European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2423

28.11.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2423

tal-25 ta’ Novembru 2025

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja

(notifikata bid-dokument C(2025) 8187)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda infettiva li tinġarr minn vettur u li taffettwa lill-annimali bovini. L-okkorrenza tagħha tista’ tħalli impatt sever fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, filwaqt li tikkawża wkoll disturb fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-annimali bovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra li jżommu l-annimali bovini, b’mod partikolari minħabba l-mod ta’ trażmissjoni tagħha permezz tal-vetturi.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi mill-inqas żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(3)

Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fiż-żoni milquta minn dik il-marda, iżda anke fatturi epidemjoloġiċi oħra, inklużi l-parametri ġeografiċi u r-riskju li l-marda tkompli tinxtered. Meta ntgħażlet id-durata tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni tqiesu wkoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (4).

(4)

Ir-Regolament (UE) 2016/429, u b’mod partikolari l-Artikolu 69 tiegħu, jipprevedi li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tuża tilqim ta’ emerġenza għall-kontroll effettiv ta’ marda elenkata, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament, fl-annimali miżmuma. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi żoni ta’ tilqim u tiżviluppa pjan ta’ tilqim li jissodisfa rekwiżiti speċifiċi. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (5), li jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, jistabbilixxi, inter alia, ir-regoli speċifiċi li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri meta jużaw tilqim protettiv ta’ emerġenza fl-annimali bovini għall-prevenzjoni jew għall-kontroll ta’ ċertu mard elenkat. Dak ir-Regolament Delegat jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jiġu permessi l-movimenti tal-annimali mlaqqma u tal-prodotti tagħhom. Il-kundizzjonijiet speċifiċi għat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda huma stabbiliti fl-Anness IX ta’ dak ir-Regolament Delegat.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2248 (6) tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja. B’mod aktar partikolari, l-Artikolu 1, il-punt (a), ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jeħtieġ l-istabbiliment ta’ żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, f’dak l-Istat Membru, li trid tinkludi mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 1, il-punt (b), ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jipprevedi l-istabbiliment taż-żoni ta’ tilqim I u II fi Spanja, f’konformità mal-Parti I tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih. Jipprevedi wkoll li dawk iż-żoni ta’ tilqim iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala tali fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248. Barra minn hekk, l-Artikolu 1, il-punt (c), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 jipprevedi li l-miżuri li jeħtieġ li jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll fiż-żoni ta’ tilqim I u II, iridu japplikaw mill-inqas sad-dati elenkati fl-Annessi ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(6)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248, Franza nnotifikat seba’ tifqigħat ġodda tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini f’ċerti żoni f’dak l-Istat Membru, li jmissu mal-Komunità tal-Katalonja, fi Spanja, fil-perjodu mit-30 ta’ Ottubru 2025 sas-17 ta’ Novembru 2025. B’reazzjoni għal dawk it-tifqigħat il-ġodda fi Franza, Spanja aġġornat iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Komunità tal-Katalonja f’dak l-Istat Membru, fejn jiġu applikati l-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Filwaqt li jitqiesu dawn it-tifqigħat reċenti fi Franza, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248, jenħtieġ li jiġu aġġornati u emendati b’din id-Deċiżjoni.

(7)

Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni li wara investigazzjoni klinika, epidemjoloġika u fil-laboratorju bir-reqqa, ir-riżultati tat-tifqigħa fil-Komunità tal-Katalonja nnotifikati fit-12 ta’ Novembru 2025 bħala ES-LSD-2025-0009, tqiesu bħala pożittivi foloz minħabba kontaminazzjoni matul l-ipproċessar. Għalhekk, jenħtieġ li dik it-tifqigħa titneħħa mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248.

(8)

Minħabba l-aġġornament taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Komunità tal-Katalonja fi Spanja, huwa meħtieġ li jiġu aġġustati ż-żoni ta’ tilqim I u II għall-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda attwalment stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248, f’dak l-Istat Membru.

(9)

It-tip, id-daqs u d-durata taż-żoni ta’ tilqim I u II elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tevolvi fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u tal-progress tal-kampanja ta’ tilqim, b’mod partikolari filwaqt li jitqies il-livell li qed jevolvi tal-kopertura tal-vaċċin miksub. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu indikati, fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, id-dati għad-durata taż-żoni ta’ tilqim I u II.

