|
30.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/904
tad-29 ta’ Ġunju 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 fir-rigward tad-data ta' skadenza għall-appoġġ tal-attivitajiet tal-OSKE relatati mat-tnaqqis ta' armi ħfief, ta' kalibru żgħir u munizzjon konvenzjonali fir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u fil-Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta' Awwissu 2017 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 (1), li tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta' dik id-Deċiżjoni, għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha. |
|
(2) |
Il-ftehim ta' finanzjament mas-Segretarjat tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), li hija l-entità implimentattiva għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424, ġie ffirmat fis-7 ta' Settembru 2017 u jiskadi fis-6 ta' Settembru 2020. |
|
(3) |
Fis-27 ta' April 2020, il-Forum għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tas-Sigurtà tal-OSKE talab estensjoni mingħajr spejjeż ta' sitt xhur tal-perijodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 sas-6 ta' Marzu 2021, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar internazzjonali. |
|
(4) |
Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sas-6 ta' Marzu 2021. |
|
(5) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1424 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1424 tal-4 ta' Awwissu 2017 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-OSKE biex jitnaqqas ir-riskju tat-traffikar illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u munizzjon konvenzjonali fir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u fil-Georgia"; |
|
(2) |
L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit kif ġej: "2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fis-6 ta' Marzu 2021.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1424 tal-4 ta' Awwissu 2017 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-OSKE biex jitnaqqas ir-riskju tat-traffikar illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir u munizzjon konvenzjonali fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Georgia (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 82).