<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0500390301.case.xml"><NO.CASE>C-122/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0122</NO.CELEX><NO.SEQ>0020.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-3908</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-3932</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI — KAWŻA C-122/10</LEFT><RIGHT>VING SVERIGE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ppreżentati fit-<DATE ISO="20110203">3 ta’ Frar 2011</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa l-kompitu tal-Unjoni li tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u tiżgura livell għoli għall-ħarsien tagħhom. Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU L 149, p. 22</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, żgur li għandha l-għan li tippromwovi dan l-għan u li tikkostitwixxi strument effikaċi biex tħares u tissielet kontra l-prattiki kummerċjali żleali.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Permezz tad-Direttiva 2005/29, il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel li jissuġġetta lil kummerċjanti għal obbligu elevat ta’ informazzjoni, meta dawn jiddeċiedu li joħorġu komunikazzjoni kummerċjali taħt il-forma partikolari ta’ stedina għax-xiri. Il-kawża preżenti qed tagħti l-opportunità lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex għall-ewwel darba tinterpreta dan il-kunċett.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-erbatax-il premessa tad-Direttiva 2005/29 tistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>[f]ir-rigward ta’ ommissjonijiet, din id-Direttiva tistabbilixxi numru limitat ta’ elementi ewlenin ta’ tagħrif li l-konsumatur għandu bżonn ikollu sabiex jagħmel deċiżjoni transazzjonali [kummerċjali] informata. Dan it-tagħrif m’għandux jiġi mogħti f’kull reklam, iżda biss fejn il-kummerċjant jagħmel stedina għax-xiri, li huwa kunċett definit b’mod ċar f’din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3909"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Diretiva 2005/29 jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[l]-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>stedina għax-xiri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz f’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2005/29 jiddefinixxi deċiżjoni kummerċjali bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn konsumatur dwar jekk, kif u taħt liema kondizzjonijiet jixtri, iħallas il-prezz sħiħ jew parti mill-prezz ta’ prodott, iżomm jew jiddisponi minn prodott jew jeżerċita xi dritt kontrattwali fir-rigward tal-prodott, kemm jekk il-konsumatur jiddeċiedi li jieħu jew ma jiħux xi azzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[l]-Istati Membri la għandhom irażżnu l-libertà tal-provvista tas-servizzi u lanqas għandhom irażżnu l-moviment liberu ta’ merkanzija għal raġunijiet li jaqgħu fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/29 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu projbiti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali,</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata, jew tal-membru medju tal-grupp meta xi prattika kummerċjali tkun diretta lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-3910"?><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29, li jirregola l-ommissjonijiet qarrieqa jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa meta, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha u tal-limitazzjonijiet tal-mezz ta’ komunikazzjoni, tħalli barra tagħrif importanti li l-konsumatur medju għandu bżonn, skond il-kuntest, sabiex jieħu deċiżjoni transazzjonali informata u għaldaqstant tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Prattika kummerċjali għandha titqies ukoll bħala ommissjoni qarrieqa meta kummerċjant jaħbi jew jipprovdi b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha, dak it-tagħrif importanti msemmi fil-paragrafu 1, b’kont meħud tal-kwistjonijiet deskritti f’dak il-paragrafu, jew jonqos milli jidentifika l-intenzjoni kummerċjali wara l-prattika kummerċjali jekk din ma tkunx diġà apparenti mill-kuntest u fejn, fi kwalunkwe każ, din tikkawża jew x’aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-mezz użat għall-komunikazzjoni tal-prattika kummerċjali jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ żmien, għandu jittieħed kont ta’ dawn il-limitazzjonijiet u ta’ kwalunkwe miżuri meħuda mill-kummerċjant sabiex jagħmel it-tagħrif disponibbli għall-konsumaturi permezz ta’ mezzi oħra meta jiġi deċiż jekk xi tagħrif ġiex imħolli barra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’każ ta’ stedina għax-xiri, it-tagħrif li ġej għandu jitqies bħala importanti, jekk ma jkunx diġà apparenti mill-kuntest:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, safejn xieraq għall-mezz u l-prodott;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f’ismu qiegħed jaġixxi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-prezz inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jistax b’mod raġonevoli jiġi kalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz hu kalkolat, kif ukoll, fejn ikun xieraq, kull ammont ta’ ħlas addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ħlas ta’ kunsinna jew ħlas postali jew, fejn dawn l-ammonti ta’ ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment kalkolati minn qabel, il-fatt li tali ammonti ta’ ħlas addizzjonali jistgħu jkunu dovuti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni u għat-trattament ta’ l-ilmenti, jekk dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-3911"?><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>għal prodotti u tranżazzjonijiet li jinvolvu d-dritt ta’ rtirar jew ta’ kanċellazzjoni, l-eżistenza ta’ dan id-dritt.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti mill-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali inklużi r-reklamar jew il-kummerċjalizzazzjoni li jinsabu f’lista mhux eżawrjenti fl-Anness II, għandhom jitqiesu bħala importanti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2005/29 ġiet trasposta fis-sistema legali Svediża permezz tal-Liġi 2008:486 dwar il-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>il-liġi dwar il-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), li fiha l-Artikolu 12 jirrregola kif ġej l-istediniet għax-xiri:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-miżura ta’ kummerċjalizzazzjoni hija qarrieqa meta l-kummerċjant jistieden, fil-komunikazzjoni kummerċjali, lil konsumaturi biex jixtru prodott speċifiku billi jindika l-prezz, iżda mingħajr ma l-imsemmija komunikazzjoni tkun tinkludi l-informazzjoni importanti segwenti:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, fil-miżura meħtieġa u fid-dawl tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat u tal-prodott ikkonċernat,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>il-prezz u l-prezz tal-prodott individwali, indikati kif stabbilit fl-Artikoli 7 sa 10 [tal-Liġi 2004:347 dwar l-informazzjoni fuq il-prezz],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-kummerċjant,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>il-kundizzjonijiet għall-ħlas, kunsinna, għemil u trattament tal-ilmenti, jekk dawn ikunu differenti mill-użu normali fis-settur jew jikkonċernaw il-prodott inkwistjoni,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>l-informazzjoni relatata mad-dritt tal-irtirar jew kanċellazzjoni tax-xirja, li skont il-liġi għandha tiġi kkomunikata lil konsumatur.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Il-miżura ta’ kummerċjalizzazzjoni hija wkoll qarrieqa jekk il-kummerċjant jistieden lil konsumaturi, permezz ta’ komunikazzjoni kummerċjali, jixtru għadd ta’ prodotti speċifiċi bl-indikazzjoni ta’ prezz globali, mingħajr ma l-istedina jkun fiha l-informazzjoni importanti, stabbilita fil-punti 1 sa 5 tal-ewwel paragrafu<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Ving Sverige AB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ving<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) torganizza u tikkummerċjalizza<?PAGE NO="I-3912"?> vjaġġi regolari fuq titjiriet mikrija, bi prezz li jkun jinkludi kollox. Tbiegħ ukoll, lill-persuni li jkunu qed jivjaġġaw individwalment, il-biljetti tal-ajru u l-ibbukkjar ta’ postijiet fil-lukandi. Il-vjaġġi, il-biljetti u l-ibbukkjar ta’ postijiet jistgħu jinxtraw kemm mill-postijiet tal-bejgħ ta’ Ving kif ukoll minn numru ta’ aġenziji tal-ivjaġġar fl-Isvezja, kif ukoll permezz tat-telefon jew tal-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080813">13 ta’ Awwissu 2008</DATE>, Ving ġabet reklam fi <HT TYPE="ITALIC">Svenska Dagbladet</HT>, gazzetta Svediża li toħroġ kuljum, kompost kif ser jingħad: fuq nett u b’ittri kbar, it-test <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>New York minn SEK <FT TYPE="NUMBER">7820</FT><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>; taħt, u b’ittri iżgħar, it-test <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Titjiriet minn Arlanda ma’ British Airways u żewġt iljieli fil-lukanda Bedford — Prezz għal kull persuna f’kamra għal tnejn, taxxi tal-ajruport inklużi. Lejl supplimentari minn SEK <FT TYPE="NUMBER">1320</FT>. Għal ċerti vjaġġi bejn Settembru-Diċembru. Numru limitat ta’ postijiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Isfel nett kien hemm indikat l-indirizz tas-sit tal-internet ta’ Ving u n-numru tat-telefon.