European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2480

13.11.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2480

tal-10 ta’ Novembru 2023

li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2023 f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 minħabba sajd żejjed ta’ stokkijiet oħra fis-snin ta’ qabel u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1661

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), (3) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2022 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2021/91 (2), (UE) 2021/1888 (3), (UE) 2022/109 (4) u (UE) 2022/110 (5).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2023 ġew stabbiliti bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2022/2090 (6), (UE) 2023/194 (7) u (UE) 2023/195 (8).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1661 (9) stabbilixxa tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet ta’ ħut fl-2023 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti.

(5)

Madankollu, għal ċerti Stati Membri, jiġifieri d-Danimarka, Spanja, in-Netherlands u l-Polonja, ma seta’ jsir ebda tnaqqis bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1661 mill-kwoti tas-sajd allokati għall-istokkijiet li jkunu ġew mistada żżejjed, għaliex dawn il-kwoti mhumiex disponibbli għal dawk l-Istati Membri fis-sena 2023.

(6)

L-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li, meta ma jkunx jista’ jsir tnaqqis b’rabta mal-istokk fejn ikun sar sajd żejjed fis-sena ta’ wara dik li fiha jkun sar sajd żejjed minħabba li l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux kwoti disponibbli għal dak l-istokk ta’ ħut, jista’ jsir tnaqqis b’rabta ma’ stokkijiet oħra fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali, wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri kkonċernati.

(7)

Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2022/C 369/03 dwar il-linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (10) (“il-Linji Gwida”) tali tnaqqis preferibbilment jenħtieġ li jsir mill-kwoti allokati għall-istokkijiet mistada mill-istess flotta li tkun wettqet sajd żejjed mill-kwota.

(8)

L-Istati Membri kkonċernati ġew ikkonsultati b’rabta mat-tnaqqis propost mill-kwoti tas-sajd allokati għal stokkijiet oħrajn minbarra dawk li ġew mistada żżejjed. Għalhekk, huwa xieraq li jsir it-tnaqqis minn dawk il-kwoti tas-sajd alternattivi allokati lil dawk l-Istati Membri fl-2023.

(9)

F’ċerti każijiet, l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd konklużi f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jippermettu t-tnaqqis b’rabta mal-istess stokkijiet fil-kuntest tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1661.

(10)

Barra minn hekk, jidher li ċertu tnaqqis previst mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1661 jeċċedi l-kwota adattata disponibbli fis-sena 2023 u, b’riżultat ta’ dan, ma jistax isir kollu f’dik is-sena. Skont il-Linji Gwida, jenħtieġ li l-ammonti li jifdal jitnaqqsu mill-kwoti adattati disponibbli fis-snin ta’ wara sa ma jintradd lura l-ammont kollu tas-sajd eċċessiv.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1661 jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-Linji Gwida msemmija hawn fuq issostitwew il-Komunikazzjoni 2012/C 72/07 biex tiġi adattata, fejn applikabbli, l-iskeda taż-żmien għat-tnaqqis f’każ li tinqabeż waħda mill-kwoti għall-istokkijiet ġestiti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għall-iskeda taż-żmien għat-tnaqqis ta’ dawn l-istokkijiet stipulata fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ikkonċernati. Ir-Rakkomandazzjoni 21-01 tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) dwar programm pluriennali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn tropikali (12) kif ukoll ir-Rakkomandazzjoni 22-03 tal-ICCAT għall-konservazzjoni tal-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku (13) jistabbilixxu li kwalunkwe eċċess tal-kwota annwali aġġustata għas-sena 2022 irid jitnaqqas mill-kwota/limitu tal-qbid rispettivi għall-2024. Abbażi ta’ dan, it-tnaqqis — inkluż dak li jirriżulta minn fatturi ta’ multiplikazzjoni applikabbli — minħabba sajd eċċessiv mill-Portugall stabbilit fl-2022 għall-istokk tat-tonn obeż fl-Oċean Atlantiku (BET/ATLANT) u l-istokk tal-pixxispad fl-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N (SWO/AN05N), it-tnejn ġestiti mill-ICCAT, jenħtieġ li jiġi applikat biss fl-2024.

