<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-64/18</NO.CASE><NO.CASE>C-140/18</NO.CASE><NO.CASE>C-146/18</NO.CASE><NO.CASE>C-148/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0064</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:723">EU:C:2019:723</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20190912">12.9.2019</DATE> – Kawżi Magħquda C‑64/18, C‑140/18, C‑146/18 u C‑148/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Maksimovic <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20190912">12 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il‑Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 56 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Kollokament ta’ ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Żamma u traduzzjoni tad-dokumentazzjoni dwar is-salarji</KEYWORD><KEYWORD>Permess ta’ xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Multi ta’ ammont minimu ddefinit minn qabel</KEYWORD><KEYWORD>Kumulu</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ limitu</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż legali</KEYWORD><KEYWORD>Priġunerija bħala sostituzzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi Magħquda C‑64/18, C‑140/18, C‑146/18 u C‑148/18,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjonijiet tal‑<DATE ISO="20180125">25 ta’ Jannar 2018</DATE> (C‑64/18), tal‑<DATE ISO="20180131">31 ta’ Jannar 2018</DATE> (C‑140/18) u tas‑<DATE ISO="20180216">16 ta’ Frar 2018</DATE> (C‑146/18 u C‑148/18), li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE> (C‑64/18), fit‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE> (C‑140/18) u fit‑<DATE ISO="20180223">23 ta’ Frar 2018</DATE> (C‑146/18 u C‑148/18), fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Zoran Maksimovic</HT> (C‑64/18),</P><P><HT TYPE="BOLD">Humbert Jörg Köfler</HT> (C‑140/18, C‑146/18 u C‑148/18),</P><P><HT TYPE="BOLD">Wolfgang Leitner</HT> (C‑140/18 u C‑148/18),</P><P><HT TYPE="BOLD">Joachim Schönbeck</HT> (C‑140/18 u C‑148/18),</P><P><HT TYPE="BOLD">Wolfgang Semper</HT> (C‑140/18 u C‑148/18)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bezirkshauptmannschaft Murtal,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Finanzpolizei,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn C. Toader, President tal-Awla, L. Bay Larsen (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: M. Krausenböck, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20190506">6 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Z. Maksimovic, minn R. Grilc, R. Vouk, M. Škof, M. Ranc u S. Grilc, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal H. J. Köfler, W. Leitner, J. Schönbeck u W. Semper, minn E. Oberhammer u P. Pardatscher, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Finanzpolizei, minn B. Schlögl, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Hesse, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil, J. Pavliš u L. Dvořáková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Kroat, inizjalment minn T. Galli, sussegwentement minn M. Vidović, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér, G. Tornyai u G. Koós, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Sloven, minn A. Grum u J. Morela, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Kellerbauer, L. Malferrari u H. Krämer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, tal-Artikoli 47 u 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="19961216">16 ta’ Diċembru 1996</DATE> dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 16, p. 66</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE> dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament tal-IMI<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="159" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 159, p. 11</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn, minn naħa, Zoran Maksimovic, Humbert Jörg Köfler, Wolfgang Leitner, Joachim Schönbeck u Wolfgang Semper u, min-naħa l-oħra, il-Bezirkshauptmannschaft Murtal (l-Awtorità Amministrattiva Distrettwali ta’ Murtal, l-Awstrija), fir-rigward ta’ multi li ġew imposti fuqhom minn din tal-aħħar minħabba diversi ksur ta’ dispożizzjonijiet fil-qasam tad-dritt industrijali Awstrijak.