<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0500410701.case.xml"><NO.CASE>C-533/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008J0533</NO.CELEX><NO.SEQ>0001.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-4137</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-4164</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>28</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100504">4.5.2010</DATE> — KAWŻA C-533/08</LEFT><RIGHT>TNT EXPRESS NEDERLAND</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20100504">4 ta’ Mejju 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-533/08,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal domanda preliminari skont l-Artikoli 68 u 234 KE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20081128">28 ta’ Novembru 2008</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20081203">3 ta’ Diċembru 2008</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">TNT Express Nederland BV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">AXA Versicherung AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-4138"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts, J.-C. Bonichot, R. Silva de Lapuerta u C. Toader, Presidenti ta’ Awla, K. Schiemann, P. Kūris, E. Juhász, M. Ilešič (Relatur), J.-J. Kasel u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20091117">17 ta’ Novembru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal TNT Express Nederland BV, minn J. H. J. Teunissen, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u Y. de Vries, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="I-4139"?><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn A.-M. Rouchaud-Joët u R. Troosters, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), kif ukoll tal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Genève dwar il-kuntratt ta’ trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq, tad-<DATE ISO="19560519">19 ta’ Mejju 1956</DATE>, kif emendata bil-protokoll iffirmat f’Genève fil-<DATE ISO="19780705">5 ta’ Lulju 1978</DATE> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>CMR<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn TNT Express Nederland BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>TNT<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/>) u AXA Versicherung AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>AXA<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/>), fir-rigward tal-eżekuzzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi ta’ deċiżjonijiet ta’ qorti Ġermaniża li tikkundanna<?PAGE NO="I-4140"?> lil TNT għall-ħlas ta’ kumpens minħabba t-telf ta’ merkanzija waqt trasport internazzjonali bit-triq.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 44/2001</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 1 tar-Regolament Nru 44/2001 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-Komunità poġġiet quddiemha l-għan li tmantni u tiżviluppa żona ta’ ħelsien, sigurtà u ġustizzja, li fiha jiġi żgurat il-moviment ħieles ta’ persuni. Sabiex tiġi stabbilita ftit ftit din iż-żona, il-Komunità trid tadotta, fost affarijiet oħra, il-miżuri li għandhom x’jaqsmu ma’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili meħtieġa għall-operat tajjeb tas-suq intern.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessa 6 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Sabiex jintlaħaq l-obbjettiv ta’ moviment liberu ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, huwa meħtieġ u xieraq li r-regoli li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u<?PAGE NO="I-4141"?> r-Rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jkun regolat minn strument legali tal-Komunità li jkun jorbot u direttament applikabbli.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 11, 12 u 15 tar-Regolament Nru 44/2001 jispeċifikaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(11)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa […].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT><P>B’żieda mad-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</P><P>[…]</P></TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Fl-interessi tal-amministrazzjoni armoniżżata tal-ġustizzja huwa meħtieġ li titnaqqas il-possibiltà ta’ proċedimenti simultanji u biex ikun assigurat li ma jiġux mogħtija ġudizzji rrikonċiljabbli f’żewġ Stati Membri. […]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4142"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessi 16 u 17 ta’ dan ir-regolament jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(16)</NO.P><TXT>Il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni ta’ ġustizzja fil-Komunità tiġġustifika illi sentenzi mogħtija fi Stat Membru jiġu awtomatikament rikonoxxuti mingħajr il-ħtieġa ta’ xi proċedura ħlief f’każijiet ta’ tilwim.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta’ l-istess prinċipju ta’ fiduċja reċiproka, il-proċedura sabiex tiġi eżegwita fi Stat Membru wieħed sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tkun effiċjenti u malajr. […]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-premessa 25 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Rispett għall-impennji internazzjonali li kienu daħlu għalihom l-Istati Membri jfisser li dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa konvenzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ materji speċifiċi li għalihom huma partijiet l-Istati Membri.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament Nru 44/2001:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika f’materji ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. M’għandux jestendi b’mod partikolari, għal introjtu minn taxxi, dwana jew materji amministrattivi.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-4143"?><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma japplikax għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-istatus jew il-kapaċità ġuridika ta’ persuni naturali, drittijiet ta’ propjetà li joriġinaw minn relazzjonijiet matrimonjali, testmenti u suċċessjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>falliment, proċedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ għeluq ta’ kumpanija falluti jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġuridiki, komposizzjoni jew proċedimenti analogi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>sigurtà soċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>arbitraġġ.