(10)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 jipprojbixxi l-movimenti tal-annimali bovini miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni għal destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni fi Spanja jew barra minn dak l-Istat Membru sad-dati elenkati f’dak l-Anness. Fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja, jeħtieġ li dik il-projbizzjoni tinżamm.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 jiġu emendati kif xieraq.

(12)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fi Spanja, l-emendi li għandhom isiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun biex jiġi evitat li l-marda tkompli tinxtered fi Spanja, fi Stati Membri oħra, jew f’pajjiżi terzi u anke biex jiġi evitat kwalunkwe disturb bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni jew kwalunkwe ostaklu mhux ġustifikat għall-kummerċ ma’ pajjiżi terzi.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2248 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)   https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2248 tal-4 ta’ Novembru 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi Spanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2076 (ĠU L, 2025/2248, 7.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2248/oj).


ANNESS

“ANNESS I

Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata

Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fi Spanja, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-Reġjuni ta’ Alt Empordà, Baix Empordà, Garrotxa, Gironès, Maresme, Osona, Pla de l’Estany, Selva u Vallès Oriental

ES-LSD-2025-00001

ES-LSD-2025-00002

ES-LSD-2025-00003

ES-LSD-2025-00004

ES-LSD-2025-00005

ES-LSD-2025-00006

ES-LSD-2025-00007

ES-LSD-2025-00008

ES-LSD-2025-00010

ES-LSD-2025-00011

ES-LSD-2025-00012

ES-LSD-2025-00013

ES-LSD-2025-00014

ES-LSD-2025-00015

ES-LSD-2025-00016

ES-LSD-2025-00017

ES-LSD-2025-00018

Protection zone:

The following municipalities from the region of Alt Empordà:

—

Agullana

—

Albanyà

—

Armentera (L’)

—

Avinyonet de Puigventós

—

Bàscara

—

Biure

—

Boadella i les Escaules

—

Borrassà

—

Cabanelles

—

Cabanes

—

Cadaqués

—

Cantallops

—

Capmany

—

Castelló d’mpúries

—

Cistella

—

Colera

—

Darnius

—

Escala (L’)

—

Espolla

—

Far d’Empordà (El)

—

Figueres

—

Fortià

—

Garrigàs

—

Garriguella

—

Jonquera (La)

—

Lladó

—

Llançà

—

Llers

—

Maçanet de Cabrenys

—

Masarac

—

Mollet de Peralada

—

Navata

—

Ordis

—

Palau de Santa Eulàlia

—

Palau-saverdera

—

Pau

—

Pedret i Marzà

—

Peralada

—

Pont de Molins

—

Pontós

—

Port de la Selva (El)

—

Portbou

—

Rabós

—

Riumors

—

Roses

—

Sant Climent Sescebes

—

Sant Llorenç de la Muga

—

Sant Miquel de Fluvià

—

Sant Mori

—

Sant Pere Pescador

—

Santa Llogaia d’Àlguema

—

Saus, Camallera i Llampaies

—

Selva de Mar (La)

—

Siurana

—

Terrades

—

Torroella de Fluvià

—

Vajol (La)

—

Ventalló

—

Vilabertran

—

Viladamat

—

Vilafant

—

Vilajuïga

—

Vilamacolum

—

Vilamalla

—

Vilamaniscle

—

Vilanant

—

Vila-sacra

—

Vilaür

The following municipalities from the region of Baix Empordà:

—

Albons

—

Bellcaire d’Empordà

—

Bisbal d’Empordà (La)

—

Calonge

—

Castell-Platja d’Aro

—

Colomers

—

Corçà

—

Cruïlles, Monells i Sant Sadurní de l’Heura

—

Foixà

—

Forallac

—

Garrigoles

—

Jafre

—

Palamós

—

Pera (La)

—

Rupià

—

Sant Feliu de Guíxols

—

Santa Cristina d’Aro

—

Serra de Daró

—

Tallada d’Empordà (La)