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/123/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(6) tad-Direttiva <HT TYPE="SUP">2006</HT>/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar is-servizzi fis-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 376, p. 36</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Din id-Direttiva ma taffettwax il-liġi ta’ l-impjieg, jiġifieri kwalunkwe dispożizzjoni legali jew kuntrattwali dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u r-relazzjoni bejn min jimpjega u l-ħaddiema, li l-Istati Membri japplikaw skond il-liġi nazzjonali li tirrispetta l-liġi Komunitarja. Ugwalment din id-Direttiva ma taffettwax il-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2014/67</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2014/67 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat‑<DATE ISO="20160618">18 ta’ Ġunju 2016</DATE>. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7d tal-Arbeitsvertragsrechts-Anpassungsgesetz (il-Liġi li Tadatta l-Liġi dwar il-Kuntratti ta’ Impjieg, BGBl., 459/1993), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>AVRAG<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007D.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Matul il-perijodu kollu tal-kollokament […], il-persuni li jimpjegaw […] għandhom ikunu fil-pussess, fuq il-post tax-xogħol (jew fuq il-post ta’ intervent) tad-dokumenti li ġejjin bil-lingwa Ġermaniża: kuntratt ta’ xogħol jew ċertifikat ta’ servizz […], ċertifikat tal-paga, provi tal-ħlas tal-pagi […], sabiex ikun jista’ jiġi vverifikat li l-ħaddiem ikkollokat ikun qed jibbenefika, għall-perijodu tal-impjieg, mill-paga dovuta lilu skont id-dispożizzjonijiet legali […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007D.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni transkonfinali ta’ ħaddiema, dan l-obbligu li wieħed ikollu fil-pussess tiegħu d-dokumenti relatati mas-salarji jaqa’ fuq l-impriża nazzjonali utenti. L-impriża ta’ oriġini tal-ħaddiema li tqegħidhom għad-dispożizzjoni għandha tipprovdi lill-impriża utenti, b’mod verifikabbli, id-dokumenti relatati mas-salarji.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7i(4) tal-AVRAG huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kull min</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>bħala persuna li timpjega […] ma tagħmilx disponibbli d-dokumentazzjoni dwar is-salarji bi ksur tal-Artikolu 7d, jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>bħala impriża ta’ oriġini, fil-każ ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni transkonfinali ta’ ħaddiema, ma tipprovdix lill-impriża utenti, b’mod verifikabbli, id-dokumenti relatati mas-salarji, bi ksur tal-Artikolu 7d(2), jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>bħala impriża utenti, fil-każ ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni transkonfinali ta’ ħaddiema, ma jkollhiex fil-pussess tagħha d-dokumenti relatati mas-salarji, bi ksur tal-Artikolu 7d(2),</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>twettaq ksur amministrattiv punibbli b’multa mill-awtorità amministrattiva distrettwali ta’ ammont ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> għal kull ħaddiem ikkonċernat, u, fil-każ ta’ reċidiva, ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>, u, meta jkunu kkonċernati iktar minn tliet ħaddiema, ta’ ammont ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> għal kull ħaddiem ikkonċernat, u, fil-każ ta’ reċidiva, ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">4000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(1) tal-Ausländerbeschäftigungsgesetz (il-Liġi dwar l-Impjieg ta’ Ċittadini Barranin, BGBl. 218/1975), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>AuslBG<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Sa fejn il-fatt ma jikkostitwixxix att punibbli li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-qrati u t-tribunali (Artikolu 28c), għandu jitqies li twettaq ksur amministrattiv, li għandu jiġi ssanzjonat mill-awtorità amministrattiva distrettwali,</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>kull persuna li,</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>bi ksur tal-Artikolu 3, timpjega ħaddiem barrani li ma jkunx inħareġ permess ta’ xogħol għalih […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>dan il-ksur jiġi ssanzjonat, fil-każ ta’ impjieg mhux awtorizzat ta’ mhux iktar minn tliet ħaddiema barranin, għal kull ħaddiem barrani impjegat mingħajr permess, permezz ta’ multa ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, fil-każ tal-ewwel reċidiva jew ta’ reċidiva ġdida, permezz ta’ multa ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>, fil-każ ta’ impjieg mhux awtorizzat ta’ iktar minn tliet ħaddiema barranin, għal kull barrani impjegat mingħajr permess, permezz ta’ multa ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>, fil-każ tal-ewwel reċidiva jew ta’ reċidiva ġdida, permezz ta’ multa ta’ bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">4000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>;</P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 52(1) u (2) tal-Verwaltungsgerichtsverfahrensgesetz (il-Liġi dwar il-Proċedura Amministrattiva Kontenzjuża, BGBl. I, 33/2013), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="052.