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 44/2001, li jinsab fis-Sezzjoni 9 intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/><HT TYPE="ITALIC">Lis pendens</HT> - azzjonijiet relatati<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/>, tal-Kapitolu II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Ġurisdizzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/>, ta’ dan ir-regolament, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta proċedimenti jinvolvu l-istess kawża ta’ azzjoni u bejn l-istess partijiet ikunu miġjuba quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, xi qorti apparti mil-ewwel qorti li jkollha quddiema l-każ għandha bl-inizjattiva tagħha stess tissosspendi l-proċedimenti ta’ quddiemha sa dak iż-żmien li fih tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta’ l-ewwel qorti invokata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta’ l-ewwel qorti invokata, xi qorti oħra apparti mill-ewwel qorti invokata għandha tastieni mill-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4144"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 44/2001, li jinsab fis-Sezzjoni 1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Rikonoxximent<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/>, tal-Kapitolu III intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Rikonoxximent u eżekuzzjoni <QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/>, ta’ dan ir-regolament, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Sentenza m’għandhiex tiġi rikonoxxuta:</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="034.001"><NO.PARAG>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>jekk dak ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-istrateġija pubblika ta’ l-Istat Membru li fih ġie mfittex ir-rikonoxximent;</P><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 35 ta’ dan ir-regolament, li jinsab fl-istess sezzjoni, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="035.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Aktar minn hekk, sentenza m’għandhiex tiġi rikonoxxuta jew tmur kontra s-Sezzjonijiet 3, 4 jew 6 ta’ Kapitolu II, jew fil-każ li hemm disposizzjoni dwaru fl-Artikolu 72.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="035.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-eżami tal-bażi tas-sentenza msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, il-qorti jew l-awtorità għandha tkun marbuta bis-sejbiet dwar il-fatt li fuqhom il-qorti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tkun ibbażat il-ġurisdizzjoni tagħha.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-4145"?><PARAG IDENTIFIER="035.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Suġġett għal paragrafu 1, il-ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini ma tistax tiġi reveduta. It-test ta’ strateġija pubblika msemmija f’punt 1 ta’ l-Artikolu 34 ma’ jistax jiġi applikat għal regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ ġurisdizzjoni.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 36 tal-istess regolament, li wkoll jinsab fl-istess Sezzjoni 1 tal-Kapitolu III tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[s]entenza barranija taħt l-ebda ċirkostanzi ma’ tista’ tiġi reveduta fuq is-sustanza tagħha<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 38(1) tar-Regolament Nru 44/2001, li jinsab fis-Sezzjoni 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Eżekuzzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/>, tal-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Sentenza mogħtija fi Stat Membru u eżegwita f’dak l-Istat għandha tiġi eżegwita fi Stat Membru ieħor meta, fuq applikazzjoni ta’ parti nteressata, tkun ġiet dikjarata eżegwibbli hemmhekk.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 43(1) ta’ dan ir-regolament iżid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[i]d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni tista’ tkun appellata minn kull parti.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/></TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 tal-istess regolament jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti fejn l-appell għandu jiġi ppreżentat permezz ta’ l-Artikolu 43 […] għandu jiċħad jew jirrevoka dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni biss fuq il-bażi speċifikati f’L-Artikoli 34 u 35. […]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-4146"?><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Taħt l-ebda ċirkostanzi, ma tista’ jiġi reveduta s-sentenza barranija fuq is-sustanza tagħha.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001, li jinsab fil-Kapitolu VII tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Relazzjonijiet ma’ strumenti oħra<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="071.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa xi konvenzjoni li dwar[ha] l-Istati Membri jkunu parti u li b’relazzjoni għal materji partikolari, jirregola ġurisdizzjoni jew r-Rikonoxximent jew eżekuzzjoni ta’ sentenzi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="071.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bil-għan ta’ l-interpretazzjoni uniformi tiegħu, [il-]paragrafu 1 għandu jiġi applikat b’dan il-mod:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>dan ir-Regolament m’għandux ifixkel qorti ta’ Stat Membru, li jkun parti mill-konvenzjoni dwar materja partikolari, milli jassumi ġurisdizzjoni skond dik il-konvenzjoni, anki meta l-konvenut ikun domiċiljat fi Stat Membru ieħor li ma jkunx partu minn dik il-konvenzjoni. Il-qorti li jkun jisma’ l-azzjoni għandu, fi kwalunkwe każ, japplika l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>sentenzi mgħotija fi Stat Membru minn qorti fl-eżerċizju ta’ ġurisdizzjoni li hemm disposizzjoni dwarha f’konvenzjoni dwar materja partikolari għandhom jiġu rikonoxxuti u eżegwibbli fl-Istati Membru l-oħra skond dan ir-Regolament.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Meta konvenzjoni dwar materja parikolari li dwarha kemm l-Istat Membru tal-oriġini u l-Istat Membru indirizzat ikunu partijiet ikunu qiegħdu kondizzjonijet għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, dawn il-kondizzjonijiet għandhom japplikaw. Fi<?PAGE NO="I-4147"?> kwalunkwe każ, id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-proċedura għal rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi jistgħu japplikaw.