02016R1178 — MT — 16.04.2020 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1178 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 195 20.7.2016, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 |
L 113 |
15 |
29.4.2017 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/667 tad-19 ta' Diċembru 2018 |
L 113 |
1 |
29.4.2019 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/447 tas-16 ta’ Diċembru 2019 |
L 94 |
5 |
27.3.2020 |
|
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1178
tal-10 ta' Ġunju 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Klassijiet ta' derivattivi OTC suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar
1. Il-klassijiet ta' derivattivi barra l-Borża (OTC) elenkati fl-Anness I għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.
▼M3 —————
Artikolu 2
Kategoriji ta' kontropartijiet
1. Għall-iskopjiet tal-Artikoli 3 u 4, il-kontropartijiet suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:
Il-Kategorija 1, li tinkludi l-kontropartijiet li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ikunu membri tal-ikklerjar, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għal mill-anqas klassi waħda ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jew fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 ( 1 ), ta' mill-anqas waħda mis-CCPs awtorizzati jew rikonoxxuti, qabel din id-data, li jikklerjaw tal-anqas waħda minn dawn il-klassijiet;
Il-kategorija 2 tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 li jappartjenu għal grupp li l-medja aggregata fi tmiem ix-xahar tiegħu ta' ammont nozzjoni gross pendenti ta' derivattivi kklerjati mhux ċentralment għal Jannar, Frar u Marzu 2016 hija akbar minn EUR 8 biljun u li jkunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
kontropartijiet finanzjarji;
fondi ta' investiment alternattivi kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.
Il-Kategorija 3 li tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 jew għall-Kategorija 2 li jkunu xi waħda minn dawn li ġejjin:
kontropartijiet finanzjarji;
fondi ta' investiment alternattivi kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.
Il-Kategorija 4 li tinkludi kontropartijiet mhux finanzjarji li ma jappartjenux għall-Kategorija 1, għall-Kategorija 2 jew għall-Kategorija 3.
2. Għall-iskop tal-kalkolu tal-medja aggregata fi tmiem ix-xahar tal-ammont nozzjonali pendenti gross tal-grupp, imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, id-derivattivi kollha tal-grupp ikklerjati mhux ċentralment, inklużi kuntratti forward tal-kambju, swaps u swaps tal-valuti, għandhom ikunu inklużi.
3. Fejn il-kontropartijeti ikunu fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE jew impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), il-limitu stabbilit ta' EUR 8 biljun imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tapplika b'mod individwali fil-livell ta' fond.
Artikolu 3
Id-dati li minnhom jibda l-obbligu tal-ikklerjar.
1. Għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness I, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ:
id-9 ta' Frar 2017 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 1;
id-9 ta' Awwissu 2017 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 2;
il-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;
id-9 ta' Awwissu 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 4.
Meta kuntratt jiġi konkluż bejn żewġ kontropartijiet inklużi f'kategoriji differenti ta' kontropartijiet, id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar ta' dan il-kuntratt għandha tkun id-data tal-aħħar.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:
fil-21 ta' Diċembru 2020, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti; jew jew
l-aktar waħda tard fost id-dati segwenti fil-każ li tkun ġiet adottata deċiżjoni ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri kuntratti ta' derivattivi OTC li ssir referenza għalihom fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;
60 ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;
id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.
Din id-deroga għandha tapplika biss meta l-kontropartijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-kontroparti stabbilita f'pajjiż terz tkun jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja;
il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun:
kontroparti finanzjarja, kontroparti mhux finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari suġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti finanzjarja; jew
jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti mhux finanzjarja;
iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess ambitu ta' konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri xierqa u ċentralizzati ta' evalwazzjoni, ta' kejl u ta' kontroll tar-riskju;
il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tagħha bil-miktub li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (d) ntlaħqu u, fi żmien 30 jum tal-kalendarju wara l-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti tkun ikkonfermat li dawn il-kundizzjonijiet intlaħqu.
Artikolu 4
Il-maturità residwa minima
1. Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 1, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha għandu jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:
15-il sena fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel id-9 ta' Ottubru 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1kif tidher fl-Anness I;
3 snin fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati id-9 ta' Ottubru 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 2 kif tidher fl-Anness I;
6 xhur għall-kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew ġew sostitwiti nhar jew wara d-9 ta' Ottubru 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 kif tidher fl-Anness I;
2. Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 2, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha għandu jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:
15-il sena fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel id-9 ta' Ottubru 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 kif tidher fl-Anness I;
3 snin fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel id-9 ta' Ottubru 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 2 kif tidher fl-Anness I;
6 xhur għall-kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew ġew sostitwiti nhar jew wara d-9 ta' Ottubru 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 kif tidher fl-Anness I.
3. Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 3, u ta' tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, konklużi bejn kontropartijiet finanzjarji, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għandha tkun:
15-il sena fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 stabbilita fl-Anness I;
3 snin fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 2 stabbilita fl-Anness I;
4. Meta kuntratt jiġi konkluż bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu jappartjenu għal kategoriji differenti jew bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu involuti fi tranżazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(2), il-maturità residwa minima li għandha tittieħed inkonsiderazzjoni għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu għandha tkun l-itwal maturità residwa applikabbli.
Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropa.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESSI
Klassijiet ta' derivattivi tar-rata tal-imgħax OTC suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar
Tabella 1
Klassijiet ta' swaps tar-rati tal-imgħax fixed-to-float
|
id |
Tip |
Indiċi ta'Referenza |
Munita tas-Saldu |
Maturità |
Tip ta'Munità tas-Saldu |
Opzjonalità |
Tip Nozzjonali |
|
C.1.1 |
Fixed- to-Float |
NIBOR |
NOK |
28D-10Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew Varjabbli |
|
C.1.2 |
Fixed- to-Float |
WIBOR |
PLN |
28D-10Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew Varjabbli |
|
C.1.3 |
Fixed- to-Float |
STIBOR |
SEK |
28D-15Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew Varjabbli |
Tabella 2
Klassijiet ta' ftehim tar-rata forward
|
id |
Tip |
Indiċi ta'Referenza |
Munita tas-Saldu |
Maturità |
Tip ta'Munità tas-Saldu |
Opzjonalità |
Tip Nozzjonali |
|
C.2.1 |
FRA |
NIBOR |
NOK |
3D-2Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew Varjabbli |
|
C.2.2 |
FRA |
WIBOR |
PLN |
3D-2Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew Varjabbli |
|
C.2.3 |
FRA |
STIBOR |
SEK |
3D-3Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew Varjabbli |
( 1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13).
( 2 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 3 ) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).