657/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)