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-CMR</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, is-CMR għandha tapplika, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>għal kull kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq bi ħlas permezz ta’ vetturi, meta l-post tal-assunzjoni tar-responsabbiltà għall-merkanzija u l-post previst għall-kunsinna tagħha […] jinsabu f’żewġ pajjiżi differenti, li tal-anqas wieħed minnhom huwa pajjiż kontraenti […] ikunu xi jkunu d-domiċilju u ċ-ċittadinanza tal-partijiet<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Is-CMR ġiet innegozjata fil-kuntest tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti. Iktar minn 50 Stat, fosthom l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea aderew għas-CMR.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tas-CMR jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta, skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni, ir-responsabbiltà għal kumpens għal telf totali jew parzjali tal-merkanzija tiġi attribwita lit-trasportatur, dan il-kumpens huwa kkalkulat skont il-valur tal-merkanzija fil-post u fi żmien l-assunzjoni tar-responsabbiltà għall-merkanzija.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-4148"?><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Madankollu, il-kumpens ma jistax jeċċedi 8.33 unità ta’ għadd għal kull kilogramm ta’ piż gross li huwa nieqes.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Barra minn hekk għandhom jiġu rimborsati l-prezz tat-trasport, id-dazji doganali u l-ispejjeż l-oħra sostnuti għat-trasport tal-merkanzija, b’rimbors totali fil-każ ta’ telf totali, u <HT TYPE="ITALIC">prorata</HT> fil-każ ta’ telf parzjali, danni oħrajn ma humiex dovuti.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-unità ta’ għadd imsemmija f’din il-Konvenzjoni hija d-Dritt speċjali ta’ ħruġ hekk kif iddefinit mill-Fond Monetarju Internazzjonali. L-ammont imsemmi fis-subparagrafu 3 ta’ dan l-artikolu huwa kkonvertit fil-munità nazzjonali tal-Istat tal-qorti li quddiemha qed tinstema’ l-kawża […]</P><P>[…] [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 31(1) tas-CMR:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-kawżi kollha li jirriżultaw mill-ġarr ta’ merkanzija suġġett għal din il-Konvenzjoni, ir-rikorrent jista’ jressaq kawża, minbarra fil-qrati tal-pajjiżi<?PAGE NO="I-4149"?> kontraenti indikati bi ftehim komuni mill-partijiet, fil-qrati tal-pajjiżi li, fit-territorju tagħhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu, is-sede prinċipali tan-negozju tiegħu jew il-fergħa jew l-aġenzija li, permezz tagħha, il-kuntratt ta’ trasport ġie konkluż, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-post fejn il-merkanzija għaddiet għand min ġarrha jew dak previst għall-kunsinna tagħha,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>barra minn hekk, huwa jista’ biss iressaq kawża quddiem dawn il-qrati.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kemm-il darba kawża li tkun inbdiet abbażi tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, tkun ġiet proposta quddiem il-qorti kompetenti skont l-istess paragrafu, jew kemm-il darba din il-qorti tkun iddeċidiet din il-kawża, ma tistax tinfetaħ kawża ġdida bejn l-istess partijiet u dwar l-istess mertu, sakemm is-sentenza tal-qorti li quddiemha tkun ġiet imressqa l-ewwel kawża ma tkunx tista’ tiġi eżegwita fl-Istat fejn tkun ġiet imressqa l-kawża l-ġdida.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kemm-il darba, f’kawża li tkun inbdiet abbażi tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, sentenza li tkun ingħatat minn qorti ta’ Stat kontraenti ssir eżekuttiva f’dak l-Istat, din tkun eżekuttiva bl-istess mod fl-Istati kontraenti l-oħra, hekk kif jiġu sodisfatti l-formalitajiet meħtieġa fl-Istat ikkonċernat. Tali formalitajiet ma jistgħux jinkludu eżami mill-ġdid tal-mertu tal-kawża.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-4150"?><PARAG IDENTIFIER="031.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-disposizzjonijiet tat-tielet paragrafu ta’ dan l-artikolu japplikaw għas-sentenzi mogħtija wara proċeduri kontradittorji, in kontumaċja u għal tranżazzjonijiet ġudizzjarji; iżda dawn ma japplikawx għal sentenzi li huma eżekuttivi biss provviżorjament, u lanqas għal sentenzi li jikkundannaw lill-attur, minbarra għall-ispejjeż, ukoll għal ħlas tad-danni wara li t-talbiet tiegħu jkunu ġew totalment jew parzjalment miċħuda.</P><P>[…] [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ April 2001, Siemens Nederland NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Siemens<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027"/>) u TNT ikkonkludew kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq, minn Zoetermeer (il-Pajjiżi l-Baxxi) għal Unterschleissheim (il-Ġermanja). Il-valur u l-piż tal-merkanzija kkonċernata kienu, rispettivament, ta’ DM <FT TYPE="NUMBER">103540</FT> (EUR <FT TYPE="NUMBER">52939</FT>) u b’piż ta’ 12 kg.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu din il-merkanzija ma ġietx ikkunsinnata fil-post ta’ destinazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Mejju 2002, TNT ressqet azzjoni dikjaratorja kontra AXA, il-kumpannija tal-assigurazzjoni ta’ Siemens, quddiem ir-Rechtbank te Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi), intiża sabiex jingħad bi dritt li TNT ma kienet responsabbli għal ebda dannu fil-konfront ta’ AXA minħabba t-telf ta’ din il-merkanzija, ħlief fir-rigward ta’ ammont ta’ EUR 11.50 għal kull kg, jiġifieri total ta’ EUR 138, skont l-Artikolu 23 tas-CMR, liema dispożizzjoni tiffissa r-regoli applikabbli għall-ammont ta’ kumpens li jista’ jintalab. Ir-Rechtbank te Rotterdam ċaħdet din l-azzjoni permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20050504">4 ta’ Mejju 2005</DATE>. TNT appellat kontra din is-sentenza quddiem il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage (il-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4151"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Awwissu 2004, AXA ressqet azzjoni kontra TNT quddiem il-Landgericht München (il-Ġermanja) għall-ħlas tad-dannu subit minn Siemens minħabba t-telf tal-istess merkanzija. Peress li diġà kien hemm kawża pendenti fil-Pajjiżi l-Baxxi bejn l-istess partijiet fir-rigward tal-istess trasport, TNT sostniet li, b’applikazzjoni tar-regola ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT> imsemmija fl-Artikolu 31(2) tas-CMR, il-Landgericht München ma setgħetx tieħu konjizzjoni tal-azzjoni ta’ AXA.