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Id-direttur ġenerali tal-awtorità Svediża għall-ħarsien tal-konsumaturi huwa wkoll il-medjatur bil-kompitu b’mod partikolari li jiżgura li l-impriżi josservaw il-liġi dwar il-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni. Fil-kwalità tiegħu ta’ medjatur, huwa qies li r-reklam ippubblikat kien komunikazzjoni kummerċjali li tikkostitwixxi stedina għax-xiri b’ommissjoni qarrieqa u dan peress li kienet tirreferi sempliċement għall-prezz inizjali mingħajr ma kienet tippreċiża jew kienet tippreċiża b’mod insuffiċjenti l-karatteristiċi ewlenin tal-prodott propost. Għalhekk, fis-27 ta’ Frar, ippreżenta rikors quddiem il-Marknadsdomstolen (qorti kummerċjali) (l-Isvezja) biex fis-sustanza, Ving tiġi ordnata, biex fil-ħruġ tagħha ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali relatati ma’ vjaġġi kkummerċjalizzati minnha, tindika prezz fiss fir-reklam u tippreċiża iktar il-karatteristiċi ewlenin tal-vjaġġ, bħad-dati u l-għażliet proposti lil konsumaturi, li huma suxxettibbli li jaffetwaw il-prezz inizjali indikat. Il-medjatur talab ukoll lill-Qorti tar-rinviju timpedixxi lil Ving, suġġetta għall-pagamenti ta’ penali, milli tkompli tirreklama prezzijiet inizjali.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Quddiem il-Qorti tar-rinviju, il-medjatur sostna li r-reklam kontenzjuż għandu jikkwalifika bħala stedina għax-xiri u li kien ta’ natura qarrieqa inkwantu kien nieqes minn informazzjoni dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-vjaġġ. Ir-reklam għalhekk mhux konformi mal-Artikolu 12 tal-liġi dwar il-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, il-karatteristiċi ewlenin tal-vjaġġ huma deskritti b’mod qarrieqi inkwantu kien hemm biss indikazzjoni tal-prezz inizjali. Fl-aħħar nett, ir-reklam ippubblikat minn Ving jikkostitwixxi prattika żleali, inkwantu jbiddel jew huwa suxxettibbli li jbiddel id-dispożizzjoni tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni kummerċjali abbażi tal-għarfien tal-fatti.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Ving, min-naħa tagħha, ma tqisx li s-sempliċi pubblikazzjoni tar-reklam, tikkostitwixxi stedina lil konsumaturi biex jixtru prodott speċifiku u tikkontesta għalhekk l-kwalifika tiegħu bħala stedina<?PAGE NO="I-3913"?> għax-xiri. Sussidjarjament, Ving issostni quddiem il-Qorti tar-rinviju, li l-karatteristiċi ewlenin tal-prodott kienu indikati b’mod adegwat fid-dawl tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat u l-prodott ikkonċernat. Il-prezz, barra minn hekk, ġie indikat b’mod konformi mal-liġi dwar l-informazzjoni fuq il-prezzijiet li għaliha tirreferi l-liġi dwar il-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni. Ving hija tal-fehma li l-ebda informazzjoni importanti ma tħalliet barra. Fi kwalunkwe każ, anki li kieku kellu jitqies li kien hemm xi informazzjoni li tħalliet barra, din ma kinitx tali li tbiddel id-dispożizzjoni tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni kummerċjali abbażi tal-għarfien tal-fatti, u għaldaqstant ir-reklam kontenzjuż ma jikkostitwixxix prattika żleali.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Impliċitament tqum il-kwistjoni jekk ir-reklam ippubblikat minn Ving jistax jitqies li huwa stedina għax-xiri u fl-ipotesi ta’ riposta fl-affermattiv, jekk jikkostitwixxix prattika kummerċjali żleali, peress li dawn iż-żewġ kunċetti ġew introdotti fl-ordinament ġuridiku Svediż permezz tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Quddiem din id-diffikultà fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Marknadsdomstolen iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u permezz ta’ deċiżjoni ppreżentata fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20100308">8 ta’ Marzu 2010</DATE>, skont l-Artikolu 267 TFUE, tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-seba’ domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1)</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni espressa bil-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>i għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>, fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29/KE […] għandha tiġi interpretata fis-sens li stedina għax-xiri teżisti mill-mument li l-informazzjoni dwar il-prodott ikkummerċjalizzat u l-prezz tiegħu jkunu disponibbli sabiex il-konsumatur ikun jista’ jieħu deċiżjoni li jixtri, jew jeħtieġ li l-komunikazzjoni kummerċjali tinkludi wkoll mezz konkret sabiex jinxtara l-prodott (pereżempju, formula tal-ordni) jew li din tidher viċin tali mezz jew meta jkun hemm tali mezz (pereżempju, reklam barra l-ħanut)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun li l-komunikazzjoni kummerċjali għandha tinkludi mezz konkret sabiex jinxtara l-prodott, din il-kundizzjoni għandha titqies li hija sodisfatta bis-sempliċi fatt li l-komunikazzjoni tirreferi għal numru tat-telefon jew għal indirizz tal-Internet fejn il-prodott jista’ jiġi ordnat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(i) tad-Direttiva [2005/29] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni tal-prezz hija sodisfatta jekk il-komunikazzjoni kummerċjali<?PAGE NO="I-3914"?> tinkludi prezz inizjali, jiġifieri l-prezz l-iktar baxx li bih il-prodott jew it-tip ta’ prodotti kkummerċjalizzati jista’ jinxtara, meta dan jeżisti f’verżjonijiet oħra, jew b’kontenut differenti, bi prezzijiet li mhumiex indikati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(i) tad-Direttiva [2005/29] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott hija sodisfatta mill-mument li l-komunikazzjoni kummerċjali tinkludi rappreżentazzjoni verbali jew viżwali tal-prodott (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>verbal or visual reference to the product<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>), b’tali mod li dan jiġi identifikat mingħajr ma jiġi deskritt b’mod ulterjuri?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Jekk għad-domanda preċedenti tingħata risposta affermattiva, din tapplika wkoll fil-każ li l-prodott ikkummerċjalizzat jiġi offrut f’verżjonijiet differenti, meta l-komunikazzjoni kummerċjali tirreferi għalihom biss b’isem wieħed komuni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ stedina għax-xiri, l-Artikolu 7(4)(a) tad-Direttiva [2005/29] għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed li jiġu indikati biss ċerti karatteristiċi ewlenin tal-prodott, jekk fir-rigward tal-kumplament il-kummerċjant jirreferi għas-sit tal-Internet tiegħu, sakemm dan is-sit jinkludi l-informazzjoni importanti dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodotti, il-prezz u l-kundizzjonijiet l-oħrajn, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(4) [tad-Direttiva 2005/29]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(4)(ċ) tad-Direttiva [2005/29] għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed li, sabiex ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-prezz jitqiesu sodisfatti, jiġi ddikjarat prezz inizjali?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-konvenuta fil-kawża prinċipali, il-gvernijiet tal-Isvezja, tal-Ġermanja, ta’ Spanja, tal-Olanda, tal-Polonja, tar-Renju Unit u tan-Norveġja, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea bagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar il-kunċett tal-istedina għax-xiri (l-ewwel sal-ħames domandi)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel ħames domandi tagħha, il-Qorti tar-rinviju qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja xi preċiżjonijiet dwar il-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>istedina għax-xiri<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tad-Direttiva 2005/29. Peress li l-Artikolu 2(i)<?PAGE NO="I-3915"?> tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi l-istedina għax-xiri bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz f’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, hemm lok li l-ewwel ħames domandi jiġu organizzati skont l-ordni tal-kriterji kif stabbliti fid-definizzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, nixtieq preliminarjament nagħmel tliet sensiliet ta’ rimarki.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, nixtieq infakkar li, jekk ma hemm l-ebda dubju li d-Direttiva 2005/29, li tarmonizza kompletament ir-regoli relatati mal-prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, VTB-VAB (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-261/07+C-299/07" PAGE.ECR="I-2949" YEAR="2009">C-261/07 u C-299/07, Ġabra p. I-2949</REF.DOC.ECR>, punt 52); tal-<DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE>, Plus Warenhandelsgesellschaft (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-304/08" YEAR="2010">C-304/08</REF.DOC.ECR>, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 41), u tad-<DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-540/08" PAGE.ECR="I-10909" YEAR="2010">C-540/08, Ġabra p. I-10909</REF.DOC.ECR>, punt 27).</P></NOTE>, għandha l-għan partikolari li tiżgura l-livell għoli ta’ ħarsien ta’ dawn tal-aħħar<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara l-ħames, l-għoxrin u l-erbgħa u għoxrin premessa kif ukoll l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/29.