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’kull sentenza tal-qorti amministrattiva li tikkonferma deċiżjoni li tissanzjona ksur amministrattiv, il-qorti għandha tiffissa kontribuzzjoni għall-ispejjeż li għandha titħallas mill-awtur tal-ksur issanzjonat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="052.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din il-kontribuzzjoni tiġi ffissata, fil-qasam ta’ proċedura għat-tressiq ta’ kawża, għal 20 % tas-sanzjoni mogħtija, mingħajr madankollu ma tista’ tkun ta’ inqas minn EUR 10; meta s-sanzjoni tkun tikkonsisti f’priġunerija, ġurnata ta’ ċaħda tal-libertà tkun ekwivalenti, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż, għal ammont ta’ EUR 100. […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20140323">23 ta’ Marzu 2014</DATE>, seħħet splużjoni fil-fabbrika ta’ Zellstoff Pöls AG, li tinsab f’Pöls (l-Awstrija), li wasslet għall-qerda ta’ parti kbira tal-bojler ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ kuntratt tal‑<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE>, Zellstoff Pöls inkarigat lil Andritz AG, stabbilita fl-Awstrija, bix-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ restawr tas-sistema tal-bojler.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20140827">27 ta’ Awwissu 2014</DATE>, Andritz inkarigat lil Bilfinger Duro Dakovic Montaza d.o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Bilfinger<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), stabbilita fil-Kroazja, biż-żarmar u bl-immuntar mekkaniku tal-bojler. Din tal-aħħar ikkollokat, għall-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet, ħaddiema fl-Awstrija, li għalihom ġew stabbiliti konfermi ta’ kollokament mill-awtoritajiet kompetenti Awstrijaċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li Bilfinger ma setgħetx tosserva d-data ta’ tlestija tax-xogħlijiet, iffissata għal‑<DATE ISO="20150825">25 ta’ Awwissu 2015</DATE>, Bilfinger u Andritz ftiehmu li Brodmont d.o.o., stabbilita fil-Kroazja, tintervjeni b’sostituzzjoni sabiex jitlestew ix-xogħlijiet inizjalment fdati lil Bilfinger. Kuntratt f’dan is-sens ġie konkluż fil‑<DATE ISO="20150911">11 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bejn l‑<DATE ISO="20150914">14 ta’ Settembru 2015</DATE> u t‑<DATE ISO="20151030">30 ta’ Ottubru 2015</DATE>, 217‑il ħaddiem ħadmu għal Brodmont fis-sit ta’ kostruzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li din il-kumpannija tal-aħħar kienet ħadet il-ħaddiema kollha impjegati minn Bilfinger f’dan is-sit ta’ kostruzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis‑27 ta’ Settembru, fit‑13 ta’ Ottubru u fit‑<DATE ISO="20151028">28 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Finanzpolizei (il-Pulizija Finanzjarja, l-Awstrija) wettqet spezzjonijiet fuq l-imsemmi sit ta’ kostruzzjoni, li matulhom id-dokumenti kollha relatati mas-salarji ta’ kull wieħed minn dawn il‑217‑il ħaddiem ma setgħux jiġu ppreżentati lilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Abbażi tal-konstatazzjonijiet magħmula mill-Pulizija Finanzjarja matul dawn l-ispezzjonijiet, l-awtorità amministrattiva Distrettwali ta’ Murtal imponiet sanzjonijiet amministrattivi fuq ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Din l-awtorità qieset li ma kienx hemm kollokament ta’ ħaddiema, iżda t-tqegħid għad-dispożizzjoni transkonfinali ta’ ħaddiema ta’ Brodmont lil Andritz. Madankollu, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li ma ġewx ikkritikati li naqsu mill-obbligi tagħhom relatati mal-ħlas tar-remunerazzjoni minima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20170419">19 ta’ April 2017</DATE>, l-awtorità amministrattiva distrettwali ta’ Murtal imponiet multa għall-ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3255000</FT> fuq Z. Maksimovic, amministratur ta’ Brodmont. Hija qieset li Brodmont naqset mill-obbligu tagħha, bħala impriża ta’ oriġini tal‑217‑il ħaddiem imqiegħda għad-dispożizzjoni, li tipprovdi lil Andritz, il-kumpannija utenti, id-dokumenti relatati mas-salarji ta’ dawn il-ħaddiema, previst fl-Artikolu 7d tal-AVRAG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tal‑25 ta’ April u tal‑<DATE ISO="20170505">5 ta’ Mejju 2017</DATE>, l-imsemmija awtorità imponiet ukoll multi għall-ammont rispettiv ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2604000</FT> u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2400000</FT> fuq kull wieħed mill-erba’ membri tal-Bord Eżekuttiv ta’ Andritz, jiġifieri H. J. Köfler, W. Leitner, J. Schönbeck u W. Semper, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ ċerti obbligi, previsti fl-Artikolu 7d tal-AVRAG u fil-punt 1(a) tal-Artikolu 28(1) tal-AuslBG, flimkien mal-Artikolu 3(1) tal-AuslBG, dwar iż-żamma ta’ dokumenti relatati mas-salarji li hija imposta fuq din il-kumpannija bħala impriża utenti tal-imsemmija ħaddiema, kif ukoll il-kisba ta’ permessi amministrattivi għal 200 ħaddiema Kroati, Serbi jew mill-Bosnja-Ħerzegovina. Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li dawn il-multi ser jiġu kkonvertiti, fil-każ ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-ammont tagħhom, fi priġunerija ta’ tul ta’ <FT TYPE="NUMBER">1736</FT> jum u ta’ <FT TYPE="NUMBER">1600</FT> jum rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Id-destinatarji ta’ dawn is-sanzjonijiet ippreżentaw rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti għandha qabel kollox dubji dwar il-konformità mal-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni ta’ proporzjonalità tas-sanzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għalkemm tagħti lill-qrati ċerta marġni ta’ diskrezzjoni fid-determinazzjoni tas-sanzjoni, tnaqqas b’mod qawwi dan il-marġni ta’ diskrezzjoni minħabba l-kombinazzjoni tal-prinċipju ta’ kumulu, tal-eżistenza ta’<?PAGE NO="6"?> ċirkustanzi li jaffettwaw ir-rata tal-multa u tar-rata għolja tal-multa minima, b’tali mod li, anki meta l-multa imposta tkun l-iktar baxxa minn dawk li jistgħu jiġu imposti, l-ammont globali tagħha xorta jibqa’ għoli ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk il-possibbiltà li tiġi imposta piena ta’ diversi snin ta’ priġunerija, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ multa, sabiex jiġi ssanzjonat ksur amministrattiv imwettaq b’negliġenza, hijiex konformi mal-imsemmi prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, din il-qorti tippreċiża li, fil-każ li r-rikors jiġi miċħud, skont l-Artikolu 52(2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Amministrattiva Kontenzjuża, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali li tiġi imposta fuq ir-rikorrenti titla’ għal ammont ekwivalenti għal 20 % tal-multa imposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Styrie, l-Awstrija) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P>Fil-Kawża C‑64/18:</P><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-[Direttiva 96/71] u d-[Direttiva 2014/67] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, bħan-nuqqas ta’ pussess ta’ dokumenti relatati mas-salarji mingħand persuni li jikkollokaw ħaddiema, multi għolja ħafna, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għolja imposti <HT TYPE="ITALIC">b’mod kumulattiv</HT> fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkonċernat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li ma tingħatax risposta affermattiva għall-ewwel domanda:</TXT><P>L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-[Direttiva 96/71] u d-[Direttiva 2014/67] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, li multi kumulattivi jiġu imposti <HT TYPE="ITALIC">mingħajr limitu massimu assolut</HT>?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NP></ITEM></LIST></P><P>Fil-Kawża C‑140/18:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-[Direttiva 96/71] u d-[Direttiva 2014/67] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, bħan-nuqqas ta’ pussess ta’ dokumenti relatati mas-salarji mingħand persuni li jikkollokaw ħaddiema, multi għolja ħafna, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għolja imposti <HT TYPE="ITALIC">b’mod kumulattiv</HT> fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkonċernat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li ma tingħatax risposta affermattiva għall-ewwel domanda:</TXT><P>L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-[Direttiva 96/71] u d-[Direttiva 2014/67] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, li multi kumulattivi jiġu imposti <HT TYPE="ITALIC">mingħajr limitu massimu assolut</HT>?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domanda:</TXT><P>L-Artikolu 49(3) tal-[Karta] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali li, għal ksur imwettaq minħabba negliġenza, tipprevedi, mingħajr limiti massimi, sanzjonijiet pekunjarji għolja, u fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, priġunerija għal diversi snin?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="7"?