—

Torroella de Montgrí

—

Ullà

—

Ultramort

—

Vall-llobrega

—

Verges

—

Vilopriu

The following municipalities from the region of Garrotxa:

—

Beuda

—

Maià de Montcal

The following municipalities from the region of Gironès:

—

Aiguaviva

—

Bescanó

—

Bordils

—

Campllong

—

Canet d’Adri

—

Cassà de la Selva

—

Celrà

—

Cervià de Ter

—

Flaçà

—

Fornells de la Selva

—

Girona

—

Juià

—

Llagostera

—

Llambilles

—

Madremanya

—

Quart

—

Salt

—

Sant Andreu Salou

—

Sant Gregori

—

Sant Joan de Mollet

—

Sant Jordi Desvalls

—

Sant Julià de Ramis

—

Sant Martí de Llémena

—

Sant Martí Vell

—

Sarrià de Ter

—

Vilablareix

—

Viladasens

The following municipalities from the region of Maresme:

—

Tordera

The following municipalities from the region of Pla de l’Estany:

—

Banyoles

—

Cornellà del Terri

—

Crespià

—

Esponellà

—

Fontcoberta

—

Palol de Revardit

—

Serinyà

—

Vilademuls

The following municipalities from the region of Selva:

—

Anglès

—

Blanes

—

Brunyola

—

Caldes de Malavella

—

Fogars de la Selva

—

Lloret de Mar

—

Maçanet de la Selva

—

Massanes

—

Riudarenes

—

Riudellots de la Selva

—

Sant Julià del Llor i Bonmatí

—

Santa Coloma de Farners

—

Sils

—

Tossa de Mar

—

Vidreres

—

Vilobí d’Onyar

5.12.2025

Surveillance zone:

The following municipalities from the region of Alt Empordà:

—

Agullana

—

Albanyà

—

Armentera (L’)

—

Avinyonet de Puigventós

—

Bàscara

—

Biure

—

Boadella i les Escaules

—

Borrassà

—

Cabanelles

—

Cabanes

—

Cadaqués

—

Cantallops

—

Capmany

—

Castelló d’mpúries

—

Cistella

—

Colera

—

Darnius

—

Escala (L’)

—

Espolla

—

Far d’Empordà (El)

—

Figueres

—

Fortià

—

Garrigàs

—

Garriguella

—

Jonquera (La)

—

Lladó

—

Llançà

—

Llers

—

Maçanet de Cabrenys

—

Masarac

—

Mollet de Peralada

—

Navata

—

Ordis

—

Palau de Santa Eulàlia

—

Palau-saverdera

—

Pau

—

Pedret i Marzà

—

Peralada

—

Pont de Molins

—

Pontós

—

Port de la Selva (El)

—

Portbou

—

Rabós

—

Riumors

—

Roses

—

Sant Climent Sescebes

—

Sant Llorenç de la Muga

—

Sant Miquel de Fluvià

—

Sant Mori

—

Sant Pere Pescador

—

Santa Llogaia d’Àlguema

—

Saus, Camallera i Llampaies

—

Selva de Mar (La)

—

Siurana

—

Terrades

—

Torroella de Fluvià

—

Vajol (La)

—

Ventalló

—

Vilabertran

—

Viladamat

—

Vilafant

—

Vilajuïga

—

Vilamacolum

—

Vilamalla

—

Vilamaniscle

—

Vilanant

—

Vila-sacra

—

Vilaür

The following municipalities from the region of Baix Empordà:

—

Albons

—

Bellcaire d’Empordà

—

Bisbal d’Empordà (La)

—

Calonge

—

Castell-Platja d’Aro

—

Colomers

—

Corçà

—

Cruïlles, Monells i Sant Sadurní de l’Heura

—

Foixà

—

Forallac

—

Garrigoles

—

Jafre

—

Palamós

—

Pera (La)

—

Rupià

—

Sant Feliu de Guíxols

—

Santa Cristina d’Aro

—

Serra de Daró

—

Tallada d’Empordà (La)

—

Torroella de Montgrí

—

Ullà

—

Ultramort

—

Vall-llobrega

—

Verges

—

Vilopriu

The following municipalities from the region of Garrotxa:

—

Beuda

—

Maià de Montcal

The following municipalities from the region of Gironès:

—

Aiguaviva

—

Bescanó

—

Bordils

—

Campllong

—

Canet d’Adri

—

Cassà de la Selva

—

Celrà

—

Cervià de Ter

—

Flaçà

—

Fornells de la Selva

—

Girona

—

Juià

—

Llagostera

—

Llambilles

—

Madremanya

—

Quart

—

Salt

—

Sant Andreu Salou

—

Sant Gregori

—

Sant Joan de Mollet

—

Sant Jordi Desvalls

—

Sant Julià de Ramis

—

Sant Martí de Llémena

—

Sant Martí Vell

—

Sarrià de Ter

—

Vilablareix

—

Viladasens

The following municipalities from the region of Maresme:

—

Tordera

The following municipalities from the region of Pla de l’Estany:

—

Banyoles

—

Cornellà del Terri

—

Crespià

—

Esponellà

—

Fontcoberta

—

Palol de Revardit

—

Serinyà

—

Vilademuls

The following municipalities from the region of La Selva:

—

Anglès

—

Blanes

—

Brunyola

—

Caldes de Malavella

—

Fogars de la Selva

—

Lloret de Mar

—

Maçanet de la Selva

—

Massanes

—

Riudarenes

—

Riudellots de la Selva

—

Sant Julià del Llor i Bonmatí

—

Santa Coloma de Farners

—

Sils

—

Tossa de Mar

—

Vidreres

—

Vilobí d’Onyar

6.12.2025 – 22.12.2025

Surveillance zone:

The following municipalities from the region of Baix Empordà

—

Begur

—

Fontanilles

—

Gualta

—

Mont-ras

—

Palafrugell

—

Palau-sator

—

Pals

—

Parlavà

—

Regencós

—

Torrent

—

Ullastret

The following municipalities from the region of Garrotxa:

—

Argelaguer

—

Besalú

—

Castellfollit de la Roca

—

Mieres

—

Montagut i Oix

—

Olot

—

Planes d’Hostoles (Les)

—

Preses (Les)

—

Riudaura

—

Sales de Llierca

—

Sant Aniol de Finestres

—

Sant Feliu de Pallerols

—

Sant Ferriol

—

Sant Jaume de Llierca

—

Sant Joan les Fonts

—

Santa Pau

—

Tortellà

—

Vall de Bianya (La)

—

Vall d’en Bas (La)

The following municipalities from the region of Maresme:

—

Arenys de Mar

—

Arenys de Munt

—

Argentona

—

Caldes d’Estrac

—

Calella

—

Canet de Mar

—

Dosrius

—

Malgrat de Mar

—

Mataró

—

Palafolls

—

Pineda de Mar

—

Sant Andreu de Llavaneres

—

Sant Cebrià de Vallalta

—

Sant Iscle de Vallalta

—

Sant Pol de Mar

—

Sant Vicenç de Montalt

—

Santa Susanna

The following municipalities from the region of Osona:

—

Brull (El)

—

Calldetenes

—

Espinelves

—

Folgueroles

—

Gurb

—

Malla

—

Manlleu

—

Masies de Roda (Les)

—

Roda de Ter

—

Rupit i Pruit

—

Sant Julià de Vilatorta

—

Sant Pere de Torelló

—

Sant Sadurní d’Osormort

—

Santa Eugènia de Berga

—

Santa Maria de Corcó

—

Seva

—

Taradell

—

Tavèrnoles

—

Tavertet

—

Tona

—

Vic

—

Vidrà

—

Viladrau

—

Vilanova de Sau

The following municipalities from the region of Pla de l’Estany:

—

Camós

—

Porqueres

—

Sant Miquel de Campmajor

The following municipalities from the region of La Selva:

—

Amer

—

Arbúcies

—

Breda

—

Cellera de Ter (La)

—

Hostalric

—

Osor

—

Riells i Viabrea

—

Sant Feliu de Buixalleu

—

Sant Hilari Sacalm

—

Susqueda

The following municipalities from the region of Vallès Oriental:

—

Aiguafreda

—

Campins

—

Cànoves i Samalús

—

Cardedeu

—

Figaró-Montmany

—

Fogars de Montclús

—

Franqueses del Vallès (Les)