</P></NOTE>, il-kummerċjanti lanqas ma huma assenti mill-preokkupazzjonijiet tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Fil-fatt, il-premessa 12 tad-Direttiva 2005/29 tistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[l]-armonizzazzjoni għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċ [kummerċjanti]. Kemm il-konsumaturi kif ukoll il-kummerċ [kummerċjanti] ser ikunu jistgħu jserrħu fuq qafas regolatorju wieħed ibbażat fuq kunċetti legali definiti b’mod ċar li jirregolaw l-aspetti kollha ta’ prattiċi [prattiki] kummerċjali żleali fl-UE<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Huwa meħtieġ għalhekk, fl-interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29, li wieħed iżomm f’moħħu dan l-għan doppju u jżommm il-bilanċ li stabbilixxiet f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Sussegwentement, skont id-Direttiva 2005/29, l-istedina għax-xiri hija forma partikolari ta’ pubbliċità li magħha hemm marbut obbligu elevat ta’ informazzjoni, skont l-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva. Jeżistu forom oħra ta’ pubbliċità u l-kummerċjant għalhekk jagħmel għażla konxja li jippubblika stedina għax-xiri, bir-riskju li jkun suġġett għal obbligu elevat ta’ informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-kompitu ta’ interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistiedna teżerċita, għandu, fl-opinjoni tiegħi, jipprova josserva dan l-ekwilibriju doppju: dak bejn id-drittijiet tal-konsumaturi u d-drittijiet tal-kummerċjanti, iżda wkoll dak bejn il-pubbliċità b’mod ġenerali u partikolarment l-istedina għax-xiri. Il-partijiet kollha interessati li ressqu l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, saħħqu fuq ir-riskji marbuta ma’ interpretazzjoni ristrettiva żżejjed tal-kunċett tal-istedina għax-xiri — li tista’ b’hekk tillimita l-ipotesijiet li fihom jista’ japplika l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29 — kif ukoll ma’ interpretazzjoni wiesgħa żżejjed — li tista’ tiskoraġġixxi lil<?PAGE NO="I-3916"?> kummerċjanti milli jagħżlu din it-tip partikolari ta’ komunikazzjoni kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, infakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, jirriżulta, kemm mill-eżiġenzi tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt Komunitarju kif ukoll mill-prinċipju tat-trattament ugwali, li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju li ma tinkludi l-ebda referenza espliċita għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, għad-determinazzjoni tas-sens u l-portata tagħha, għandhom normalment jingħataw interpretazzjoni awtonoma u uniformi, b’qies għall-kuntest tad-dispożizzjoni u għall-għan li trid tilħaq il-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti d-dispożizzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, fost ġurisprudenza abbondanti, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, Hadadi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-168/08" PAGE.ECR="I-6871" YEAR="2009">C-168/08, Ġabra p. I-6871</REF.DOC.ECR>, punt 38); tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, NCC Construction Danmark (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-174/08" PAGE.ECR="I-10567" YEAR="2009">C-174/08, Ġabra p. I-10567</REF.DOC.ECR>, punt 24), u tat-<DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Yaesu Europe (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-433/08" YEAR="2009">C-433/08</REF.DOC.ECR>, Ġabra, punt 18).</P></NOTE>. Peress li d-Direttiva 2005/29 għandha twassal għall-armonizzazzjoni totali u peress li l-dispożizzjonijiet rilevanti, relatati mal-istedina għax-xiri, ma jagħmlu l-ebda referenza għad-dritt tal-Istati Membri, huwa l-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti lil dan il-kunċett interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-sistema legali tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Is-sentenza Yaesu Europe, iċċitata iktar ’il fuq (punt 23).</P></NOTE>, billi tinterpreta l-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 mhux biss fid-dawl tat-termini tagħha, iżda wkoll tal-kuntest tagħha u l-għanijiet li l-imsemmija Direttiva trid tilħaq<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Is-sentenza Yaesu Europe, iċċitata iktar ’il fuq (punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dwar il-kriterju relatat mal-indikazzjoni adegwata tal-karatteristiċi tal-prodott (ir-raba’ u l-ħames domanda)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Mill-partijiet kollha interessati li ppreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, Ving hija l-unika waħda li ssostni li r-rappreżentazzjoni verbali jew viżiva tal-prodott, mingħajr ma dan ikun deskritt b’mod iktar dettaljat, mhix biżżejjed biex il-kriterju relatat mal-indikazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott fis-sens tal-Artikolu 2(i), tad-Direttiva 2005/29 ikun sodisfatt u, konsegwentement, biex ikun jista’ jingħad li wieħed għandu quddiemu stedina għax-xiri. Dwar din il-kwistjoni, hemm għadd ta’ elementi li iktar għandhom it-tendenza li jwassluni għal konklużjoni opposta.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-kliem tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 jeżiġi biss li jiġu indikati l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>karatteristiċi tal-prodott<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, mingħajr ma jippreċiża t-tip jew l-ammont ta’ informazzjoni. Konsegwentement, komunikazzjoni kummerċjali li tinkludi rappreżentazzjoni verbali jew viżiva tal-prodott tista’ tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 relatata mal-indikazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni ma setax, fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29, jeżiġi iktar preċiżjonijiet u dan minħabba l-fatt li skont it-termini ta’ dan l-istess artikolu, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott<?PAGE NO="I-3917"?> għandha, ftit jew wisq tkun dettaljata, skont il-mezz ta’ komunikazzjoni magħżul mill-kummerċjant. Komunikazzjoni kummerċjali trażmessa fuq ir-radju bil-fors li se jkun fiha anqas dettall dwar il-karatteristiċi tal-prodott, minn waħda simili ppubblikata fuq paġna sħiħa ta’ gazzetta nazzjonali li toħroġ kuljum. Filwaqt li fl-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 2005/29, li jirregola l-azzjonijiet qarrieqa, il-leġiżlatur ippreċiża dak li ried ifisser b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>karatteristiċi ewlenin tal-prodott<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Skont l-imsemmi artikolu, il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott jistgħu jkunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[id]-disponibbiltà, il-benefiċċji, ir-riskji, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, l-aċċessorji, l-assistenza ta’ wara l-bejgħ għall-konsumatur u t-trattament ta’ ilmenti, il-metodi u d-data ta’ manifattura jew tal-provvista, il-kunsinna, l-idoneità għall-għan, l-użu, il-kwantità, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati li wieħed jistenna mill-użu tiegħu, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi importanti ta’ eżamijiet jew kontrolli magħmula tal-prodott<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</P></NOTE>, mhux l-istess jista’ jingħad għall-karatteristiċi misjuba fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Niġbed l-attenzjoni, f’dan ir-rigward, li t-test inizjali tal-proposta tad-direttiva kien jippreċiża, fid-dispożizzjoni li tiddefinixxi l-istedina għax-xiri, li l-kwistjoni kienet waħda ta’ karatteristiċi ewlenin, preċiżjoni li, fil-proċedura għall-adozzjoni tal-imsemmija Direttiva 2005/29, kienet ġiet imħassra [ara l-Artikolu 2(k), tal-proposta tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar prattiċi [prattiki] kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, 97/7/KE u 98/27/KE, COM(2003) 356 finali].</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Konsegwentement, iktar min-natura eżawrjenti tal-karatteristiċi ewlenin jew essenzjali tal-prodott, il-kwistjoni iktar hija waħda li jiġi ddeterminat jekk fir-rigward tal-prodott ikkonċernat u tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat, l-informazzjoni misjuba fil-komunikazzjoni kummerċjali hijiex suffiċjenti sabiex il-konsumatur ikun jista’ jidentifika l-prodott. Rappreżentazzjoni tal-prodott li hija biss verbali jew viżiva, tista’ għalhekk, skont il-każ, tkun biżżejjed. Fil-fatt, il-prodotti la jeħtieġu u lanqas jeżiġu l-istess livell ta’ dettall fil-preżentazzjoni tagħhom; l-istess prodott ma jistax jiġi deskritt bl-istess mod u dan minħabba l-mezz ta’ komunikazzjoni użat. Konsegwentement, huwa l-kompitu tal-qrati nazzjonali li jeżaminaw, għal kull każ, jekk il-komunikazzjoni kummerċjali sottomessa għall-verifika tagħhom, tissodisfax il-kriterji ta’ dan l-ewwel test<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Is-seba’ premessa tad-Direttiva 2005/29 tqis, barra minn hekk li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[g]ħandu jittieħed kont sħiħ tal-kuntest tal-każ individwali konċernat fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari tal-klawsoli ġenerali tagħha<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Indipendentement mill-fatt li jiġi stabbilit jekk l-indikazzjoni tal-prezz inizjali hijiex biżżejjed biex tissodisfa l-kundizzjoni relatata mal-prezz, stabbilita fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 — kwistjoni din li ser tkun is-suġġett ta’ żviluppi ulterjuri — irid jingħad li l-indikazzjoni tal-prezz inizjali tista’ wkoll tippermetti lil konsumatur jifhem li l-prodott li seta’ jindividwalizza, jeżisti f’verżjonijiet oħra, għalkemm tkun qed tintuża referenza komuni. Dan huwa ħsieb li jidher raġonevoli, sakemm, skont il-premessa 18, id-Direttiva 2005/29 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tieħu bħala punt ta’ riferiment il-konsumatur medju, li huwa infurmat raġonevolment tajjeb u raġonevolment attent u kawt, billi tieħu kont ta’ fatturi soċjali, kulturali u lingwistiċi,<?PAGE NO="I-3918"?> kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara b’mod partikolari s-sentenzi tas-<DATE ISO="19920116">16 ta’ Jannar 1992</DATE>, X (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-373/90" PAGE.ECR="I-131" YEAR="1992">C-373/90, Ġabra p. I-131</REF.DOC.ECR>, punt 15); tat-<DATE ISO="20000113">13 ta’ Jannar 2000</DATE>, Estée Lauder (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-220/98" PAGE.ECR="I-117" YEAR="2000">C-220/98, Ġabra p. I-117</REF.DOC.ECR>, punti 27 u 30), tat-<DATE ISO="20030408">8 ta’ April 2003</DATE>, Pippig Augenoptik (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-44/01" PAGE.ECR="I-3095" YEAR="2003">C-44/01, Ġabra p. I-3095</REF.DOC.ECR>, punt 55), u tad-<DATE ISO="20060919">19 ta’ Settembru 2006</DATE>, Lidl Belgium (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-356/04" PAGE.ECR="I-8501" YEAR="2006">C-356/04, Ġabra p. I-8501</REF.DOC.ECR>, punti 77 u 78). Għalkemm il-konsumatur medju huwa dak li tirreferi għalih id-Direttiva 2005/29, din tal-aħħar tipprovdi wkoll, iżda b’mod iktar preċiż, għall-ħarsien partikolari ta’ konsumaturi li, minħabba l-età, il-mard fiżiku jew mentali jew il-kredulità tagħhom, huma partikolarment vulnerabbli għal prattika kummerċjali żleali jew prodott li għalih tirreferi (ara d-dsatax-il premessa kif ukoll l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2005/29).</P></NOTE>. Konsegwentement, skont in-natura tal-prodott jew il-forma li tieħu l-indikazzjoni relatata mal-prezz, huwa prevedibbli li wieħed iqis li l-użu, f’komunikazzjoni kummerċjali, ta’ referenza komuni, meta il-prodott jeżisti f’verżjonijiet differenti, jista’ jkun suffiċjenti sabiex jiġi sodisfatt il-kriterju relatat mal-karatteristiċi tal-prodott, fis-sens tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward u mingħajr ma nidħol f’kamp li huwa fdat lill-Qorti tar-rinviju, nixtieq nenfasizza li l-komunikazzjoni kummerċjali fil-kawża prinċipali ġiet ippubblikata minn Ving fi spazju li jirrappreżenta anqas minn kwart tal-paġna tal-gazzetta magħżula; li hija illustrata minn rappreżentazzjoni tal-istatwa tal-libertà; li ssemmi l-ajruport tat-tluq, il-belt tad-destinazzjoni, il-kumpannija tal-ajru, l-isem tal-lukanda tad-destinazzjoni, il-prezz inizjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Din l-indikazzjoni tal-prezz inizjali, fil-kuntest tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29, ser tiġi trattata b’mod partikolari fil-punti 32 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> kif ukoll il-perijodu li matulu tapplika l-offerta, bl-indikazzjoni li l-postijiet huma limitati. Huwa għalhekk abbażi ta’ dawn l-elementi li l-Qorti tar-rinviju jkollha tiddetermina jekk il-konsumatur, quddiem din l-informazzjoni, setax jifforma idea suffiċjentement preċiża tal-prodott offrut. L-interpretazzjoni proposta mill-Kummissjoni fil-linji gwida dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29 hija wkoll diretta f’dan is-sens, biex jiġi kkonservat l-effettività kemm tal-Artikolu 2(i) kif ukoll tal-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara d-dokument <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Guidance on the implementation/application of directive 2005/29/EC on unfair commercial practices<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [SEC(2009) 1666 tat-<DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE>, p. 47] li jistabbilixxi li ladarba wieħed ikollu quddiemu rappreżentazzjoni verbali jew viżiva tal-prodott, ir-rekwiżit relatat mal-karatteristiċi tal-prodott, fis-sens tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29, għandu jitqies bħala sodisfatt. Il-Kummissjoni tqis, fil-fatt, li interpretazzjoni differenti tista’ tħajjar lill-operaturi jipprovdu deskrizzjonijiet vagi, jew iħallu barra xi informazzjoni fl-offerti kummerċjali tagħhom, sabiex iduru mar-rekwiżiti tal-informazzjoni previsti fl-Artikolu 7(4) tad–direttiva msemmija.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, hemm lok li jitqies li l-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 ma jipprekludix l-użu, f’komunikazzjoni kummerċjali, ta’ rappreżentazzjoni verbali jew viżiva tal-prodott, li jista’ jkun biżżejjed biex il-kundizzjoni relatata mal-karatteristiċi tal-prodott tkun sodisfatta. Lanqas ma jipprekludi, fil-prinċipju, li tintuża referenza komuni għall-prodott, anki jekk mill-komunikazzjoni kummerċjali jkun jista’ jiġi raġonevolment dedott, li l-prodott jeżisti f’għadd ta’ verżjonijiet. Madankollu huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tevalwa, każ każ, jekk fid-dawl tal-prodott ikkonċernat u tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat, ir-rappreżentazzjoni u r-referenza komuni użati fil-komunikazzjoni kummerċjali,<?PAGE NO="I-3919"?> jippermettux lil konsumatur medju, normalment infurmat u raġonevolment attent u kawt, jidentifika l-prodott.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dwar il-kriterju relatat mal-indikazzjoni adegwata tal-prezz tal-prodott (it-tielet domanda)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju trid tistabbilixxi hawnhekk jekk l-indikazzjoni tal-prezz inizjali hijiex suffiċjenti sabiex jiġi sodisfatt it-tieni element tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li jiġi stabbilit jekk ir-referenza għall-prezz inizjali, fil-komunikazzjoni kummerċjali, tistax tkun biżżejjed biex tiġi sodisfatta l-kundizzjoni relatata mal-prezz inizjali, hija distinta minn dik li jiġi stabbilit jekk il-prezz inizjali indikat huwiex qarrieqi jew le. L-eżami tal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 għandu jitwettaq b’mod separat, inkwantu dan jikkonċerna l-eżami tal-obbligu tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 7(4). Il-konferma li l-prezz inizjali huwa biżżejjed, sabiex ikun jista’ jingħad li wieħed għandu quddiemu stedina għax-xiri, ma timplikax li r-referenza għall-imsemmi prezz jissodisfa l-obbligu msemmi iktar ’il fuq. Jekk ċerti osservazzjonijiet bil-miktub sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja kienu, sa mill-fażi tal-eżami tal-kundizzjonijiet tal-imsemmi Artikolu 2(i), jikkonċernaw il-kwistjoni li jiġi stabbilit jekk il-prezz inizjali huwiex qarrieqi jew le, irid jiġi osservat li dawn l-argumenti ma għandhomx impatt fl-istadju tal-kwalifika tal-istedina għax-xiri.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prezz inizjali, jista’ jsir raġonament simili ħafna għal dak li sar għall-kundizzjoni preċedenti — il-kundizzjoni relatata mal-karatteristiċi tal-prodott.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, bl-istess mod li l-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 jibqa’ mhux preċiż, għal dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżit relatat mal-karatteristiċi tal-prodott, il-mod ta’ kif huwa abbozzat ir-rekwiżit relatat mal-prezz, lanqas ma joffri wisq preċiżjoni u dan mill-ewwel iwassal biex wieħed jikkonkludi li l-imsemmija direttiva ma teskludix, fil-prinċipju, li stedina għax-xiri tista’ tagħmel referenza għall-prezz inizjali. In-nuqqas ta’ preċiżjoni tal-leġiżlatur jippermetti raġonament wiesgħa tar-rekwiżit relatat mal-prezz. Il-Gvernijiet tal-Ġermanja, tal-Pajjiżi l-Baxxi u tan-Norveġja sostnew, ġustament, illi li kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tqis li l-indikazzjoni tal-prezz inizjali huwa insuffiċjenti, sabiex il-kundizzjoni relatata mal-prezz titqies li ġiet sodisfatta, ikun biżżejjed li l-kummerċjanti jindikaw, f’kull waħda mill-komunikazzjonijiet kummerċjali tagħhom, prezz inizjali, biex dawn qatt ma jkunu jistgħu jikkwalifikaw bħala stedina għax-xiri u konsegwentement qatt ma jkunu suġġetti għall-obbligu għoli ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 7(4) tal-imsemmja direttiva. Dan bla dubju jista’ jwassal sabiex jiġi affetwat l-effettività ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Sussegwentement, skont il-prodotti kkonċernati, wieħed jista’ jirrikonoxxi li l-kummerċjant mhux dejjem ikun f’pożizzjoni li jindika l-prezz finali tal-prodott fil-komunikazzjoni kummerċjali.<?PAGE NO="I-3920"?> Din il-possibbiltà, barra minn hekk, ġiet prevista mil-leġiżlatur tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-Artikolu 7(4)(ċ) tad-Direttiva 2005/29.</P></NOTE>. Il-prezz finali ta’ ċerti prodotti kumplessi — bħal vettura — jew prodotti komposti — bħal vjaġġi li jinkludu kemm il-mezz tat-trasport kif ukoll l-akkomodazzjoni — jista’ jiddependi minn fatturi li fil-mument meta tinħareġ il-komunikazzjoni kummerċjali ma jkunux fil-kontroll tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Huwa normali, pereżempju, li l-produtturi awtomobilistiċi jillimitaw ruħhom għall-indikazzjoni, fil-komunikazzjonijiet kummerċjali tagħhom, ta’ prezz inizjali, sakemm l-istess mudell ikun disponibbli b’magni differenti u bil-possibbiltà, għall-konsumatur, li jżid numru ta’ aċċessorji. Għal dak li għandu x’jasam mal-vjaġġi, Ving fakkret li l-konferma tal-prezz finali tiddependi essenzjalment minn tliet fatturi: id-data li fiha jsir l-ibbukkjar tal-vjaġġ, il-perijodu tal-vjaġġ ikkonċernat u, mingħajr dubju, id-destinazzjoni.</P></NOTE>. Il-prezz inizjali, kif tindika l-espressjoni li tippreċedih, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>li jibda minn<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jikkostitwixxi l-orħos prezz, il-prezz l-anqas għoli u inizjali li bih tista’ għallinqas tinxtara waħda mill-verżjonijiet tal-prodott. Fl-istess ħin jindika lill-konsumatur li l-prodott jeżisti f’varjanti oħra, li jistgħu jinxtraw bi prezz ogħla mill-prezz inizjali indikat.