|
5.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/21 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9926 — ADI/Maxim)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 76/07)
1.
Fl-24 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Analog Devices, Inc. (ADI, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Maxim Integrated Prodcuts (Maxim, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
ADI takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Maxim kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ADI: L-ADI tfassal, timmanifattura u tikkummerċjalizza portafoll wiesa’ ta’ soluzzjonijiet, inklużi ċirkwiti integrati, algoritmi, software u sottosistemi li jużaw teknoloġiji analogi, b’sinjali mħallta u diġitali għall-ipproċessar tas-sinjali. Il-prodotti tal-ADI jaqdu lill-konsumaturi madwar id-dinja f’għadd ta’ setturi, inklużi s-setturi industrijali, tal-komunikazzjoni, tal-karozzi u tal-konsumaturi. |
|
— |
Maxim: Maxim jiddisinja, jiżviluppa, jimmanifattura u jikkummerċjalizza firxa wiesgħa ta’ ċirkwiti integrati analogi, ta’ sinjali mħallta u diġitali. Il-prodotti tagħha jservu klijenti f’diversi postijiet ġeografiċi fiċ-ċentri tal-karozzi, tal-komunikazzjoni u tad-data, tal-computing, tal-konsumaturi u tal-industrija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9926 ADI/Maxim
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).