22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1008

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-istatus tal-Kroazja u ta’ reġjun tal-Portugall ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis, u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini, li jemenda l-Anness VIII tiegħu rigward l-istatus tal-Litwanja u ta’ ċerti reġjuni tal-Ġermanja tal-Italja u tal-Portugall ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1 sa 24) u li jemenda l-Anness XIII tiegħu rigward l-istatus tad-Danimarka u tal-Finlandja ta’ ħelsien mill-marda tan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli speċifiċi għall-mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu (il-mard elenkat), u l-Artikolu 9 tiegħu jistipula kif għandhom jiġu applikati dawk ir-regoli għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. L-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi wkoll l-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri jew ta’ żoni tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tiegħu.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 280 tar-Regolament 2016/429 (UE) jipprevedi għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard li jkollhom l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom rigward ċertu mard elenkat li tkun approvatilhom il-Kummissjoni f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (2) fost l-oħrajn. U flimkien ma’ dan, f’dan ir-rigward ukoll, l-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (3) jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 billi jistabbilixxi l-miżuri tranżizzjonali għal ċerti każi eżistenti ta’ status ta’ ħelsien mill-mard. B’mod partikolari, dik id-dispożizzjoni tipprevedi li l-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li jkollhom status ta’ ħelsien mill-mard approvat qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament Delegat iridu jitqiesu li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis, u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini meta l-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-brucellożi jkun ingħata f’konformità mad-Direttiva 64/432/KEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (4) ġiet adottata skont id-Direttiva 64/432/KEE, u fost l-oħrajn kienet telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li l-merħliet bovini tagħhom kienu uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (5) ħassar u ssostitwixxa d-Deċiżjoni 2003/467/KE. Fost affarijiet oħra, dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi li l-Istati Membri, jew iż-żoni tagħhom li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini jkunu elenkati fil-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness I tiegħu. Il-Kroazja kienet elenkata bħala Stat Membru bi status ta’ ħelsien mill-bruċellożi fil-merħliet bovini fid-Deċiżjoni 2003/467/KE. Għalhekk, il-Kroazja issa jenħtieġ li tiġi elenkata bħala Stat Membru bi status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini, fil-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġi emendat skont dan.

(4)

Barra minn hekk, il-Portugall issottometta l-informazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità ta’ ċerti żoni tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 sabiex jiġi rikonoxxut li dawk iż-żoni għandhom status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fil-popolazzjonijiet tal-annimali bovini. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġi emendat biex ikun jinkludi dawk iż-żoni tal-Portugall.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jipprevedi wkoll li l-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1 sa 24) (“infezzjoni bil-BTV”) jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tiegħu.

(6)

Il-Litwanja ssottomettiet l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar it-territorju kollu tagħha, u l-Ġermanja l-Italja u l-Portugall għamlu l-istess dwar diversi żoni minn tagħhom biex juru li huma ssodisfaw il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħelsien mill-mard tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 tiġi emendata biex tkun tinkludi t-territorju kollu tal-Litwanja u dawk iż-żoni tal-Ġermanja tal-Italja u tal-Portugall.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jipprevedi wkoll li l-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom li għandhom status ta’ ħelsien mill-marda tan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness XIII tiegħu. Preżentament, it-territorji kollha tad-Danimarka u tal-Finlandja huma elenkati bi status ta’ ħelsien mill-IHN fil-Parti I ta’ dak l-Anness. Iżda dan l-aħħar dask l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ IHN. Għalhekk jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, VIII u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78).


ANNESS

L-Annessi I, VIII u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, il-Parti I tal-Kapitolu 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja tal-Kroazja tiddaħħal wara l-entrata ta’ Franza u qabel l-entrata tal-Italja:

“il-Kroazja

It-territorju kollu”

(b)

l-entrata tal-Portugall hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Portugall

Região Algarve: id-distretti kollha

Região Autónoma dos Açores: Ilhas de Corvo, Faial, Flores, Graciosa, Pico, São Jorge, Santa Maria, Terceira

Região Centro: distritos Aveiro, Viseu, Guarda, Coimbra, Leiria, Castelo Branco”

(2)

fl-Anness VIII, il-Parti I hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Ġermanja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Ġermanja

