|
3.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 117/4 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8838 — Kerry Group/Korys Investments/Proparent)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 117/04)
|
1. |
Fid-19 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Korys u Kerry jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Proparent, li bħalissa hija kkontrollata unikament minn Korys. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Korys: investimenti f’firxa wiesgħa ta’ kumpaniji attivi f’soluzzjonijiet ta’ software, l-enerġija sostenibbli u l-applikazzjonijiet mediċi. Bħala parti mill-istess grupp, Colruyt hija wkoll attiva fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti tal-konsum ta’ kuljum fil-Belġju, il-Lussemburgu u Franza; — għal Kerry: il-manifattura ta’ ingredjenti tal-ikel u aromatizzanti tal-ikel, ix-xorb u l-industrija farmaċewtika; — għal Proparent: l-iżvilupp u l-manifattura ta’ prodotti tal-proteini bbażata fuq il-pjanti li jservu bħala sostituti tal-laħam u l-ħut. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8838 — Kerry Group/Korys Investments/Proparent Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.