Official Journal L 222 , 10/08/1998 P. 0001 - 0027
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar kummerċ fi prodotti tessili inizjalat fit-28 ta' Marzu 1998 (98/491/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien ma' l-Artiklu 228 (2), l-ewwel sentenza, tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim bilaterali mal-Federazzjoni Russa dwar kummerċ fi prodotti tessili koperti minn Kapitoli 50 sa' 63 tan-Nomenklatura Maqgħuda firmata fi Brussel fit-28 ta' Marzu 1998; Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/379/KE [1], tipprovdi għal applikazzjoni proviżorji tal-Ftehim iffirmat soġġett għall-applikazzjoni reċiproka proviżorja mill-Federazzjoni Russa; Billi l-Federazzjoni Russa ma kienetx f'pożizzjoni li tapplika l-Ftehim iffirmat fuq bażi proviżorja; Billi kien miftieħem mal-Federazzjoni Russa li l-Ftehim kellu jkun applikat fuq bażi proviżorja mid-data tal-firma tiegħu; Billi dan il-Ftehim bilaterali għandu jkun approvat u ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar kummerċ fi prodotti tessili għandu jkun approvat f'isem il-Komunità. Bi qbil ma' l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim, il-Ftehim għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja mid-data tal-firma tiegħu miż-żewġ Partijiet. It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna bil-poter li jiffirma l-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 sabiex jorbot lill-Komunità. Il-Kummissjoni għandha, fl-isem il-Komunità, jagħti notifika li hemm provdut fl-Artikolu 6(1) tal-Ftehim. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Lulju 1998. Għall-Kunsill Il-President W. Molterer [1] ĠU L 169, tal-15.6.1998, p. 1. --------------------------------------------------