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ir-rikonoxximent tar-referenza għall-prezz inizjali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>li jibda minn<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), jidhirli għalhekk li huwa għal kollox koerenti mal-proposta tiegħi tal-interpretazzjoni tal-kundizzjoni relatata mal-karatteristiċi tal-prodott: meta wieħed jirrikonoxxi li komunikazzjoni kummerċjali hija msejsa fuq rappreżentazzjoni verbali jew viżiva, li tagħmel użu minn referenza komuni għal prodott li jeżisti f’verżjonijiet differenti u jwarrab l-ipotesi li l-kummerċjant huwa nieqes mill-kapaċità reali li jikkalkula il-prezz finali, irid ukoll jiġi rikonoxxut, b’mod korollarju, li l-kummerċjant qiegħed jindika biss il-prezz inizjali, għaliex huwa mhuwiex f’pożizzjoni li jistipula kull prezz li jikkorrispondi għal kull waħda mill-verżjonijiet eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-istedina għax-xiri, skont l-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 għandha tindika l-prezz tal-prodott <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>f’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. In-nuqqas ta’ preċiżjoni fil-kunċett tal-prezz, flimkien mal-fatt li l-indikazzjonijiet ipprovduti lil konsumatur jistgħu jvarjaw skont il-mezz użat, jitolbu għal interpretazzjoni wiesgħa tal-kundizzjoni relatata mal-indikazzjoni tal-prezz. F’dawn iċ-ċirkustanzi, tinħtieġ analiżi għal kull każ partikolari. Għalhekk huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika li l-indikazzjoni tal-prezz inizjali hija, minn naħa, adegwata għall-mezz ta’ komunikazzjoni użat u min-naħa l-oħra, suffiċjenti sabiex il-konsumatur, wara li jkun identifika l-prodott ikkonċernat, ikun f’qagħda li jifhem li l-prodott deskritt jew rappreżentat jista’ jinxtara bl-imsemmi prezz.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dwar l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (l-ewwel u t-tieni domandi)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u t-tieni domandi tagħha, il-Qorti tar-rinviju trid tistabbilixxi jekk l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, misjuba<?PAGE NO="I-3921"?> fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29, tikkostitwixxix kriterju supplimentari biex il-komunikazzjoni kummerċjali tkun tista’ titqies bħala stedina għax-xiri, jew jekk hijiex biss il-konkorrenza tal-indikazzjoni adegwata tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-prezz tiegħu, li għandha tkun suffiċjenti sabiex konsegwentement il-konsumatur ikun jista’ jiddeċiedi li jixtri. Qed tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-punt li jiġi stabbilit jekk, skont l-Atikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29, stedina għax-xiri għandux neċessarjament ikun fiha mezz konkret sabiex ix-xirja tkun tista’ titwettaq.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fost il-partijiet kollha interessati li ppreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub, hemm żewġ teżijiet li jmorru kontra xulxin. Minn naħa, il-Gvernijiet tal-Isvezja, tal-Ġermanja, ta’ Spanja, tal-Polonja, u tan-Norveġja huma tal-istess fehma tal-Kummissjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni mogħtija fil-linji gwida dwar l-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13.</P></NOTE>, billi jqisu li biex ikun hemm stedina għax-xiri, la huwa meħtieġ li l-komunikazzjoni kummerċjali tkun tali li tippemetti li effettivament issir ix-xirja u lanqas li jkun hemm aċċess għal tali possibbiltà. L-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> turi biss konsegwenza li hija marbuta mal-fatt li l-konsumatur għandu quddiemu l-informazzjoni suffiċjenti relatata mal-prodott u l-prezz biex jixtri u mhux kriterju supplimentari. Għal Gvernijiet tal-Isvezja, tal-Ġermanja u tal-Polonja trid tiġi stabbilita l-influwenza li għandha l-komunikazzjoni, li tirreferi għall-karatteristiċi tal-prodott u l-prezz tiegħu, fuq id-deċiżjoni tax-xiri, li barra minn hekk, mhux bilfors tittieħed wara li l-konsumatur ikun sar jaf bil-komunikazzjoni kummerċjali. Il-kunċett tal-istedina għax-xiri, lanqas ma jeskludi, barra minn hekk, li l-konsumatur jieħu passi ulterjuri qabel iwettaq ix-xirja effettiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Dwar dan il-punt, l-osservazzjonijiet tal-imsemmija gvernijiet jistgħu jidhru li huma f’kontradizzjoni mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni li, skont id-definizzjoni li tipprovdi fil-linji gwida, li għalihom jirreferu fl-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub, tqis li l-istedina għax-xiri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>tikkostitwixxi mument determinanti fejn il-konsumatur irid jieħu deċiżjoni kummerċjali. Hija forma intrinsika, diretta u immedjata tal-promozzjoni tal-prodott li tinċita għal reazzjoni impulsiva u għat-teħid ta’ riskju ogħla mill-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ara l-punt 18 tal-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni u l-punt 2.6.3. <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT> tal-imsemmija linji gwida).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, Ving u l-Gvern Olandiż iqisu li huwa meħtieġ li l-komunikazzjoni tkun fiha mezz konkret għax-xiri. Ma jaqblux madankollu dwar id-definizzjoni tal-imsemmi mezz: jekk, għal Ving, dan jitlob viċinanza diretta mal-post tal-bejgħ, għall-Gvern Olandiż, min-naħa l-oħra, numru tat-telefon jew indirizz tas-sit tal-internet jistgħu jkunu biżżejjed biex jikkostitwixxu dawn il-mezzi. Fl-aħħar nett, il-Gvern tar-Renju Unit jipproponi soluzzjoni medjana. Iqis, min-naħa tiegħu, li l-istedina għax-xiri twassal sabiex tippermetti jew tiffaċilita d-deċiżjoni finali tal-konsumatur. Fil-prinċipju u dejjem skont il-Gvern tar-Renju Unit, ir-referenza għall-karatteristiċi tal-prodott u tal-prezz tiegħu mhix ta’ natura tali li tippermetti lil konsumatur jixtri l-prodott. Huma biss dawk il-komunikazzjonijiet kummerċjali li għandhom impatt mhux negliġibbli fuq id-deċiżjoni tax-xiri, li għandhom jikkwalifikaw bħala stediniet għax-xiri fis-sens tad-Direttiva 2005/29, sabiex ma tingħatax<?PAGE NO="I-3922"?> tifsira wisq estensiva lill-kunċett, li tista’ taffetwa l-ekwilibriju mixtieq mil-leġiżlatur tal-Unjoni, bejn l-interessi tal-konsumaturi u dawk tal-kummerċjanti. Għalhekk huwa l-impatt tal-komunikazzjoni kummerċjali fuq id-deċiżjoni tax-xiri, li mhux dejjem tista’ tkun immedjata, li jrid jiġi eżaminat, tant li komunikazzjoni kummerċjali li jkun fiha mezz konkret għax-xiri, dejjem tikkostitwixxi stedina għax-xiri, filwaqt li dan ikun iktar rari meta l-komunikazzjonijiet kummerċjali jkunu nieqsa minn dan il-mezz. Fi kliem ieħor, il-preżenza ta’ mezz konkret għax-xiri mhux element indispensabbli biex wieħed ikollu quddiemu stedina għax-xiri.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħi, inqis li interpretazzjoni tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 li hija biss letterali, għandha tkun fis-sens li l-possibbiltà tax-xirja hija konsegwenza li, għall-konsumatur, tirriżulta mill-fatt li huwa għandu fil-pussess tiegħu l-informazzjoni suffiċjenti biex fl-istess waqt jidentifika l-prodott u l-prezz. Din ir-rabta tal-kawża (id-disponibbiltà tal-informazzjoni relatata mal-prodott u mal-prezz) mal-effett (li tippermetti x-xirja) hija barra minn hekk espressa permezz tal-użu tal-avverbju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>għalhekk<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Jekk wieħed iżomm biss ma’ din l-interpretazzjoni letterali, m’hemmx għalfejn li l-komunikazzjoni kummerċjali jkun fiha jew tkun tindika mezz konkret għax-xiri, biex tkun tikkostitwixxi stedina għax-xiri.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Irrid ngħid ukoll illi l-leġiżlatur tal-Unjoni ma adottax, fid-definizzjoni tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 l-espressjoni, għalkemm iddefinita ftit iktar ’il bogħod, ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>deċiżjoni kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara l-punt 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, peress li l-kwistjoni hija waħda tal-possibbiltà tal-konsumatur li jagħmel xirja u mhux tat-teħid ta’ deċiżjoni kummerċjali, li huwa kunċett iktar wiesa’<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Id-Direttiva 2005/29 tistipula kunċetti li jidħlu wieħed fl-ieħor: id-deċiżjoni kummerċjali hija manifestazzjoni partikolari tal-komportament ekonomiku tal-konsumatur (ara b’mod partikolari l-ħdax u t-tlettax-il premessa tad-Direttiva 2005/29) u l-fatt li l-konsumatur ikollu l-possibbiltà li jagħmel xirja, huwa biss eżempju wieħed tad-deċiżjonijiet kummerċjali.</P></NOTE>. Fil-fatt id-Direttiva 2005/29 tapplika għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>prattiċi [prattiki] kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur […] qabel, matul jew wara tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ xi prodott<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/29.</P></NOTE>. Id-Direttiva 2005/29 hija fis-sens illi, deċiżjoni kummerċjali tista’ tintervjeni f’mumenti differenti, u ma tistax titnaqqas biss għad-deċiżjoni tax-xiri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>L-eżempju li tagħti l-Kummissjoni huwa għal din ir-raġuni ta’ ċertu sinjifikat: ara l-punti 2.1.1 sa 2.1.3 tal-linji gwida ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13.</P></NOTE>; min-naħa l-oħra, huwa ċar illi l-istedina għax-xiri dejjem tippreċiedi l-fażi tax-xirja.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-uniku punt li għad irid jiġi ddeterminat huwa, jekk l-istedina għax-xiri għandhiex bilfors u immedjatament tkun segwita mid-deċiżjoni għax-xiri, jiġifieri li l-konsumatur u l-kummerċjant jgħaddu għal relazzjoni<?PAGE NO="I-3923"?