|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1751 |
13.8.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1751
tat-12 ta’ Awwissu 2025
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet assoċjati mar-reġim tal-eks President Saddam Hussein milquta bl-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi u bi projbizzjoni fuq li fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli. |
|
(2) |
Fil-5 ta’ Awwissu 2025, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda mil-lista tal-persuni u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2025.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja,
Servizzi Finanzjarji u Unjoni tas-Swieq Kapitali
(1) ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1210/oj.
ANNESS
Id-data ta’ identifikazzjoni fl-entrata li ġejja fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 hija emendata kif ġej:
|
“90. |
Bashar Sabawi Ibrahim Hasan Al-Tikriti (alias (a) Bashar Sab’awi Ibrahim Hasan Al-Tikriti, (b) Bashir Sab’awi Ibrahim Al-Hasan Al-Tikriti, (c) Bashir Sabawi Ibrahim Al-Hassan Al-Tikriti, (d) Bashar Sabawi Ibrahim Hasan Al-Bayjat, (e) Ali Zafir Abdullah). Data tat-twelid: 17.7.1970. Post tat-twelid: Baghdad, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqi. Indirizzi: (a) Fuad Dawod Farm, Az Zabadani, Damascus, Syria, (b) Beirut, Lebanon. Informazzjoni oħra: Iben Sabawi Ibrahim Hasan Al-Tikriti, ex-Konsulent Presidenzjali ta’ Saddam Hussein.” |
huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“90. |
Bashar Sabawi Ibrahim Hasan Al-Tikriti (alias (a) Bashar Sab’awi Ibrahim Hasan Al-Tikriti, (b) Bashir Sab’awi Ibrahim Al-Hasan Al-Tikriti, (c) Bashir Sabawi Ibrahim Al-Hassan Al-Tikriti, (d) Bashar Sabawi Ibrahim Hasan Al-Bayjat, (e) Ali Zafir Abdullah, (f) Bashar Al-Nasiri). Data tat-twelid: 17.7.1970. Post tat-twelid: Baghdad, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqi. Indirizzi: (a) Fuad Dawod Farm, Az Zabadani, Damasku, is-Sirja, (b) Bejrut, il-Libanu. Informazzjoni oħra: Iben Sabawi Ibrahim Hasan Al-Tikriti, ex-Konsulent Presidenzjali ta’ Saddam Hussein.”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1751/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)