(13)

Xorta jistgħu jseħħu aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet wara d-detezzjoni, għall-eżerċizzji attwali jew preċedenti, ta’ żbalji, omissjonijiet jew rappurtar ħażin fiċ-ċifri tal-qbid iddikjarati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tas-sajd stabbiliti għas-sena 2023 fir-Regolamenti (UE) 2022/2090, (UE) 2023/194 u (UE) 2023/195, imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitnaqqsu billi jiġi applikat it-tnaqqis fuq l-istokkijiet alternattivi stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1661 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/91 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jiffissa, għas-snin 2021 u 2022, l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 20).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1888 tas-27 ta’ Ottubru 2021 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/92 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ilmijiet oħrajn (ĠU L 384, 29.10.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/110 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022 (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 165).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2090 tas-27 ta’ Ottubru 2022 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2023 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku, u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd f’ibħra oħrajn (ĠU L 281, 31.10.2022, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/195 tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar l-iffissar għall-2023 tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/110 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2022 applikabbli fil-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 220).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1661 tal-24 ta’ Awwissu 2023 li japplika tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2023 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti (ĠU L 210, 25.8.2023, p. 23).

(10)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li tissostitwixxi l-Komunikazzjoni 2012/C 72/07 (2022/C 369/03) (ĠU C 369, 27.9.2022, p. 3).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(12)  Ir-Rakkomandazzjoni 21-01 tal-ICCAT li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 19-02 li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 16-01 dwar programm pluriennali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn tropikali.

(13)  Ir-Rakkomandazzjoni 22-03 tal-ICCAT li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni supplimentari 21-02 li testendi u temenda r-Rakkomandazzjoni 17-02 għall-konservazzjoni tal-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku.


ANNESS I

TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2023 LI JRIDU JIĠU APPLIKATI FUQ STOKKIJIET ALTERNATTIVI

STOKKIJIET MISTADA ŻŻEJJED

 

STOKKIJIET ALTERNATTIVI

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

L-isem taż-żona

Kwantità li ma tistax titnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-2023 għall-istokk mistad iżżejjed (f’tunnellati)

 

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

L-isem taż-żona

Kwantità li trid titnaqqas mill-kwota tas-sajd tal-2023 għall-istokkijiet alternattivi (f’tunnellati)

DNK

HER

5B6ANB

Aringa

6b u 6aN; L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali ta’ 5b

8,077

 

DNK

MAC

2CX14-

Kavalli

6, 7, 8a, 8b, 8d u 8e; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali ta’ 5b; l-ilmijiet internazzjonali ta’ 2a, 12 u 14

8,077

DNK

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

2,038

 

DNK

HER

1/2-

Aringa

L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali ta’ 1 u 2

2,038

DNK

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

17,317

 

DNK

HER

1/2-

Aringa

L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali ta’ 1 u 2

17,317

ESP

GHL

1N2AB.

Ħalibatt ta’ Greenland

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

33,521

 

ESP

HER

1/2-

Aringa

L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali ta’ 1 u 2

33,521

ESP

HAD

1N2AB.

Merluzz tal-linja sewda

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

17,409

 

ESP

REB

1N2AB.

Redfish

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

17,409

ESP

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

53,171

 

ESP

COD

1N2AB.

Bakkaljaw

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

53,171

ESP

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

8,163

 

ESP

HER

1/2-

Aringa

L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali ta’ 1 u 2

0,479

COD

1N2AB.

Bakkaljaw

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

0,540

REB

1N2AB.

Redfish

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

7,144

NLD

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

43,097

 

NLD

HER

1/2-

Aringa

L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Gżejjer Faeroe, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali ta’ 1 u 2

43,097

POL

MAC

2A34.

Kavalli

3a; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3b, 3c, 3d u 4

10,934

 

POL

HER

3D-R30

Aringa

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

10,934


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1661 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦAS-SENA 2023 GĦALL-ISTOKKIJIET MISTADA B’MOD EĊĊESSIV

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

L-isem taż-żona

Kwota oriġinali għall-2022 (f’tunnellati)

Ħatt l-art permess għall-2022 (kwantità adattata totali f’tunnellati)  (1)

Qabdiet totali li saru fl-2022 (kwantità f’tunnellati)

Konsum tal-kwota meta mqabbel mal-ħatt l-art permess fl-2022

Sajd żejjed imqabbel mal-ħatt l-art permess fl-2022 (kwantità f’tunnellati)

