|
17.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 385/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1709
tat-13 ta’ Novembru 2020
li taħtar żewġ membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(2) u l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-proposti li saru mir-Repubblika Franċiża u mir-Repubblika Slovakka,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew skada fl-20 ta’ Settembru 2020. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 li ħatret lill-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u ħassret u ssostitwixxiet d-Deċiżjoni tal-Kunsill li ħatret lill-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (2). Fit-22 ta’ Ottubru 2020 u t-30 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta żewġ Deċiżjonijiet oħra li ħatru membri fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 (3). Siġġu wieħed għar-Repubblika Franċiża fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u siġġu wieħed għar-Repubblika Slovakka baqgħu vakanti u jeħtieġ li jimtlew b’deċiżjoni sussegwenti ta’ ħatra, li tkun tapplika b’mod retroattiv mill-21 ta’ Settembru 2020. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra tal-10 ta’ Settembru 2020, ir-Repubblika Slovakka pproponiet lis-Sur Juraj SIPKO għall-ħatra bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, sabiex tikkompleta l-lista tal-membri tagħha. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Settembru 2020, ir-Repubblika Franċiża pproponiet lis-Sur Bruno CHOIX għall-ħatra bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, sabiex tikkompleta l-lista tal-membri tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, elenkati skont l-Istat Membru:
FRANZA
Is-Sur Bruno CHOIX
Union des Entreprises de Proximité (U2P)
SLOVAKKJA
Is-Sur Juraj SIPKO
Director, Institute of Economic Research of the Slovak Academy of Science.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-21 ta’ Settembru 2020.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1.
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1555 tat-22 ta’ Ottubru 2020 li taħtar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill- 21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 (ĠU L 355, 26.10.2020, p. 1) u Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1636 tat-30 ta’ Ottubru 2020 li taħtar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill- 21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 (ĠU L 369, 5.11.2020, p. 1).