5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9626 — PKN Orlen/Energa)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 72/07)

1.   

Fis-26 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

PKN Orlen S.A. (“Orlen”, il-Polonja),

—

Energa S.A. (“Energa”, il-Polonja).

Orlen takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Energa kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-5 ta’ Diċembru 2019.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Orlen hija kumpanija taz-żejt u l-gass attiva fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa u bejgħ lill-ħwienet ta’ prodotti taż-żejt raffinat fil-Polonja, l-Awstrija, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Ġermanja u s-Slovakkja. Hija attiva wkoll fil-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa tal-elettriċità fil-Polonja,

—

Energa hija kumpanija tal-enerġija attiva fil-ġenerazzjoni u l-provvista bl-ingrossa, id-distribuzzjoni u l-provvista lill-konsumaturi tal-elettriċità u ta’ attivitajiet oħra relatati mal-enerġija fil-Polonja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9626 — PKN Orlen/Energa

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).