Fattur ta’ multiplikazzjoni  (2)

Fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni  (3) ,  (4)

Tnaqqis pendenti mis-sena/snin ta’ qabel (5) (kwantità f’tunnellati)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2023 (6) u għas-snin ta’ wara (kwantità f’tunnellati)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2023 għall-istokkijiet mistada żżejjed (7) (kwantità f’tunnellati)

Tnaqqis mill-kwoti tas-sajd għall-2023 għall-istokkijiet mistada żżejjed (kwantità f’tunnellati)

Ammont li għandu jitnaqqas mill-kwoti tas-sajd għall-2024 u għas-sena/snin ta’ wara (kwantità f’tunnellati)

BE

SRX

07D.

Rebekkini u raj

7d

134,000

136,500

137,765

100,93  %

1,265

/

/

/

1,265

1,265

/

/

BE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni ta’ 6a, 6b, 7a-c u 7e-k

814,000

1 207,000

1 209,702

100,22  %

2,702

/

/

/

2,702

2,702

/

/

DE

HER

4AB.

Aringa

L-ilmijiet tal-Unjoni, tar-Renju Unit u dawk Norveġiżi taż-żona 4 fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N

41 147,000

37 114,880

38 224,556

102,99  %

1 109,676

/

A (8)

/

1 109,676

1 109,676

/

/

DE

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

71,000

72,800

92,797

127,47  %

19,997

1,00

/

/

19,997

0

/

19,997

DK

COD

03AN.

Bakkaljaw

Skagerrak

1 515,000

1 503,751

1 521,783

101,20  %

18,032

/

C (8)

/

18,032

18,032

/

/

DK

COD

2A3AX4

Bakkaljaw

4; l-ilmijiet tar-Renju Unit ta’ 2 a; il-parti taż-żona 3a li mhix koperta mill-Iskagerrak u mill-Kattegat

1 951,000

1 980,700

2 018,970

101,93  %

38,270

/

C (8)

/

38,270

38,270

/

/

DK

HAD

03 A.

Merluzz tal-linja sewda

3a

2 225,000

2 508,851

2 735,449

109,03  %

226,598

/

C (8)

/

226,598

226,598

/

/

DK

HER

5B6ANB

Aringa

6b u 6aN; L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali ta’ 5b

/

/

8,077

Mhux applikabbli

8,077

1,00

/

 

8,077

/

8,077

/

DK

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

/

2,038

Mhux applikabbli

2,038

1,00

/

/

2,038

/

2,038

/

DK

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

/

17,317

Mhux applikabbli

17,317

1,00

/

/

17,317

/

17,317

/

DK

PRA

4N-S62

Gamblu tat-Tramuntana

L-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta’ 62°N

200,000

203,000

205,041

101,01  %

2,041

/

/

/

2,041

2,041

/

/

DK

SPR

03 A.

Laċċa kaħla u l-qabdiet aċċessorji marbutin magħha

3a

8 422,000

20,186

34,428

170,55  %

14,242

1,00

/

/

14,242

14,242

/

/

DK

WHB

1X14

Stokkafixx

L-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta’ 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14

36 723,000

45 035,026

45 516,979

101,07  %

481,953

/

/

/

481,953

481,953

/

/

ES

ALF

3X14-

Fonsa ħamra

L-ilmijiet tar-Renju Unit, tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14

51,000

58,000

59,069

101,84  %

1,069

/

/

/

1,069

1,069

/

/

ES

COD

1/2B.

Bakkaljaw

1 u 2b

9 688,000

9 290,212

9 409,547

101,28  %

119,335

/

A (8)

/

119,335

119,335

/

/

ES

COD

1N2AB.

Bakkaljaw

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

2 602,000

2 744,006

2 804,069

102,19  %

60,063

/

/

/

60,063

0

/

60,063

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt ta’ Greenland

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

32,719

55,066

168,30  %

22,347

1,00

A

/

33,521

/

33,521

/

ES

HAD

1N2AB.

Merluzz tal-linja sewda

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

0,554

17,963

3 242,42  %

17,409

1,00

/

/

17,409

/

17,409

/

ES

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħra

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

/

35,447

Mhux applikabbli

35,447

1,00

A

/

53,171

/

53,171

/

ES

POL

08C.