> kuntrattwali li torbothom fir-rigward tal-prodott ikkonċernat u dan permezz ta’ mezz konkret għax-xiri, li jkun jinkludi l-istedina għax-xiri. Dan ma jikkonvinċinix għal żewġ raġunijiet prinċipali. L-ewwel, huwa ċar li interpretazzjoni bħal din tnaqqas b’mod sostanzjali l-ipotesijiet li fihom il-komunikazzjoni kummerċjali tkun tista’ tikkostitwixxi stedina għax-xiri. Barra minn hekk, interpretazzjoni li twassal għas-sens ta’ deċiżjoni għax-xiri, li tkun immedjatament sussegwenti għall-istedina tax-xiri, mhux faċilment tiġi paċuta mal-ipotesi prevista fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29, li komunikazzjoni kummerċjali jista’ ma jkollhiex l-informazzjoni importanti kollha elenkata jew ma tindikax il-prezz finali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Dawn il-punti ser jiġu eżaminati fl-analiżi tas-sitt u s-seba’ domanda.</P></NOTE>, li tippresupponi li d-deċiżjoni għax-xiri bilfors trid tiġi posposta għaliex il-konsumatur m’għandux fil-pussess tiegħu l-elementi kollha suffiċjenti sabiex ikun f’qagħda li jagħmel xirja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Għalhekk, mingħajr l-indikazzjoni tal-prezz finali, għandi d-dubji tiegħi kemm il-konsumatur medju u standard tad-Direttiva 2005/29, ikun dispost jieħu deċiżjoni li jixtri.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Huwa diffiċli, fl-opinjoni tiegħi, li wieħed jissuġġetta d-definizzjoni ta’ kunċett awtomomu tad-dritt tal-Unjoni għal elementi suġġettivi, bħat-totalità tal-parametri psikoloġiċi li huma uniċi għal kull individwu u li se jwassluh sabiex jiddeċiedi, f’mument partikolari, sabiex jixtri jew ma jixtrix xi prodott partikolari. Konsegwentement, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> iktar għandha tinftiehem fis-sens li tistabbilixxi kriterju ġenerali li jippermetti li jiġi stabbilit jekk, oġġettivament, il-konsumatur għandux quddiemu l-informazzjoni suffiċjenti li tippermetti x-xirja. Pereżempju, lil hinn mill-kundizzjoni relatata mal-informazzjoni dwar il-prodott u l-prezz, l-Artikolu 2(i) ma jsemmi l-ebda informazzjoni relatata mal-identità tal-venditur. Konsegwentement, jidher ċar li lil hinn minn dak li jirriżulta mill-kliem innifsu tal-Artikolu 2(i), jiġifieri għalkemm mhux espressament rikjesta mill-imsemmi artikolu, din l-informazzjoni, bil-preċiżjazzjonijiet kollha meħtieġa li tinferixxi abbażi ta’ kemm ikun magħruf il-venditur<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sabiex il-konsumatur ikun jista’ jixtri, irid ikollu fil-pussess tiegħu l-informazzjoni suffiċjenti sabiex jidentifika l-prodott u l-prezz tiegħu. Iżda huwa wkoll meħtieġ li l-venditur ikun jista’ jiġi identifikat, anki lokalizzat. Skont kemm ikun magħruf il-venditur, xi kultant il-preżenza waħedha tal-logo tkun biżżejjed sabiex il-konsumatur jidentifikah u jassoċjah immedjatament mal-post fejn l-imsemmi prodott ser ikun disponibbli għall-imsemmi prezz. Xi minn daqqiet, il-venditur ikun anqas magħruf u allura, sabiex ikun jista’ jitqies li l-konsumatur seta’ jidentifika lil venditur, ikun meħtieġ li l-komunikazzjoni kummerċjali jkun fiha wkoll l-informazzjoni relatata mal-lokalizzazzjoni tal-postijiet tal-bejgħ. Huwa, fil-każijiet kollha, element supplimentari u l-impatt tiegħu fuq il-fatt li jiġi stabbilit jekk il-konsumatur kellux verament il-possibbiltà li jagħmel xirja, irid jiġi eżaminat mill-qrati tar-rinviju.</P></NOTE>, hija ċertament fundamentali sabiex wieħed ikollu quddiemu stedina għax-xiri.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Dan stabbilit, il-kundizzjoni espressa bil-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> m’għandhiex tiġi interpretata fis-sens li jkun hemm biss stedina għax-xiri jekk il-komunikazzjoni kummerċjali tkun tinkludi mezz konkret għax-xiri jew jekk tkun ġiet esposta fil-viċinanza tal-post tal-bejgħ. L-imsemmija espressjoni għandha, kuntrarjament, tiġi interpretata fis-sens li hija biss dik il-komunikazzjoni kummerċjali li jkun fiha biżżejjed informazzjoni,<?PAGE NO="I-3924"?> partikolarment dwar il-prodott, il-prezz u l-identità tal-venditur, fis-sens ta’ dawn il-konklużjonijiet u li tpoġġi lill-konsumatur f’qagħda li jiddeċiedi, li tikkostitwixxi stedina għax-xiri.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja jkollha, madankollu, tikkonkludi li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> timplika l-preżenza, fil-komunikazzjoni kummerċjali, ta’ mezz konkret għax-xiri tal-prodott ikkonċernat, sabiex l-imsemmija komunikazzjoni kummerċjali tkun tista’ tikkostitwixxi stedina għax-xiri, fil-prinċipju, numru tat-telefon jew sit tal-internet jistgħu jitqiesu bħala mezzi konkreti għax-xiri, bil-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika li wieħed jista’ effettivament jipproċedi għax-xiri billi jċempel fuq dak in-numru jew billi jmur fuq l-imsemmi sit.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar il-kunċett tal-ommissjoni qarrieqa (is-sitt u s-seba’ domandi)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dwar l-informazzjoni importanti relatata mal-karatteristiċi ewlenin tal-prodott (is-sitt domanda)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Is-sitt domanda tikkonċerna il-punt li jiġi stabbilit jekk, meta wieħed ikollu quddiemu stedina għax-xiri, fis-sens tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29, l-Artikolu 7(4)(a) tal-imsemmija direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed li jiġu indikati biss ċerti karatteristiċi ewlenin tal-prodott, jekk il-kummerċjant jirreferi, għall-kumplament, għas-sit tiegħu tal-internet, kemm-il darba dan is-sit ikun fih l-informazzjoni importanti relatata mal-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, mal-prezz u mar-rekwiżiti tal-imsemmi Artikolu 7(4).</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Irid jitfakkar preliminarjament li d-Direttiva 2005/29 għandha l-għan li tissielet kontra l-prattiki żleali li huma, fil-prinċipju, ipprojbiti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2005/29.</P></NOTE>. Din l-istess direttiva tidentifika żewġ kategoriji distinti ta’ prattiki kummerċjali żleali, li huma l-prattiki kummerċjali qarrieqa u l-prattiki żleali aggressivi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2005/29, imbagħad l-Artikoli 6 u 7 (għal prattiki kummerċjali qarrieqa) kif ukoll l-Artikoli 8 u 9 (għal prattiki kummerċjali aggressivi).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni annetta mad-Direttiva 2005/29, lista ta’ 31 prattika kummerċjali, meqjusa bħala żleali fi kwalunkwe ċirkustanza. Huma biss dawn il-prattiki kummerċjali, li jistgħu jitqiesu bħala żleali, mingħajr ma jiġu eżaminati għal kull każ partikolari, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 9 tal-imsemmija direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Is-sentenza Plus Warenhandelsgesellschaft, iċċitata iktar ’il fuq (punt 45).</P></NOTE>. Preliminarjament irrid ngħid għalhekk,<?PAGE NO="I-3925"?> li r-referenza li l-kummerċjant jagħmel għas-sit tiegħu tal-internet biex tinkiseb informazzjoni importanti, ma tiffurmax parti mil-lista annessa u li għaldaqstant hemm lok li wieħed jipproċedi sabiex tiġi eżaminata d-domanda magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva telenka l-informazzjoni meqjusa bħala importanti f’każ ta’ stedina għax-xiri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>L-Artikolu 7(5) tad-Direttiva 2005/29 jindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>r-rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti mill-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali inklużi r-reklamar jew il-kummerċjalizzazzjoni li jinsabu f’lista mhux eżawrjenti fl-Anness II, għandhom jitqiesu bħala importanti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Irid jingħad li l-imsemmi anness jirreferi għal Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-<DATE ISO="19900613">13 ta’ Ġunju 1990</DATE> dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132). Ċertament, l-offerta ta’ Ving hija mingħajr dubju vjaġġ bi prezz li jinkludi kollox. Madankollu, l-Artikolu 3 jelenka biss l-informazzjoni importanti li jrid ikun fih il-fuljett maħruġ mill-organizzatur jew mill-kummerċjant. Peress li l-komunikazzjoni fil-kawża prinċipali mhix ta’ dan it-tip, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/314 mhux rilevanti għal din l-analiżi.</P></NOTE>. Iktar partikolarment, skont l-Artikolu 7(4)(a), jikkostitwixxu informazzjoni importanti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, safejn xieraq għall-mezz u l-prodott<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, u dan kemm-il darba ma jkunux diġà jirriżultaw mill-kuntest<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29 <HT TYPE="ITALIC">ab initio</HT>.</P></NOTE>. L-imsemmi Artikolu 7(4)(a) għandu jinqara flimkien mal-Artikolu 7(1) li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>[p]rattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa meta, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha u tal-limitazzjonijiet tal-mezz ta’ komunikazzjoni, tħalli barra tagħrif importanti li l-konsumatur medju għandu bżonn, skond il-kuntest, sabiex jieħu deċiżjoni transazzjonali [kummerċjali] informata u għaldaqstant tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali [kummerċjali] li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2005/29 ma tipprovdi l-ebda definizzjoni tal-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>karatteristiċi ewlenin<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. L-Artikolu 7(4) jimplika b’mod ċar li r-referenza għall-karatteristiċi ewlenin tiddependi minn tliet fatturi. L-ewwel nett irid jiġi vverifikat jekk il-karatteristiċi ewlenin jirriżultawx diġà b’mod ċar mill-kuntest<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29 <HT TYPE="ITALIC">ab initio</HT>.