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tal-4 ta’ April u tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>deċiżjonijiet tal-Landgericht München<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0028" REF.START="QS0028"/>), il-Landgericht München ċaħdet l-argument ta’ TNT ibbażat fuq l-Artikolu 31(2) tas-CMR u ġegħlitha tħallas kumpens.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20070306">6 ta’ Marzu 2007</DATE>, AXA talbet lir-Rechtbank te Utrecht (il-Pajjiżi l-Baxxi) sabiex tiddikjara li d-deċiżjonijet tal-Landgericht München kienu eżekuttivi fil-Pajjiżi l-Bazzi skont ir-Regolament Nru 44/20014. Wara li l-Imħallef għall-miżuri provviżorji tar-Rechtbank te Utrecht laqa’ din it-talba permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20070328">28 ta’ Marzu 2007</DATE>, fl-<DATE ISO="20070504">4 ta’ Mejju 2007</DATE>, TNT talbet lir-Rechtbank te Utrecht sabiex tannulla dan id-digriet u tiċħad l-eżekuzzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet, jew, minn tal-inqas, twaqqaf il-proċedimenti quddiemha fir-rigward tat-talba għal eżekuzzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet, sakemm il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage tkun iddeċidiet fuq l-appell ippreżentat kontra s-sentenza tar-Rechtbank te Rotterdam tal-<DATE ISO="20050504">4 ta’ Mejju 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>TNT kienet ibbażat ir-rikors tagħha quddiem ir-Rechtbank te Utrecht fuq il-motiv li r-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet tal-Landgericht München kienet manifestament kuntrarja għall-ordni pubbliku Olandiż. Hija tosserva li, skont ir-regola ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT> prevista fl-Artikolu 31(2) tas-CMR, il-Landgericht München ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-azzjoni ta’ AXA.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, AXA qieset li, skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament Nru 44/2001, il-qorti Olandiża ma setgħetx tistħarreġ il-ġurisdizzjoni tal-qorti Ġermaniża, peress li l-kriterju tal-ordni pubbliku msemmi fl-Artikolu 34(1) ta’ dan ir-regolament ma jistax jiġi applikat għar-regoli tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4152"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-Rechtbank te Utrecht ċaħdet ir-rikors ta’ TNT permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>. F’din id-data, il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage kienet għadha ma ddeċidietx fuq l-appell ippreżentat quddiemha minn TNT.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-Rechtbank te Utrecht ikkunsidrat li TNT ma setgħetx tinvoka l-motiv ta’ rifjut ta’ rikonoxximent imsemmi fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001 sabiex tikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qorti Ġermaniża, peress li r-regoli ta’ kompetizzjoni ma jikkonċernawx l-ordni pubbliku msemmi f’din id-dispożizzjoni, hekk kif jispeċifika l-Artikolu 35(3) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>TNT ressqet appell fuq punt ta’ liġi kontra d-digriet tar-Rechtbank te Utrecht tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>. Fil-fehma tagħha, din il-qorti għamlet kunsiderazzjoni żbaljata tal-fatt li l-Artikolu 31 tas-CMR jidderoga, permezz tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(2)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, mill-projbizzjoni li tiġi mistħarrġa l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ oriġini msemmija fl-Artikolu 35(3) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1)</NO.P><TXT>Għandhom il-parti introduttiva tal-Artikolu 71(2) u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu (b) tar-Regolament Nru 44/2001 ikunu interpretati fis-sens:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li s-sistema ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 hija suġġetta għall-benefiċċju ta’ dik tal-Konvenzjoni partikolari biss jekk is-sistema tal-Konvenzjoni partikolari titlob l-esklużività, jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4153"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li, jekk il-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni tal-Konvenzjoni partikolari u dawk tar-Regolament Nru 44/2001 japplikaw simultanjament, il-kundizzjonijiet tal-Konvenzjoni partikolari għandhom dejjem ikunu applikati u dawk tar-Regolament Nru 44/2001 ma għandhomx ikunu applikati anki jekk il-Konvenzjoni partikolari ma tirrikjedix l-esklużività meta mqabbla ma’ regoli oħra internazzjonali ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni, sabiex tipprevjeni deċiżjonijiet diverġenti rigward is-sitwazzjonijiet konkorrenti [tar-regoli] msemmija fl-ewwel domanda, sabiex tinterpreta — b’mod imperattiv għall-qrati tal-Istati Membri — [is-CMR], rigward il-qasam irregolat mill-Artikolu 31 ta’ din il-Konvenzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><P>Jekk ir-risposti għat-tieni domanda u għall-parti (a) tal-ewwel domanda jkunu fl-affermattiv, is-sistema ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni prevista fl-Artikolu 31(3) u (4) tal-Konvenzjoni CMR għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tirrikjediex l-esklużività u tippermetti l-applikazzjoni ta’ regoli oħra internazzjonali ta’ eżekuzzjoni, li jippermettu r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet, bħar-Regolament Nru 44/2001?</P><P>Jekk ir-risposti għall-parti (b) tal-ewwel domanda u għat-tieni domanda jkunu fl-affermattiv, il-Hoge Raad tagħmel ukoll it-tliet domandi li ġejjin […]:</P></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(3) u (4) tal-Konvenzjoni CMR jippermetti li qorti ta’ Stat, li quddiema titressaq talba għal ħruġ ta’ dikjarazzjoni li deċiżjoni hija eżekuttiva, tistħarreġ jekk il-qorti tal-Istat tal-oriġini kellhiex ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex jieħu konjizzjoni ta’ din il-kawża?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4154"?><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>L-Artikolu 71(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ kompetizzjoni bejn ir-regoli ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT> stabbiliti mill-Konvenzjoni CMR u mir-Regolament Nru 44/2001, ir-regola ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT> stabbilita fil-Konvenzjoni CMR ikollha preċedenza fuq dik tar-Regolament Nru 44/2001?