Pollakkju

8c

149,000

172,001

173,627

100,95  %

1,626

/

/

/

1,626

1,626

/

/

ES

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

17,250

25,413

147,32  %

8,163

1,00

/

/

8,163

/

8,163

/

ES

REB

1N2AB.

Redfish

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

106,000

103,211

104,593

101,34  %

1,382

/

/

/

1,382

1,382

/

/

ES

RJU

9-C.

Raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9

15,000

18,000

19,348

107,49  %

1,348

/

/

/

1,348

0

/

1,348

FR

JAX

4BC7D

Sawrell u l-qabdiet aċċessorji marbutin miegħu

L-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni ta’ 4b, 4c u 7d

267,000

396,532

461,312

116,34  %

64,780

1,00

/

/

64,780

64,780

/

/

FR

RJE

7FG.

Raja għewejna

7f u 7 g

36,000

57,000

83,299

146,14  %

26,299

1,00

/

/

26,299

26,299

/

/

FR

RJU

8-C.

Raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 8

13,000

23,000

24,081

104,70  %

1,081

/

/

/

1,081

1,081

/

/

IE

HER

6AS7BC

Aringa

Iż-żoni 6aS, 7b u 7c

1 236,000

1 267,563

1 298,400

102,43  %

30,837

/

/

/

30,837

30,837

/

/

IE

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

28,810

51,017

177,08  %

22,207

1,00

/

/

22,207

22,207

/

/

MT

ALB

MED

Alonga tal-Mediterran

Il-Baħar Mediterran

41,190

41,190

49,876

121,09  %

8,686

1,00

/

/

8,686

8,686

/

/

NL

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2

/

4,000

47,097

1 177,43  %

43,097

1,00

/

/

43,097

/

43,097

/

PL

MAC

2A34.

Kavalli

3a; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3b, 3c, 3d u 4

/

/

10,934

Mhux applikabbli

10,934

1,00

/

/

10,934

/

10,934

/

PT

ALF

3X14-

Fonsa ħamra

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14

145,000

142,314

145,155

102,00  %

2,841

/

A (8)

/

2,841

2,841

/

/

PT

BET

ATLANT

Tonn obeż

l-Oċean Atlantiku

3 106,230

3 022,850

3 206,898

106,09  %

184,048

/

/

/

/ (9)

/ (9)

/

184,048  (9)

PT

RJU

9-C.

Raja ondjata

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 9

15,000

32,000

33,907

105,96  %

1,907

/

/

/

1,907

1,907

/

/

PT

SWO

AN05N

Pixxispad

l-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N

1 161,840

1 687,840

1 738,632

103,01  %

50,792

/

/

/

/ (10)

/ (10)

/

50,792  (10)

SE

I/F

04-N

Ħut industrijali

l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona 4

800,000

800,000

808,349

101,04  %

8,349

/

/

/

8,349

8,349

/

/

”

(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2021 għall-2022 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u f’konformità mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stipulat fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha tas-sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stipulat fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra ‘A’ tindika li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 peress li kien hemm sajd eċċessiv konsekuttiv fl-2020, fl-2021 u fl-2022. L-ittra ‘C’ tindika li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 peress li l-istokk ikun soġġett għal pjan pluriennali.

(5)  Il-kwantitajiet li jifdal mis-sena/snin ta’ qabel.

(6)  It-tnaqqis li għandu jsir fl-2023.

(7)  It-tnaqqis li għandu jsir fl-2023 li jista’ jsir fir-realtà meta wieħed iqis il-kwota disponibbli fl-1 ta’ Settembru 2023.

(8)  Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ma jkunx applikabbli peress li s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni 21-01 tal-ICCAT tistabbilixxi li kwalunkwe eċċess tal-kwota aġġustata annwali fl-2022 għandu jitnaqqas mil-limitu tal-kwota/tal-qbid rispettiv għall-2024.

(10)  Ir-Rakkomandazzjoni 22-03 tal-ICCAT tistabbilixxi li kwalunkwe eċċess tal-kwota annwali aġġustata fl-2022 għandu jitnaqqas mil-limitu rispettiv tal-kwota/qbid għall-2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2480/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)