22001D0017



Official Journal L 117 , 26/04/2001 P. 0021 - 0022


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 17/2001

tat-28 ta' Frar 2001

li temenda l-Annessi X (Servizzi Awdjoviżivi) u XI (Servizzi ta' Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness X għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2000 tal-31 ta' Marzu 2000 [1].

(2) L-Anness XI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2000 tat-30 ta' Novembru 2000 [2].

(3) Id-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' servizzi ibbażati fuq, jew magħmulin minn, aċċess kondizzjonali [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 1a (Direttiva 95/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness X għall-Ftehim:

"1b. 398 L 0084: Id-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' servizzi ibbażati fuq, jew magħmulin minn, aċċess kondizzjonali (ĠU L 320, tat-28.11.1998, p. 54)."

Artikolu 2

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 5i (Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XI għall-Ftehim:

"5j. 398 L 0084: Id-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' servizzi ibbażati fuq, jew magħmulin minn, aċċess kondizzjonali (ĠU L 320, tat-28.11.1998, p. 54)."

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Frar 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 141, tas-15.6.2000, p. 57.

[2] ĠU L 45, tas-15.2.2001, p. 47.

[3] ĠU L 320, tat-28.11.1998, p. 54.

[4] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------