Bundesland Baden-Württemberg

—

Landkreis Lörrach

—

Landkreis Waldshut

—

Landkreis Konstanz

—

Landkreis Tuttlingen

—

Landkreis Sigmaringen

—

Bodenseekreis

—

Landkreis Ravensburg

—

Landkreis Biberach

—

Alb-Donau-Kreis

—

Stadtkreis Ulm

—

Landkreis Göppingen

—

Landkreis Heidenheim

—

Ostalbkreis

—

Landkreis Schwäbisch Hall

—

Main-Tauber-Kreis

—

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Esslingen: Altbach, Altdorf, Baltmannsweiler, Bempflingen, Beuren, Bissingen a.d.Teck, Deizisau, Dettingen unter Teck, Erkenbrechtsweiler, Frickenhausen, Großbettlingen, Hochdorf, Holzmaden, Kirchheim unter Teck, Köngen, Kohlberg, Lichtenwald, Neidlingen, Neuffen, Notzingen, Nürtingen, Oberboihingen, Ohmden, Owen, Plochingen, Reichenbach a.d. Fils, Unterensingen, Weilheim a.d.Teck, Wendlingen am Neckar, Wernau (Neckar), Lenningen

—

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin f’ Rems-Murr-Kreis: Alfdorf, Allmersbach im Tal, Althütte, Auenwald, Großerlach, Kaisersbach, Murrhardt, Plüderhausen, Rudersberg, Schorndorf, Sulzbach a.d. Murr, Urbach, Weissach im Tal, Welzheim, Winterbach, Berglen, Remshalden

—

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Hohenlohekreis: Dörzbach, Ingelfingen, Krautheim, Künzelsau, Kupferzell, Mulfingen, Neuenstein, Niedernhall, Waldenburg, Weißbach

—

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin f’Neckar-Odenwald-Kreis: Hardheim, Höpfingen, Rosenberg, Ravenstein

—

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Breisgau-Hochschwarzwald: Auggen, Badenweiler, Feldberg, Friedenweiler, Lenzkirch, Löffingen, Müllheim, Schluchsee, Sulzburg

—

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fi Schwarzwald-Baar-Kreis: Bad Dürrheim, Blumberg, Bräunlingen, Donaueschingen, Hüfingen, Tuningen, Brigachtal

—

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Reutlingen: Dettingen a.d. Erms, Eningen unter Achalm, Gomadingen, Grabenstetten, Grafenberg, Hayingen, Hülben, Mehrstetten, Metzingen, Münsingen, Pfronstetten, Pfullingen, Riederich, Trochtelfingen, Bad Urach, Zwiefalten, Gutsbez. Münsingen, Römerstein, Engstingen, Hohenstein, Sonnenbühl, Lichtenstein, Sankt Johann

—

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Zollernalbkreis: Bitz, Burladingen, Hausen am Tann, Jungingen, Meßstetten, Nusplingen, Obernheim, Straßberg, Winterlingen, Albstadt

—

Bundesland Bayern

—

Bundesland Berlin

—

Bundesland Brandenburg

—

Bundesland Bremen

—

Bundesland Hamburg

—

Bundesland Hessen:

—

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Lahn-Dill-Kreis: Dietzhölztal, Eschenburg, Siegbach, Mittenaar, Hohenahr, Bischoffen, Lahnau

—

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Gießen: Stadt Allendorf, Biebertal, Buseck, Fernwald, Gießen, Grünberg, Heuchelheim, Hungen, Laubach, Lich, Linden, Lollar, Pohlheim, Rabenau, Reiskirchen, Staufenberg, Wettenberg

—

Il-muniċipalitajiet li ġejjin f’Main-Kinzig-Kreis: Bad Orb, Bad Soden-Salmünster, Biebergemünd, Birstein, Brachttal, Bruchköbel, Erlensee, Flörsbachtal, Freigericht, Gelnhausen, Gründau, Gutsbezirk Spessart, Hammersbach, Hasselroth, Jossgrund, Langenselbold, Linsengericht, Neuberg, Nidderau, Rodenbach, Ronneburg, Schöneck, Schlüchtern, Sinntal, Steinau an der Straße, Wächtersbach