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjoni mitluba f’dan il-każ mill-Pajjiżi l-Baxxi u d-danni mitluba mill-Ġermanja jirrigwardaw l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>istess kawża<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0030" REF.START="QS0030"/> fis-sens tal-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni CMR?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0029" REF.START="QS0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jiġi kkonstatat li l-kawża bejn TNT u AXA taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tas-CMR kif ukoll taħt dak tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, din il-kawża tikkonċerna kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq, li jiffissa indirizz fil-Pajjiżi l-Baxxi bħala l-post tal-assunzjoni tar-responsabbiltà għall-merkanzija u indirizz fil-Ġermanja bħala l-post previst għall-kunsinna tagħha. Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-CMR, imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din tal-aħħar, huma għalhekk sodisfatti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4155"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kawżi marbutin mat-trasport ta’ merkanzija bit-triq bejn Stati Membri jaqgħu taħt il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0031" REF.START="QS0031"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 44/2001. Barra minn hekk, it-trasport ta’ merkanzija bit-triq ma jirriżultax fost l-oqsma elenkati b’mod eżawrjenti f’dan l-artikolu, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Qabel kollox ukoll, għandu jiġi mfakkar li, sa fejn ir-Regolament Nru 44/2001 jissostitwixxi l-Konvenzjoni ta’ Brussell 1968 dwar ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1972" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), hekk kif emendata b’konvenzjonijiet suċċessivi relatati mal-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda ma’ din il-konvenzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0032" REF.START="QS0032"/>) l-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijeit ta’ din il-konvenzjoni tapplika wkoll għal dawk tal-imsemmi regolament, meta d-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-atti leġiżlattivi Komunitarji jistgħu jiġu deskritti bħala ekwivalenti (sentenzi tal-<DATE ISO="20090514">14 ta’ Mejju 2009</DATE>, Ilsinger, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-180/06" PAGE.ECR="I-3961" YEAR="2009">C-180/06, Ġabra p. I-3961</REF.DOC.ECR>, punt 41, u tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, Zuid-Chemie, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/08" PAGE.ECR="I-6917" YEAR="2009">C-189/08, Ġabra p. I-6917</REF.DOC.ECR>, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001, li l-interpretazzjoni tiegħu hija mitluba f’din il-kawża, jissostitwixxi l-Artikolu 57 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, li kien jipprovdi fir-rigward tal-konvenzjonijiet relatati ma’ suġġetti partikolari (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Konvenzjonijiet partikolari<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0033" REF.START="QS0033"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="071.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din il-Konvenzjoni ma għandhiex inċidenza fuq il-konvenzjonijiet li għalihom l-Istati kontraenti huma jew ser ikunu partijiet u li, f’oqsma partikolari, jirregolaw il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tas-sentenzi.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-4156"?><PARAG IDENTIFIER="071.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sabiex tiġi żgurata l-interpretazzjoni uniformi tagħha, is-subparagrafu 1 għandu japplika kif ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>din il-Konvenzjoni ma għandhiex tipprekludi lil qorti ta’ Stat kontraenti li huwa parti għal konvenzjoni dwar qasam partikolari milli tkun tista’ tibbaża l-ġurisdizzjoni tagħha fuq tali konvenzjoni, anki jekk il-konvenut ikun domiċiljat fit-territorju ta’ Stat kontraenti li ma huwiex parti għal din il-konvenzjoni […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat kontraenti minn qorti li tkun ibbażat il-ġurisdizzjoni tagħha fuq konvenzjoni relatata ma’ suġġett partikolari huma rikonoxxuti u eżegwiti fl-Istati Membri kontraenti l-oħra skont din il-konvenzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Jekk konvenzjoni relatata ma’ suġġett partikolari u li għaliha huma parti l-Istat ta’ oriġini u l-Istat indirizzat tiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ rikonoxxenza u ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet, issir applikazzjoni ta’ dawn il-kondizzjonijiet. […]</P><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0034" REF.START="QS0034"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>jew ser ikunu<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0035" REF.START="QS0035"/>, l-Artikolu 57(1) tal-Konvenzjoni ta’ Brussell ippreċiża li r-regoli li jinsabu f’din il-konvenzjoni ma kinux jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regoli differenti li għalihom kellhom jissottoskrivu ruħhom l-Istati kontraenti, fil-futur, permezz tal-konklużjoni ta’ konvenzjonijiet speċjali. Dawn il-kliem ma ntużawx fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament Nru 44/2001. B’hekk, dan ma jagħtix lill-Istati Membri l-possibbiltà li jintroduċu, permezz tal-konklużjoni ta’ konvenzjonijiet speċjali jew l-emenda ta’ konvenzjonijiet li huma diġà fis-seħħ, regoli li jkollhom supremazija fuq ir-Regolament Nru 44/2001. Din il-konstatazzjoni hija kkonfermata mill-ġurisprudenza li tgħid li, bl-istabbiliment ta’ regoli komuni, l-Istati Membri<?PAGE NO="I-4157"?> ma għandhomx iżjed dritt li jikkonkludu ftehim internazzjonali li jaffettwa dawn ir-regoli (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="19710331">31 ta’ Marzu 1971</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>AETR<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0036" REF.START="QS0036"/>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="22/70" PAGE.ECR="263" YEAR="1971">22/70, Ġabra p. 263</REF.DOC.ECR>, punti 17 sa 19, u s-sentenza tal-<DATE ISO="20021105">5 ta’ Novembru 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>sema miftuħ<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0037" REF.START="QS0037"/>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-467/98" PAGE.ECR="I-9519" YEAR="2002">C-467/98, Ġabra p. I-9519</REF.DOC.ECR>, punt 77).