|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6710 |
18.12.2025 |
Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping
(C/2025/6710)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami ta’ skadenza. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. F’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità jelaboraw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami, jirribattuhom jew jikkummentaw dwarhom.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, liema talba għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità G-1), CHAR 4/39, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË (2), fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
|
Prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ (SSCR) |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina It-Tajwan |
Dazju anti-dumping |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1483 tal-15 ta’ Settembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 327, 16.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1483/oj) |
17.9.2026 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6710/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)