><P>Fil-Kawża C‑146/18:</P><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Artikoli 47 u 49 tal-[Karta] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali li tipprevedi kontribuzzjoni mandatorja għall-ispejjeż proċedurali ta’ rikors kontenzjuż ta’ 20 % tas-sanzjoni imposta?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P><P>Fil-Kawża C‑148/18:</P><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-Artikolu 49(3) tal-[Karta] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali li, għal ksur imwettaq minħabba negliġenza, tipprevedi, mingħajr limiti massimi, sanzjonijiet pekunjarji għolja, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għolja, u fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, priġunerija għal diversi snin?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kawżi C‑64/18, C‑140/18, C‑146/18 u C‑148/18 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub, tal-proċedura orali, kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 56 TFUE, l-Artikoli 47 u 49 tal-Karta, id-Direttiva 96/71, kif ukoll id-Direttiva 2014/67, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar il-kisba ta’ permessi amministrattivi u ż-żamma ta’ dokumenti relatati mas-salarji, l-impożizzjoni ta’ multi:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont stabbilit minn qabel;</P></ITEM><ITEM><P>li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu;</P></ITEM><ITEM><P>flimkien ma’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali sa 20 % tal-ammont tagħhom fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponihom, u</P></ITEM><ITEM><P>li jiġu kkonvertiti fi priġunerija fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tiddeterminax direttament il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ impjieg applikabbli bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni Awstrijaka, iżda hija intiża sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-ispezzjonijiet li jistgħu jsiru mill-awtoritajiet kompetenti Awstrijaċi sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tali miżuri ta’ kontroll ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71, peress li din hija intiża sabiex tikkoordina l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali sostantivi marbuta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tal-ħaddiema kkollokati, indipendentement mir-regoli amministrattivi aċċessorji intiżi sabiex tkun tista’ ssir il-verifika tal-osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141203">3 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>De Clercq <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑315/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2408">EU:C:2014:2408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirrizulta wkoll li l-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali seħħew bejn ix-xhur ta’ Settembru u ta’ Ottubru 2015. Minn dan isegwi li d-Direttiva 2014/67, li t-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha kien skada, konformement mal-Artikolu 23 tagħha, fit‑<DATE ISO="20160618">18 ta’ Ġunju 2016</DATE> u li ġiet trasposta<?PAGE NO="8"?> fid-dritt Awstrijak permezz ta’ liġi li ġiet adottata fix-xahar ta’ Ġunju 2016, li daħlet fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20170101">1 ta’ Jannar 2017</DATE>, ma hijiex applikabbli għalihom (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Čepelnik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:896">EU:C:2018:896</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, u filwaqt li ċerti partijiet ikkonċernati li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sostnew li din għandha wkoll tibbaża r-risposta tagħha għad-domandi preliminari fuq id-Direttiva 2006/123, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 1(6) tagħha, din id-direttiva ma hijiex applikabbli għall-istabbiliment, minn leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ miżuri dissważivi sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ regoli sostantivi fil-qasam tad-dritt industrijali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Čepelnik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:896">EU:C:2018:896</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, hemm lok li jiġi konkluż li d-Direttivi 96/71, 2014/67 u 2006/123 ma humiex rilevanti sabiex tingħata risposta għad-domandi preliminari magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-miżuri kollha li jipprojbixxu, jostakolaw jew jirrendu inqas attraenti l-eżerċizzju tal-liberta’ li jiġu pprovduti servizzi għandhom jitqiesu li huma restrizzjonijiet għal din il-libertà. Barra minn hekk, l-Artikolu 56 TFUE jagħti drittijiet mhux biss lill-fornitur tas-servizzi