</P></NOTE>, f’liema każ ir-referenza supplimentari għall-karatteristiċi ewlenin tal-prodott fil-komunikazzjoni kummerċjali, b’mod li jsostnu l-istedina għax-xiri, tkun superfluwa. Sussegwentement, din ir-referenza tiddependi wkoll min-natura tal-prodott u l-mezz ta’ komunikazzjoni użat. L-intensità tal-obbligu tal-informazzjoni relatat mal-karatteristiċi tal-prodott, li jimponi l-Artikolu 7(4)(a) tad-Direttiva 2005/29, tiddependi għalhekk mis-sempliċità jew il-kumplessità tal-prodott li fir-rigward tiegħu tkun saret l-istedina għax-xiri, pereżempju, fuq paġna sħiħa ta’ gazzetta ta’ kuljum, jew permezz tar-radju.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 7(4)(a) tad-Direttiva 2005/29 isemmi biss il-karatteristiċi<?PAGE NO="I-3926"?> ewlenin u dan jeskludi l-interpretazzjoni tal-imsemmija direttiva fis-sens ta’ deskrizzjoni eżawrjenti tal-karatteristiċi kollha tal-prodott fl-istedina għax-xiri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Barra minn hekk, li teżiġi mill-kummerċjanti l-għoti ta’ informazzjoni meta din ma tkunx meħtieġa (fid-dawl tal-kuntest jew meta l-konsumatur medju kif iddefinit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa f’qagħda li jifhem u jiddeduċi) jista’ jkollu l-effett li jrendi l-komunikazzjoni kummerċjali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>mhux ċara, mhux intelliġibbli, [jew] ambigwa<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, b’mod li l-imsemmija komunikazzjoni tkun, xi ftit paradossalment, suxxetibbli li tikkostitwixxi ommissjoni qarrieqa fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/29.</P></NOTE>. Lanqas ma huwa possibbli li l-Artikolu 7(4)(a) jiġi interpretat fis-sens li jistabbilixxi referenza eżawrjenti tal-kartteristiċi ewlenin, għaliex dan imur kontra l-possibbiltà li jiġi aġġustat l-obbligu tal-informazzjoni li jistabbilixxi.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>M’hemm xejn għalhekk li jwaqqaf lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tqis li l-Artikolu 7(4)(a) tad-Direttiva 2005/29, jiġi interpretat fis-sens li tista’ tiġi indikata biss ir-referenza għal ċerti karatteristiċi ewlenin tal-prodott. Barra minn hekk, l-imsemmija direttiva tipprevedi espressament, l-ipotesi li fiha l-kummerċjant jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ spazju jew ta’ ħin, li jirrestrinġuh li jsemmi biss ċerti karatteristiċi ewlenin, billi jirreferi għal xi mezz ieħor<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2005/29.</P></NOTE>. Konsegwentement, il-kummerċjant jista’ fil-prinċipju, jirreferi lil konsumatur għas-sit tiegħu tal-internet, bil-kundizzjoni li l-konsumatur hemmhekk, ikun jista’ jsib l-informazzjoni importanti relatata mal-karatteristiċi ewlenin tal-prodott. Fl-aħħar nett, fost dawn il-kriterji kollha li jistgħu jvarjaw, (il-kuntest, in-natura tal-prodott, il-mezz ta’ komunikazzjoni użat) jippersisti element ta’ konsistenza: fil-każijiet kollha, il-konsumatur għandu jkun f’qagħda li jieħu deċiżjoni abbażi tal-għarfien tal-fatti. Mill-mument fejn dan ma jibqax possibbli, l-ommissjoni tal-informazzjoni importanti, stabbilita fl-Artikolu 7(4), issir qarrieqa u l-istedina għax-xiri tkun tikkostitwixxi konsegwentement, prattika kummerċjali żleali. Fid-dawl tar-rwol mogħti lil qrati nazzjonali permezz tad-Direttiva 2005/29, fl-implementazzjoni u l-applikazzjoni tagħha, fid-dawl tal-premessa 18<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Li tipprovdi, fir-rigward tal-kunċett tal-konsumatur medju, li għalih tirreferi d-Direttiva 2005/29, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>[l]-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jeżerċitaw il-fakultà ta’ ġudizzju tagħhom, filwaqt li jittieħed kont tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiddeterminaw ir-reazzjoni tipika tal-konsumatur medju f’każ determinat<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</P></NOTE> u tar-referenza li jagħmel l-Artikolu 7(1) għall-kuntest fattwali, huwa ċertament il-kompitu tagħhom li jsolvu din il-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-istedina għax-xiri tista’ tirreferi biss għal ċerti karatteristiċi ewlenin tal-prodott ikkonċernat. Il-karatteristiċi ewlenin l-oħra jistgħu jiġu indikati barra l-mezz ta’ komunikazzjoni użat għall-istedina tax-xiri, jekk ir-referenza għalihom ma tkunx meħtieġa fl-istedina nfisha (fid-dawl tal-kuntest jew tal-prodott ikkonċernat) ma tkunx possibbli (fid-dawl tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat) u jekk il-kummerċjant jirreferi, għall-kumplament, għas-sit tiegħu tal-internet jew għal mezz ieħor simili, dan l-imsemmi sit jew mezz iridu jippermettu<?PAGE NO="I-3927"?> lil konsumatur ikollu aċċess effettiv għall-informazzjoni addizzjonali relatata mal-karatteristiċi ewlenin. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li teżamina l-elementi kollha u li tivverifika li fi kwalunkwe każ, l-ommissjoni tar-referenza għal ċerti karatteristiċi ewlenin, fl-istedina għax-xiri, ma kellhiex l-impatt li timpedixxi lill-konsumatur milli tieħu deċiżjoni kummerċjali abbażi tal-għarfien tal-fatti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dwar l-informazzjoni importanti relatata mal-prezz (is-seba’ domanda)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Is-seba’ domanda tikkonċerna l-punt li jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 7(4)(ċ) tad-Direttiva 2005/29 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa biżżejjed li jiġi indikat l-prezz inizjali, biex ir-rekwiżiti relatati mal-prezz jitqiesu li ġew osservati.</TXT></NP><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">55.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Mutatis mutandis</HT>, jiena tal-opinjoni li tista’ tiġi applikata attitudni simili għal dik tal-analiżi tal-Artikolu (4)(a) tad-Direttiva 2005/29, għall-eżami tal-Artikolu 7(4)(ċ) tal-istess direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-fatt li stedina għax-xiri tirreferi biss għall-prezz inizjali, ma jikostitwixxix prattika kummerċjali meqjusa żleali fi kwalunkwe każ, peress li din iċ-ċirkustanza mhijiex imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu (4)(ċ) tad-Direttiva 2005/29 jipprevedi huwa stess l-ipotesi fejn, fid-dawl tan-natura tal-prodott, il-kummerċjant ma jkunx f’qagħda li jikkalkola il-prezz finali b’mod raġonevoli. Madankollu, meta dan ikun il-każ, l-imsemmi artikolu jobbliga lil kummerċjant jirreferi għal mod li bih il-prezz jiġi kkalkolat, kif ukoll, jekk ikun il-każ, għal kwalunkwe spejjeż supplimentari li jista’ jkun li jkollhom jitħallsu mill-konsumatur jew referenza għall-fatt li dawn jistgħu jitħallsu minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-mod ta’ kif huwa abbozzat l-Artikolu 7(4)(ċ) tad-Direttiva 2005/29 ma jeskludix, fih innifsu, l-ipotesi li prezz inizjali jista’ jkun biżżejjed sabiex jissodisfa l-kundizzjoni li l-indikazzjoni tal-prezz inizjali għandha tkun segwita minn referenzi supplimentari relatati mal-ispejjeż u mal-persuna li trid tħallashom. Il-kwistjoni minn issa ’l quddiem hija dik li jiġi stabbilit jekk stedina għax-xiri tistax tindika prezz inizjali mingħajr ma tirreferi għal dawn l-indikazzjonijiet supplimentari jew jekk l-Artikolu 7(4)(ċ) għandux jinqara fis-sens li meta stedina għax-xiri jkun fiha prezz inizjali, dan bilfors irid ikun akkumpanjat<?PAGE NO="I-3928"?> mir-referenzi supplimentari msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Gvern Svediż jissottometti li, kuntrarjament għat-test tal-Artikolu 7(4)(a) tad-Direttiva 2005/29, l-Artikolu 7(4)(ċ) ma jipprevedix tnaqqis fl-obbligu tal-informazzjoni, abbażi tal-limiti inerenti tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat, jiġifieri li s-subinċiż (ċ) għandu jingħata interpretazzjoni restrittiva. Madankollu, l-istess bħal fil-każ tas-subinċiż (a), is-subinċiż (ċ) ma jistax jiġi interpretat mingħajr ma wieħed iqis b’mod adegwat it-totalità tal-Artikolu 7. Irid jingħad li fejn irid jiġi ddeterminat jekk wieħed għandux quddiemu ommissjoni qarrieqa jew le, l-Artikolu 7(3) jistabbilixxi l-prinċipju ġenerali li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>[f]ejn il-mezz użat għall-komunikazzjoni tal-prattika kummerċjali jimponi limitazzjonijiet ta’ spazju jew ta’ żmien, għandu jittieħed kont ta’ dawn il-limitazzjonijiet u ta’ kwalunkwe miżuri meħuda mill-kummerċjant sabiex jagħmel it-tagħrif disponibbli għall-konsumaturi permezz ta’ mezzi oħra meta jiġi deċiż jekk xi tagħrif ġiex imħolli barra<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>. Il-firxa tal-informazzjoni importanti relatata mal-prezz għandha għalhekk tiġi ddeterminata skont in-natura tal-prodott [l-Artikolu 7(4)(ċ)] iżda wkoll abbażi tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat għall-istedina tax-xiri u fid-dawl tal-kumplament tal-informazzjoni sussegwentement ipprovduta mill-kummerċjant [l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2005/29].</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għalhekk, mingħajr ma nipprevedi l-evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali, li tagħha huwa l-kompitu li tapplika id-dritt tal-Unjoni fil-proċedura fil-kawża prinċipali, hija għandha, meta teżamina jekk ir-referenza esklussiva għall-prezz inizjali fil-komunikazzjoni kummerċjali ta’ Ving, tikkostitwixxix ommissjoni qarrieqa, tivvaluta r-relevanza tal-argumenti tal-intimata fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, Ving ikkonfermat li l-prezz finali tal-prodott li għalih tirreferi l-imsemmija stedina, jiddependi minn fatturi li, minn naħa, tant huma magħrufa mill-konsumatur medju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>B’mod partikolari l-attrazzjoni tad-destinazzjoni, il-mument li fih il-konsumatur jagħmel l-ibbukkjar tal-vjaġġ u l-perijodu magħżul għall-vaganza.