6.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10313 — CVC/CDPQ/WAVS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 266/10)

1.   

Fit-30 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”) (il-Lussemburgu),

—

Caisse de Dépôt et Placement du Québec (“CDPQ”, il-Kanada);

—

Vision 7 International Inc. (“Vision 7”, il-Kanada), We Are Very Social Ltd (“WAVS”, ir-Renju Unit), Fuse Project LLC (“Fuse Project”, l-Istati Uniti tal-Amerka), u Metta Communications Ltd (“Metta”, Hong Kong) (flimkien il-“Kumpaniji fil-Mira” jew “Entitajiet fil-Mira”), li finalment huma proprjetà ta’ Blue Focus Intelligent Communications Group C. Ltd (2) (“BFICG”, iċ-Ċina).

CVC u CDPQ jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpaniji fil-Mira kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CVC: CVC u / jew is-sussidjarji tagħha jiġġestixxu fondi u pjattaformi ta’ investiment,

—

CDPQ: investitur istituzzjonali fit-tul li jiġġestixxi fondi primarjament għal pensjoni pubblika u para-pubblika u pjanijiet ta’ assikurazzjoni fi Québec. Hija tinvesti dawn il-fondi globalment fis-swieq finanzjarji ewlenin, l-ekwità privata, l-infrastruttura, u l-proprjetà immobbli,

—

għall-Kumpaniji fil-Mira: grupp ta’ entitajiet attivi fil-forniment ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni u servizzi ta’ xiri tal-media. B’mod partikolari, WAVS hija attiva fl-Ewropa bħala fornitur tal-media soċjali u s-servizzi ta’ strateġija tad-ditta.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10313 — CVC/CDPQ/WAVS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  L-Entitajiet fil-Mira bħalissa huma kollha kemm huma proprjetà ta’ sussidjarji ta’ BFICG kif ġej: Vision 7 hija proprjetà ta’ Blue Valor Limited (“BV”); WAVS u Metta huma proprjetà ta’ Blue Focus International Limited (“BFI” u, flimkien ma’ BV, is-“Sellers”); Fuse Project huwa l-proprjetà ta’ Blue Focus Communication Group of America, Inc. (“BFCGOA”).

(3)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.