nnifsu, iżda wkoll lid-destinatarju tal-imsemmija servizzi (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Čepelnik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:896">EU:C:2018:896</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-kuntest ta’ kollokament ta’ ħaddiema, l-obbligu li tistabbilixxi u li żżomm dokumenti soċjali u ta’ xogħol fl-Istat Membru ospitanti tista’ tinvolvi spejjeż u piżijiet amministrattivi u ekonomiċi addizzjonali għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor u, għaldaqstant, tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19991123">23 ta’ Novembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Arblade <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑369/96 u C‑376/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:575">EU:C:1999:575</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑490/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:430">EU:C:2007:430</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>dos Santos Palhota <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑515/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:589">EU:C:2010:589</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kollokament ta’ ħaddiema ta’ Stat terz minn impriża li tipprovdi servizzi fi Stat Membru tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-provvista ta’ servizzi fit-territorju nazzjonali minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor għall-ħruġ ta’ permess amministrattiv tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Danieli &amp; C. Officine Meccaniche <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑18/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:904">EU:C:2018:904</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjonijiet fir-rigward kemm tal-fornitur ta’ servizzi kif ukoll tad-destinatarju tas-servizzi kkonċernati fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ tali obbligi li, minnhom infushom, jikkostitwixxu restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, tista’ tirrendi l-eżerċizzju ta’ tali libertà inqas attraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-miżuri nazzjonali li jistgħu jostakolaw jew jirrendu l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali żgurati mit-Trattat FUE inqas attraenti jistgħu madankollu jiġu ammessi sakemm dawn jissodisfaw raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, li jkunu xierqa sabiex jiżguraw it-twettiq tal-għan li għandu jintlaħaq minnhom u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jilħquh (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Čepelnik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:896">EU:C:2018:896</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Gvern Awstrijak iqis li r-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija ġġustifikata mill-għanijiet ta’ protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kif ukoll mill-ġlieda kontra l-frodi, b’mod partikolari dik soċjali, u mill-prevenzjoni tal-abbużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kif ukoll il-ġlieda kontra l-frodi, b’mod partikolari dik soċjali, u l-prevenzjoni tal-abbużi huma għanijiet li jinsabu fost in-numru ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Čepelnik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:896">EU:C:2018:896</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur ta’ obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali li jfittxu li jilħqu dawn l-għanijiet, tista’ titqies li hija adatta sabiex tiżgura l-osservanza ta’ dawn l-obbligi u, għaldaqstant, it-twettiq tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rigward tan-neċessità ta’ restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li s-severità tas-sanzjoni imposta għandha tkun adegwata mal-gravità tal-ksur li hija intiża li tissanzjona. Barra minn hekk, il-miżuri amministrattivi jew repressivi permessi minn leġiżlazzjoni nazzjonali ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimament imfittxija permezz ta’ din il-leġiżlazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Zheng</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑190/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:357">EU:C:2018:357</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu, fl-ewwel lok, jiġi rrilevat li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha l-għan li tissanzjona n-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti fil-qasam tad-dritt industrijali dwar il-kisba ta’ permessi amministrattivi u dwar iż-żamma ta’ dokumenti relatati mas-salarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu ċertament jiġi rrilevat