</P></NOTE> u min-naħa l-oħra, tant huma kumplessi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ving tirreferi b’mod partikolari għall-mod kif il-kumpanniji tal-ajru jistabbilixxu l-prezz għall-biljetti tal-ajru.</P></NOTE>, li r-rekwiżit tal-intelliġibbiltà tal-komunikazzjoni u l-prinċipju li l-portata tal-informazzjoni pprovduta għandha titqies fid-dawl tal-possibbiltajiet offerti mill-mezz ta’ komunikazzjoni magħżul, jeżentaw lil kummerċjant milli jirreferi għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Ving issoktat tindika li l-ispjegazzjonijiet relatati mad-diversi fatturi li jinfluwenzaw<?PAGE NO="I-3929"?> il-prezz finali taż-żjara, bħal dik proposta permezz tal-komunikazzjoni kummerċjali kontenzjuża, kienu disponibbli fuq l-internet u tirreferi għall-eżistenza ta’ sit żviluppat minn assoċjazzjoni tal-konsumaturi. Nippreċiża madankollu li fir-rigward tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2005/29, mhux biżżejjed li l-informazzjoni importanti li tkun nieqsa fl-istedina għax-xiri, tkun disponibbli permezz ta’ xi mezz ieħor, ikun xi jkun, anzi, it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-konsumatur tal-informazzjoni importanti li tkun nieqsa, irid ikun attribwit lil azzjoni pożittiva tal-kummerċjant.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jekk id-Direttiva 2005/29 tippermetti ċerta tolleranza, ma tista’ tiġi ammessa l-ebda ommissjoni ta’ informazzjoni importanti elenkata fl-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva, jekk din twassal jew hija suxxettibbli li twassal lil konsumatur medju sabiex jieħu deċiżjoni kummerċjali li altrimenti ma kienx jieħu. Peress illi l-prezz huwa, fil-prinċipju, determinanti fi ħsieb il-konsumatur medju, meta dan jiġi biex jieħu deċiżjoni kummerċjali, dan l-aspett għandu wkoll jiġi eżaminat mill-qorti nazzjonali. F’dan ir-rigward, tkun tista’ tqis numru ta’ prodotti li ġew effettivament mibjugħa bil-prezz inizjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ving ssostni li 80 % tal-bookings tal-postijiet irreġistrati, ibbenefikaw mill-prezz inizjali indikat fil-komunikazzjoni kummerċjali u li f’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-referenza għall-prezz inizjali, meta meqjusa inkonnessjoni man-nuqqas ta’ referenza għall-mod tal-kalkolu, ma kellux l-effett li jqarraq bil-konsumatur fis-sens tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29. Barra minn hekk, irrid ngħid, li fil-każijiet kollha, li kieku stedina għax-xiri kellha tindika prezz inizjali meta l-kummerċjant ma jkunx kapaċi jipprovvdi l-prodott ikkonċernat għall-prezz inizjali indikat lil konsumatur, tqum il-kwistjoni jekk prattika bħal din tikkostitwixxix prattika kummerċjali qarrieqa meqjusa żleali fi kwalunkwe ċirkostanza, fis-sens tal-punt 5 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-referenza għall-prezz inizjali tista’ tkun biżżejjed biex ir-rekwiżit relatat mal-obbligu tal-informazzjoni dwar il-prezz, fis-sens tal-Artikolu 7(4)(ċ) tad-Direttiva 2005/29 ikun sodisfatt, sakemm ir-referenza għall-mod ta’ kif għandu jiġi kkalkolat il-prezz finali, jew l-ispejjeż supplimentari potenzjali u minn min dawn għandhom jitħallsu, ma tkunx meħtieġa (fid-dawl tal-kuntest jew tal-prodott ikkonċernat) ma tkunx possibbli (fid-dawl tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat) u jekk il-kummerċjant jirreferi, għall-kumplament, għas-sit tiegħu tal-internet jew għal mezz ieħor simili, dan l-imsemmi sit jew mezz iridu jippermettu lil konsumatur ikollu aċċess effettiv għall-imsemmija referenza. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li teżamina l-elementi kollha u tivverifika li fi kwalunkwe każ, l-ommissjoni, fl-istedina għax-xiri, tar-referenza għall-mod ta’ kif għandu jiġi kkalkolat il-prezz finali jew l-ispejjeż supplimentari potenzjali u minn min dawn għandhom jitħallsu, ma kellhiex il-konsegwenza li timpedixxi lil konsumatur milli jieħu deċiżjoni kummerċjali abbażi tal-għarfien tal-fatti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3930"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha magħmula iktar ’il fuq, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja twieġeb kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mill-Marknadsdomstolen:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="2019" ID="QE0048"/>) ma jipprojbixxix l-użu, f’komunikazzjoni kummerċjali, ta’ rappreżentazzjoni verbali jew viżiva tal-prodott, li tista’ tkun biżżejjed sabiex il-kundizzjoni relatata mal-karatteristiċi tal-prodott tkun sodisfatta. Lanqas ma jipprojbixxi, fil-prinċipju, l-użu ta’ referenza komuni għall-prodott, meta jkun jista’ wkoll jiġi raġonevolment dedott mill-komunikazzjoni kummerċjali li l-prodott jeżisti f’bosta verżjonijiet. Madankollu huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li teżamina, għal kull każ partikolari jekk, fid-dawl tal-prodott ikkonċernat u tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat, ir-rappreżentazzjoni u r-referenza komuni użati fil-komunikazzjoni kummerċjali jippermettux lil komsumatur medju, informat raġonevolment tajjeb u raġonevolment attent u kawt, jidentifika l-prodott.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Huwa wkoll il-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika li l-indikazzjoni tal-prezz inizjali huwa, minn naħa, adegwat għall-mezz ta’ komunikazzjoni użat u min-naħa l-oħra, suffiċjenti sabiex l-konsumatur, wara li jkun identifika l-prodott ikkonċernat, ikun f’qagħda li jifhem li l-prodott deskritt jew rappreżentat jista’ jinxtara bl-imsemmi prezz.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-3931"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>- Fis-sens tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29/KE, il-kundizzjoni espressa bil-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="2019" ID="QE0049"/> m’għandhiex tiġi interpretata fis-sens li ma teżisti l-ebda stedina għax-xiri ħlief meta l-komunikazzjoni kummerċjali jkun fiha mezz konkret għax-xiri jew jekk tkun ġiet esposta fil-viċinanza ta’ post tal-bejgħ. L-imsemmija espressjoni għandha, kuntrarjament, tiġi interpretata fis-sens li tistabbilixxi kriterju ġenerali li jippermetti li jiġi stabbilit, b’mod oġġettiv, jekk il-konsumatur għandux quddiemu l-informazzjoni suffiċjenti, relatata mal-prodott, mal-prezz u mal-venditur, sabiex ix-xirja tkun tista’ titwettaq.</P></ITEM><ITEM><P>Fl-ipotesi li l-Qorti teżiġi, sabiex komunikazzjoni kummerċjali tkun tista’ titqies bħala stedina għax-xiri, il-preżenza ta’ mezz konkret għax-xiri, allura mbagħad in-numru tat-telefon jew tas-sit tal-internet ikunu jistgħu jitqiesu bħala mezzi konkreti għax-xiri, bil-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika li wieħed ikun jista’ jipproċedi b’mod effettiv għax-xiri billi jċempel fuq l-imsemmi numru tat-telefon jew billi jidħol fl-imsemmi sit.</P></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(4)(a) tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li stedina għax-xiri tista’ ssemmi biss ċerti karatteristiċi ewlenin tal-prodott ikkonċernat. Il-karatteristiċi ewlenin l-oħra jistgħu jiġu indikati barra l-mezz ta’ komunikazzjoni użat għall-istedina tax-xiri, jekk r-referenza għalihom fl-istedina nfisha ma tkunx meħtieġa (fid-dawl tal-kuntest tal-prodott ikkonċernat) ma tkunx possibbli (fid-dawl tal-mezz ta’ komunikazzjoni) u jekk il-kummerċjant jirreferi, għall-kumplament, għas-sit tiegħu tal-internet jew għal mezz ieħor simili, dan l-imsemmi sit jew mezz iridu jippermettu lil konsumatur ikollu aċċess effettiv għall-bqija tal-informazzjoni relatata mal-karatteristiċi ewlenin. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li teżamina dawn l-elementi kollha u tivverifika li, fi kwalunkwe każ, l-ommissjoni, fl-istedina għax-xiri, tar-referenza għal ċerti<?PAGE NO="I-3932"?> karatteristiċi ewlenin ma kellhiex il-konsegwenza li tipprojbixxi lil konsumatur milli jieħu deċiżjoni kummerċjali abbażi tal-għarfien tal-fatti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Ir-referenza għall-prezz inizjali tista’ tkun biżżejjed sabiex ir-rekwiżit relatat mal-obbligu tal-informazzjoni dwar il-prezz, fis-sens tal-Artikolu 7(4)(ċ) tad-Direttiva 2005/29 ikun sodisfatt, sakemm ir-referenza għal mod ta’ kif għandu jiġi kkalkolat il-prezz finali jew l-ispejjeż supplimentari potenzjali u l-persuna li minnha jridu jitħallsu, ma tkunx meħtieġa (fid-dawl tal-kuntest jew tal-prodott ikkonċernat) possibbli (fid-dawl tal-mezz tal-komunikazzjoni użat) u jekk il-kummerċjant jirreferi, għall-kumplament, għas-sit tiegħu tal-internet jew għal mezz ieħor simili, dan l-imsemmi sit jew mezz iridu jippermettu lil konsumatur ikollu aċċess effettiv għall-imsemmija referenza. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li teżamina dawn l-elementi kollha u li tivverifika li, fi kwalunkwe każ, l-ommissjoni, fl-istedina għax-xiri, tar-referenza għall-mod ta’ kif għandu jiġi kkalkolat il-prezz finali jew l-ispejjeż supplimentari potenzjali u l-persuna li minnha jridu jitħallsu, ma kellhiex il-konsegwenza li tipprojbixxi lil konsumatur milli jieħu deċiżjoni kummerċjali abbażi tal-għarfien tal-fatti<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>