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet bħall-Artikolu 31 tas-CMR, li diġà kienu jorbtu lill-Istati Membri meta daħal fis-seħħ ir-Regolament Nru 44/2001, l-Artikolu 71 ta’ dan ir-regolament jirrifletti l-istess struttura tal-Artikolu 57 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell u huwa redatt bi kliem kważi identiku. Għaldaqstant, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-interpretazzjoni li diġà ġiet ipprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Brussell.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preliminari u fid-dawl tar-rabta li teżisti bejn id-domandi differenti magħmula, l-ewwel u l-ħames domandi li jikkonċernaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001, għandhom jiġu eżaminati flimkien u qabel kollox. Id-domandi li jikkonċernaw l-interpretazzjoni tas-CMR għandhom jiġu ttrattati sussegwentement.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u l-ħames domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk, f’kawża bħal dik prinċipali, l-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis-sens li għandhom japplikaw ir-regoli dwar ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni previsti f’konvenzjoni speċjali, bħar-regola ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT> imsemmija fl-Artikolu 31(2) tas-CMR u dik relatata mas-saħħa eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 31(3).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4158"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Hekk kif ġie espost fid-deċiżjoni tar-rinviju, din id-domanda tirriżulta, minn naħa, minħabba l-fatt li r-regola ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT> imsemmija mis-CMR u mir-Regolament Nru 44/2001, minkejja li hija fformulata bi kliem simili, jista’ jkollha portata differenti skont kif jiġu applikati din il-konvenzjoni u l-ġurisprudenza nazzjonali relatati jew inkella kif jiġu applikati dan ir-regolament u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li jikkonċernah u, min-naħa l-oħra, minħabba n-neċessità, għall-qorti Olandiża li quddiemha tressqet it-talba ta’ AXA intiża sabiex id-deċiżjonijiet tal-Landgericht München jiġu ddikjarati eżekuttivi, li ssir taf jekk tistax teżerċita stħarriġ fir-rigward tal-ġurisdizzjoni ta’ din tal-aħħar biex tiddeċiedi fuq l-azzjoni għal kumpens ippreżentata quddiemha minn AXA.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din l-aħħar osservazzjoni, TNT issostni li l-Artikolu 31(3) tas-CMR jippermetti tali stħarriġ, filwaqt li AXA tqis li stħarriġ tal-ġurisdizzjoni tal-Landgericht München huwa eskluż mill-Artikolu 35(3) tar-Regolament Nru 44/2001. Insostenn ta’ dan l-argument, AXA ssostni quddiem il-qrati Olandiżi li r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-qasam tat-trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq huma rregolati mir-Regolament 44/2001 u mhux mis-CMR.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ dritt tal-Unjoni għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20000518">18 ta’ Mejju 2000</DATE>, KVS International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-301/98" PAGE.ECR="I-3583" YEAR="2000">C-301/98, Ġabra p. I-3583</REF.DOC.ECR>, punt 21, tas-<DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-298/07" PAGE.ECR="I-7841" YEAR="2008">C-298/07, Ġabra p. I-7841</REF.DOC.ECR>, punt 15, u tat-<DATE ISO="20091223">23 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Detiček, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/09 PP+" PAGE.ECR="I-12193" YEAR="2009">C-403/09 PPU, Ġabra p. I-12193</REF.DOC.ECR>, punt 33). Għaldaqstant sabiex tingħata risposta għall-ewwel u l-ħames domandi preliminari, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-kliem tal-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001 u l-għan ta’ dan l-istess artikolu kif ukoll tal-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni u tal-għanijiet imfittxija minn dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont il-kliem tal-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001, bħala prinċipju, meta l-kawża taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ konvenzjoni speċjali, għandhom jiġu applikati r-regoli msemmija fiha u mhux dawk stabbiliti mir-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4159"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif sostnew b’mod partikolari l-Gvern Olandiż u dak Ċek, mill-kliem tal-Artikolu 71(1) ta’ dan ir-regolament, li jgħidu li dan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ma għandux jaffettwa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0038" REF.START="QS0038"/> il-konvenzjonijiet speċjali, jirriżulta li l-leġiżlatur ipprovda għall-applikazzjoni ta’ dawn il-konvenzjonijiet fil-każ li jkun hemm kunflitt bejn iż-żewġ testi.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata bl-Artikolu 71(2) li jgħid li meta l-konvenzjoni speċjali li għaliha huma membri l-Istat Membru ta’ oriġini u l-Istat Membru indirizzat tiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet, ikun hemm lok li jiġu applikati dawn il-kundizzjonijiet. Dan il-paragrafu 2 jirreferi espressament għal sitwazzjonijiet li huma kompletament limitati għall-Unjoni. Minn dan jirriżulta li, minkejja l-ispjegazzjoni mogħtija fil-premessa 25 tar-Regolament Nru 44/2001 li tgħid li l-konvenzjonijiet speċjali ma humiex affettwati sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu josservaw l-impenji internazzjonali tagħhom lejn Stati terzi, il-leġiżlatur ried ukoll jimponi, bl-Artikolu 71 ta’ dan ir-regolament, l-applikazzjoni ta’ dawn il-konvenzjonijiet fi ħdan l-Unjoni nnifisha.