—

Il-muniċipalitajiet li ġejjin f’Wetteraukreis: Altenstadt, Bad Nauheim, Büdingen, Echzell, Florstadt, Gedern, Glauburg, Hirzenhain, Kefenrod, Limeshain, Münzenberg, Nidda, Niddatal, Ortenberg, Ranstadt, Reichelsheim, Rockenberg, Wölfersheim, Wöllstadt

—

Landkreis Hersfeld-Rotenburg

—

Landkreis Kassel

—

Landkreis Fulda

—

Landkreis Waldeck-Frankenberg

—

Schwalm-Eder-Kreis

—

Stadt Kassel

—

Vogelsbergkreis

—

Werra-Meißner-Kreis

—

Landkreis Marburg Biedenkopf

—

Bundesland Mecklenburg-Vorpommern

—

Bundesland Niedersachsen

—

Bundesland Nordrhein-Westfalen:

—

Landkreis Borken,

—

Landkreis Coesfeld,

—

Ennepe-Ruhr-Kreis

—

Landkreis Gütersloh,

—

Stadt Hagen

—

Landkreis Herford,

—

Hochsauerlandkreis

—

Landkreis Höxter,

—

Il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Kleve: Bedburg-Hau, Emmerich am Rhein, Geldern, Goch, Issum, Kalkar, Kerken, Kevelaer, Kleve, Kranenburg, Rees, Rheurdt, Uedem, Weeze

—

Landkreis Lippe,

—

Märkischer Kreis

—

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Mettmann: Heiligenhaus, Velbert, Wülfrath

—

Landkreis Minden-Lübbecke,

—

Il-muniċipalitajiet li ġejjin f’Oberbergischen Kreis: Bergneustadt, Radevormwald

—

Landkreis Olpe

—

Landkreis Paderborn,

—

Landkreis Recklinghausen,

—

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Landkreis Siegen-Wittgenstein: Netphen, Kreuztal, Hilchenbach, Erndtebrüch, Bad Laasphe, Bad Berleburg

—

Landkreis Soest,

—

Landkreis Steinfurt,

—

Landkreis Unna,

—

Landkreis Warendorf,

—

Landkreis Wesel,

—

Stadt Bielefeld,

—

Stadt Bochum,

—

Stadt Bottrop,

—

Stadt Dortmund,

—

Stadt Duisburg,

—

Stadt Essen,

—

Stadt Gelsenkirchen,

—

Stadt Hamm,

—

Stadt Herne,

—

Stadt Mülheim an der Ruhr,

—

Stadt Münster (Westfalen),

—

Stadt Oberhausen

—

Bundesland Sachsen

—

Bundesland Sachsen-Anhalt

—

Bundesland Schleswig-Holstein

—

Bundesland Thüringen’

(b)

l-entrata tal-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-Italja

Provincia Autonoma di Bolzano - Alto Adige

Regione Valle d’Aosta

Regione Friuli Venezia Giulia’

(c)

l-entrata li ġejja tal-Litwanja tiddaħħal wara l-entrata tal-Latvja u qabel l-entrata tal-Ungerija:

“Il-Litwanja

It-territorju kollu”

(d)

l-entrata li ġejja tal-Portugall tiddaħħal wara l-entrata tal-Polonja u qabel l-entrata tas-Slovenja:

“Il-Portugall

It-territorju kollu minbarra Região Algarve’

(3)

fl-Anness XIII, il-Parti I hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata tad-Danimarka hija sostitwita b’dan li ġej:

“Id-Danimarka

It-territorju kollu minbarra l-baċiri tal-iskular ta’ Rohden Å, Sneum Å, Vidå, Lindenborg Å u Århus Å”

(b)

l-entrata tal-Finlandja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Finlandja

It-territorju kollu minbarra:

—

il-kompartiment kostali f’Ii, Kuivaniemi,

—

il-kompartiment kostali magħmul mill-partijiet tal-muniċipalitajiet ta’ Föglö, Lumparland, Lemland, u Vårdö f’ċirku b’radjus ta’ 11466 kilometri li ċ-ċentru tiegħu jinsab fuq WGS84 fil-koordinati Lat 60,013565060°, Lon 20,317617393°

—

iż-żoni tal-baċiri tal-iskular: 14.72 Virmasvesi, 14.73 Nilakka, iż-żona 4.74 ta’ Saarijärvi u ż-żona 4.41 ta’ Pielinen”