li leġiżlazzjoni li tipprevedi sanzjonijiet li l-ammont tagħhom ivarja skont in-numru ta’ ħaddiema kkonċernati min-nuqqas ta’ osservanza ta’ ċerti obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali ma tidhirx, fiha nnifisha, li hija sproporzjonata (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Chmielewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:475">EU:C:2015:475</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, il-kombinazzjoni tal-ammont għoli tal-multi previsti sabiex jiġi ssanzjonat in-nuqqas ta’ osservanza ta’ tali obbligi bil-kumulu mingħajr limitu ta’ dawn il-multi meta l-ksur jikkonċerna diversi ħaddiema tista’ twassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet pekunjarji f’ammont kunsiderevoli, li jista’ jitla’, bħal f’dan il-każ, għal diversi miljuni ta’ euro.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li tali multi ma jistgħux, fi kwalunkwe każ, ikunu inqas minn ammont predefinit jista’ jippermetti l-impożizzjoni ta’ tali sanzjonijiet f’każijiet fejn ma jkunx stabbilit li l-fatti kkritikati jippreżentaw gravità partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-każ taċ-ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponi tali sanzjoni mid-destinatarju tagħha, dan tal-aħħar għandu jħallas ammont ekwivalenti għal 20 % ta’ din is-sanzjoni bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-multa imposta, l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija bħala sostituzzjoni, li għandha natura partikolarment severa fir-rigward tal-konsegwenzi li jirriżultaw minnha għall-persuna kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19800703">3 ta’ Lulju 1980</DATE>, <NAME.CASE>Pieck</NAME.CASE>, <NO.CASE>157/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:179">EU:C:1980:179</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960229">29 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>Skanavi u Chryssanthakopoulos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑193/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:70">EU:C:1996:70</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>I</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑195/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:815">EU:C:2017:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, leġiżlazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali ma tidhirx li hija konformi mal-gravità tal-ksur issanzjonat, jiġifieri n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar il-kisba ta’ permessi amministrattivi u dwar iż-żamma ta’ dokumenti relatati mas-salarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-implimentazzjoni effettiva tal-obbligi li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom huwa ssanzjonat minn tali leġiżlazzjoni tista’ tiġi żgurata permezz ta’ miżuri inqas restrittivi, bħall-iffissar ta’ multi ta’ ammont inqas għoli jew l-istabbiliment ta’ limitu għal tali multi, u mingħajr ma dawn neċessarjament jinkludu priġunerija bħala sostituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jitqies li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tmur lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar il-kisba ta’ permessi amministrattivi u dwar iż-żamma ta’ dokumenti relatati mas-salarji u sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ma hemmx lok li tiġi eżaminata l-kompatibbiltà ta’ tali leġiżlazzjoni mal-Artikoli 47 u 49 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar il-kisba ta’ permessi amministrattivi u ż-żamma ta’ dokumenti relatati mas-salarji, l-impożizzjoni ta’ multi:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont stabbilit minn qabel;</P></ITEM><ITEM><P>li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu;</P></ITEM><ITEM><P>flimkien ma’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali sa 20 % tal-ammont tagħhom fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponihom, u</P></ITEM><ITEM><P>li jiġu kkonvertiti fi priġunerija fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar il-kisba ta’ permessi amministrattivi u ż-żamma ta’ dokumenti relatati mas-salarji, l-impożizzjoni ta’ multi:</HT></P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont stabbilit minn qabel;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">flimkien ma’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali sa 20 % tal-ammont tagħhom fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponihom, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">li jiġu kkonvertiti fi priġunerija fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas.</HT></P></ITEM></LIST></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>