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>B’hekk jirriżulta li l-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001 huwa intiż sabiex iħares li r-regoli deċiżi billi ttieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi ta’ qasam partikolari jiġu osservati (ara, fir-rigward tal-Artikolu 57 tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19941206">6 ta’ Diċembru 1994</DATE>, Tatry, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-406/92" PAGE.ECR="I-5439" YEAR="1994">C-406/92, Ġabra p. I-5439</REF.DOC.ECR>, punt 24, u tat-<DATE ISO="20041028">28 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Nürnberger Allgemeine Versicherung, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-148/03" PAGE.ECR="I-10327" YEAR="2004">C-148/03, Ġabra p. I-10327</REF.DOC.ECR>, punt 14). Fid-dawl ta’ dan l-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-regoli msemmija f’konvenzjonijiet speċjali kellhom bħala effett li jeskludu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Brussell li jikkonċernaw l-istess kwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Tatry, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalkemm mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi, fil-materji rregolati minn konvenzjonijiet speċjali, għall-applikazzjoni ta’ dawn tal-aħħar, xorta jibqa’ l-fatt li din l-applikazzjoni ma tistax tippreġudika l-prinċipji li fuqhom tkun ibbażata l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali fi ħdan l-Unjoni, bħall-prinċipji, imsemmija fil-premessi 6, 11, 12 u 15 sa 17 tar-Regolament Nru 44/2001, tal-moviment liberu tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, ta’ prevedibbiltà tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni u, għaldaqstant, ta’ ċertezza legali għall-individwi, ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, ta’ tnaqqis kemm jista’ jkun tar-riskju ta’ proċedimenti simultanji, kif ukoll ta’ fiduċja reċiproka fil-ġustizzja fi ħdan l-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4160"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>L-osservanza ta’ kull wieħed minn dawn il-prinċipji hija neċessarja għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, li jikkostitwixxi, hekk kif jirriżulta mill-premessa 1 tar-Regolament Nru 44/2001, ir-<HT TYPE="ITALIC">ratio</HT> ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>L-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001 ma jistax ikollu portata kunfliġġenti mal-prinċipji li fuqhom tkun ibbażata l-leġiżlazzjoni li minnha jagħmel parti. Għalhekk, dan l-artikolu ma jistax jiġi interpretat fis-sens li, f’qasam kopert minn dan ir-regolament, bħat-trasport ta’ merkanzija bit-triq, konvenzjoni speċjali, bħas-CMR, tista’ twassal għal riżultati li huma inqas favorevoli għat-twettiq tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern minn dawk li għalihom iwasslu d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni hija konformi ma’ ġurisprudenza stabbilita li tgħid li l-konvenzjonijiet konklużi minn Stati Membri ma’ Stati terzi ma jistgħux, fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, jiġu applikati b’detriment għall-għanijiet tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19880922">22 ta’ Settembru 1988</DATE>, Deserbais, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="286/86" PAGE.ECR="4907" YEAR="1988">286/86, Ġabra p. 4907</REF.DOC.ECR>, punt 18; tas-<DATE ISO="19950406">6 ta’ April 1995</DATE>, RTE u ITP vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-241/91 P+C-242/91 P" PAGE.ECR="I-743" YEAR="1995">C-241/91 P u C-242/91 P, Ġabra p. I-743</REF.DOC.ECR>, punt 84, kif ukoll tat-<DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Bogiatzi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-301/08" PAGE.ECR="I-10185" YEAR="2009">C-301/08, Ġabra p. I-10185</REF.DOC.ECR>, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>B’hekk ir-regoli dwar ġurisdizzjoni, inklużi r-regoli ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT>, imsemmija fil-konvenzjonijiet speċjali li għalihom issir referenza fl-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001, jistgħu jiġu applikati fi ħdan l-Unjoni biss sa fejn, skont il-premessi 11, 12 u 15 ta’ dan ir-regolament, dawn jippreżentaw livell għoli ta’ prevedibbiltà, jiffaċilitaw amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u jippermettu li jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ proċedimenti simultanji.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet, il-prinċipji rilevanti huma dawk, imsemmija fil-premessi 6, 16 u 17 tar-Regolament Nru 44/2001,<?PAGE NO="I-4161"?> tal-moviment liberu tas-sentenzi u ta’ fiduċja reċiproka fil-ġustizzja (<HT TYPE="ITALIC">favor executionis</HT>) (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-14 ta’ Diċrmbru 2006, ASML, C-283/05, Ġabra p. I-12041, punt 23, tal-<DATE ISO="20090210">10 ta’ Frar 2009</DATE>, Allianz u Generali Assicurazioni Generali, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-185/07" PAGE.ECR="I-663" YEAR="2009">C-185/07, Ġabra p. I-663</REF.DOC.ECR>, punt 24, kif ukoll tat-<DATE ISO="20090428">28 ta’ April 2009</DATE>, Apostolides, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-420/07" PAGE.ECR="I-3571" YEAR="2009">C-420/07, Ġabra p. I-3571</REF.DOC.ECR>, punt 73). Fi ħdan l-Unjoni, jistgħu jiġu applikati regoli ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni previsti mill-konvenzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001 biss sa fejn dawn il-prinċipji jiġu osservati.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka msemmi iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-qorti tal-Istat indirizzat f’ebda każ ma hi f’pożizzjoni aqwa mill-qorti tal-Istat ta’ oriġini biex tiddeċiedi dwar il-ġurisdizzjoni ta’ din tal-aħħar. Għalhekk, ir-Regolament Nru 44/2001 ma jawtorizzax, ħlief għal xi eċċezzjonijiet limitati, l-istħarriġ tal-ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru minn qorti ta’ Stat Membru ieħor (sentenza Allianz u Generali Assicurazioni Generali, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, l-Artikolu 31(3) tas-CMR jista’ jiġi applikat fi ħdan l-Unjoni biss jekk jippermetti li jintlaħqu l-għanijiet tal-moviment liberu tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali kif ukoll tal-fiduċja reċiproka fil-ġustizzja fi ħdan l-Unjoni f’kundizzjonijiet mill-inqas daqstant favorevoli bħal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel u għall-ħames domandi għandha tkun li l-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kawża bħal dik prinċipali, ir-regoli dwar ġurisdizzjoni, rikonoxxenza u eżekuzzjoni previsti minn konvenzjoni li tikkonċerna qasam partikolari, bħar-regola ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis pendens</HT> imsemmija fl-Artikolu 31(2) tas-CMR u dik relatata mas-saħħa eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 31(3) ta’ din il-konvenzjoni, japplikaw bil-kundizzjoni li jippreżentaw livell għoli ta’ prevedibbiltà, jiffaċilitaw amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u jippermettu li jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ proċedimenti simultanji, u bil-kundizzjoni li jiżguraw, taħt kundizzjonijiet minn tal-inqas daqstant favorevoli bħal dawk previsti minn dan ir-regolament, il-moviment liberu tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali u l-fiduċja reċiproka fil-ġustizzja fi ħdan l-Unjoni (<HT TYPE="ITALIC">favor executionis</HT>).