|
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
94 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2004/531/PESK
tat-28 ta' Ġunju 2004
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea f'dik Li qabel kienet il-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta' Diċembru 2003 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK (1) li temenda u testendi sat-30 ta' Ġunju 2004 il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik Li Qabel Kienet il-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |
|
(2) |
Fis-26 ta' Jannar 2004 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/86/PESK (2) li taħtar lis-Sinjur Søren Jessen-Petersen bħala Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea f'Dik Li Qabel Kienet il-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |
|
(3) |
Abbażi ta' reviżjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż. |
|
(4) |
Fis-17 ta' Novembru 2003 il-Kunsill adotta linji gwida dwar il-ħatra, il-mandat u l-iffinanzjar tar-Rappreżentanti Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
1. Il-mandat tas-Sinjur Søren JESSEN-PETERSEN bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) f'Dik Li Qabel Kienet il-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK huwa hawnhekk estiż sal-31 ta' Lulju 2004.
2. L-ispiża għandha wkoll tkun eliġibbli sal-31 ta' Lulju 2004.
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fil-Lussemburgu, nhar it-28 ta' Ġunju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
M. CULLEN