</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4162"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 31 tas-CMR</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta l-Artikolu 31 tas-CMR. Fl-ipoteżi fejn din id-domanda tagħti lok għal risposta fl-affermattiv, din il-qorti titlob, permezz tat-tielet, ir-raba’ u s-sitt domandi tagħha, interpretazzjonijiet konkreti ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatt li s-CMR ma tinkludix klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja, din tal-aħħar tista’ tipprovdi l-interpretazzjonijiet mitluba tal-Artikolu 31 tas-CMR biss jekk tali eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha jirriżulta mill-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, hija ġurisprudenza stabbilita li s-setgħa li tagħti interpretazzjonijiet b’mod preliminari, kif jirriżulta minn din id-dispożizzjoni, tikkonċerna biss regoli li jagħmlu parti mid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, Giloy, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-130/95" PAGE.ECR="I-4291" YEAR="1997">C-130/95, Ġabra p. I-4291</REF.DOC.ECR>, punt 21; tal-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/04" PAGE.ECR="I-289" YEAR="2006">C-222/04, Ġabra p. I-289</REF.DOC.ECR>, punt 63, kif ukoll tal-<DATE ISO="20060601">1 ta’ Ġunju 2006</DATE>, innoventif, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-453/04" PAGE.ECR="I-4929" YEAR="2006">C-453/04, Ġabra p. I-4929</REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ftehim internazzjonali, huwa paċifiku li kull ftehim konkluż mill-Unjoni jagħmel parti sħiħa mis-sistema legali tal-Unjoni u jista’ għaldaqstant ikun suġġett ta’ talba għal deċiżjoni preliminari (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19740430">30 ta’ April 1974</DATE>, Haegeman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="181/73" PAGE.ECR="449" YEAR="1974">181/73, Ġabra p. 449</REF.DOC.ECR>, punti 3 sa 6; tat-<DATE ISO="19870930">30 ta’ Settembru 1987</DATE>, Demirel, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="12/86" PAGE.ECR="3719" YEAR="1987">12/86, Ġabra p. 3719</REF.DOC.ECR>, punt 7, u tal-<DATE ISO="20070911">11 ta’ Settembru 2007</DATE>, Merck Genéricos — Produtos Farmacêuticos, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-431/05" PAGE.ECR="I-7001" YEAR="2007">C-431/05, Ġabra p. I-7001</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4163"?><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta, fil-kuntest ta’ proċeduri għal deċiżjoni preliminari, ftehim internazzjonali konkluż bejn Stati Membri u Stati terzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="19731127">27 ta’ Novembru 1973</DATE>, Vandeweghe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="130/73" PAGE.ECR="1329" YEAR="1973">130/73, Ġabra p. 1329</REF.DOC.ECR>, punt 2; id-digriet tat-<DATE ISO="19981112">12 ta’ Novembru 1998</DATE>, Hartmann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-162/98" PAGE.ECR="I-7083" YEAR="1998">C-162/98, Ġabra p. I-7083</REF.DOC.ECR>, punt 9, kif ukoll is-sentenza Bogiatzi, iċċitata iktar ’il fuq, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Huwa biss meta u sa fejn l-Unjoni assumiet il-kompetenzi li qabel kienu eżerċitati mill-Istati Membri fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ konvenzjoni internazzjonali mhux konkluża mill-Unjoni u meta, għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni jkollhom l-effett li jorbtu lill-Unjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta tali konvenzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19721212">12 ta’ Diċembru 1972</DATE>, International Fruit Company <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="21/72+22/72+23/72+24/72" PAGE.ECR="1219" YEAR="1972">21/72 sa 24/72, Ġabra p. 1219</REF.DOC.ECR>, punt 18; tat-<DATE ISO="20080603">3 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Intertanko <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-308/06" PAGE.ECR="I-4057" YEAR="2008">C-308/06, Ġabra p. I-4057</REF.DOC.ECR>, punt 48, kif ukoll Bogiatzi, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25). Madankollu, f’dan il-każ ma jistax jiġi sostnut li r-regoli dwar ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni previsti mis-CMR jorbtu lill-Unjoni. Bil-kontra, mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 44/2001 ipprovduta f’din is-sentenza jirriżulta li fi ħdan l-Unjoni dawn ir-regoli previsti mis-CMR jistgħu jiġu applikati biss b’osservanza tal-prinċipji li fuqhom huwa bbażat dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta l-Artikolu 31 tas-CMR.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet, ir-raba’ u s-sitt domandi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni domanda, ma hemmx lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta għat-tielet, ir-raba’ u s-sitt domandi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4164"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kawża bħal dik prinċipali, ir-regoli dwar ġurisdizzjoni, rikonoxxenza u eżekuzzjoni previsti minn konvenzjoni li tikkonċerna qasam partikolari, bħar-regola ta’</HT> <HT TYPE="BOLD">lis pendens</HT> <HT TYPE="BOLD">imsemmija fl-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni dwar il-kuntratt ta’ trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq, iffirmata f’Genève fid-<DATE ISO="19560519">19 ta’ Mejju 1956</DATE>, kif emendata bil-protokoll iffirmat f’Genève fil-<DATE ISO="19780705">5 ta’ Lulju 1978</DATE>, u dik relatata mas-saħħa eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 31(3) ta’ din il-konvenzjoni, japplikaw bil-kundizzjoni li jippreżentaw livell għoli ta’ prevedibbiltà, jiffaċilitaw amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u jippermettu li jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ proċedimenti simultanji, u bil-kundizzjoni li jiżguraw, taħt kundizzjonijiet minn tal-inqas daqstant favorevoli bħal dawk previsti minn dan ir-regolament, il-moviment liberu tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali u l-fiduċja reċiproka fil-ġustizzja fi ħdan l-Unjoni (</HT><HT TYPE="BOLD">favor executionis</HT><HT TYPE="BOLD">).</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar il-kuntratt ta’ trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq, kif emendata.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>