—

Garriga (La)

—

Gualba

—

Llinars del Vallès

—

Montseny

—

Roca del Vallès (La)

—

Sant Antoni de Vilamajor

—

Sant Celoni

—

Sant Esteve de Palautordera

—

Sant Pere de Vilamajor

—

Santa Maria de Palautordera

—

Tagamanent

—

Vallgorguina

—

Vilalba Sasserra

22.12.2025

Ir-Reġjun ta’ Occitania, Franza

FR-LSD-2025-00084

FR-LSD-2025-00085

FR-LSD-2025-00086

FR-LSD-2025-00088

FR-LSD-2025-00089

FR-LSD-2025-00090

FR-LSD-2025-00093

FR-LSD-2025-00094

FR-LSD-2025-00095

FR-LSD-2025-00096

FR-LSD-2025-00097

FR-LSD-2025-00098

FR-LSD-2025-00099

FR-LSD-2025-000101

FR-LSD-2025-000102

Protection zone:

The following municipalities from the region of Ripollès:

—

Campelles

—

Camprodon

—

Llanars

—

Molló

—

Ogassa

—

Pardines

—

Planoles

—

Queralbs

—

Ribes de Freser

—

Sant Joan de les Abadesses

—

Sant Pau de Segúries

—

Setcases

—

Toses

—

Vilallonga de Ter

The following municipalities from the region of Cerdanya:

—

Llívia

17.12.2025

Surveillance zone

The following municipalities from the region of Ripolles:

—

Campelles

—

Camprodon

—

Llanars

—

Molló

—

Ogassa

—

Pardines

—

Planoles

—

Queralbs

—

Ribes de Freser

—

Sant Joan de les Abadesses

—

Sant Pau de Segúries

—

Setcases

—

Toses

—

Vilallonga de Ter

The following municipalities from the region of Cerdanya:

—

Llívia

18.12.2025 – 3.1.2026

Surveillance zone

The following municipalities from the region of Alt Urgell:

—

Cava

—

Josa i Tuixén

—

Pont de Bar (El)

The following municipalities from the region of Berguedà:

—

Bagà

—

Berga

—

Borredà

—

Castell de l’Areny

—

Castellar de n’Hug

—

Cercs

—

Fígols

—

Gisclareny

—

Gósol

—

Guardiola de Berguedà

—

Nou de Berguedà (La)

—

Olvan

—

Pobla de Lillet (La)

—

Quar (La)

—

Sagàs

—

Saldes

—

Sant Jaume de Frontanyà

—

Sant Julià de Cerdanyola

—

Santa Maria de Merlès

—

Vallcebre

—

Vilada

The following municipalities from the region of Cerdanya:

—

Alp

—

Bellver de Cerdanya

—

Bolvir

—

Das

—

Fontanals de Cerdanya

—

Ger

—

Guils de Cerdanya

—

Isòvol

—

Lles de Cerdanya

—

Meranges

—

Montellà i Martinet

—

Prats i Sansor

—

Prullans

—

Puigcerdà

—

Riu de Cerdanya

—

Urús

The following municipalities from the region of Osona:

—

Alpens

—

Lluçà

—

Masies de Voltregà (Les)

—

Montesquiu

—

Olost

—

Orís

—

Perafita

—

Sant Agustí de Lluçanès

—

Sant Boi de Lluçanès

—

Sant Hipòlit de Voltregà

—

Sant Martí d’Albars

—

Sant Quirze de Besora

—

Sant Vicenç de Torelló

—

Santa Cecília de Voltregà

—

Santa Maria de Besora

—

Sobremunt

—

Sora

—

Torelló

The following municipalities from the region of Ripollès:

—

Campdevànol

—

Gombrèn

—

Llosses (Les)

—

Ripoll

—

Vallfogona de Ripollès

3.1.2026

ANNESS II

Żona ta’ tilqim II

Iż-żoni elenkati fl-Anness I sal-aħħar jum tal-perjodu ta’ rkupru, imsemmi fl-Anness IX, il-Parti 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361.

Żona ta’ tilqim I

Iż-żoni li ġejjin sal-aħħar jum tal-perjodu ta’ rkupru, imsemmi fl-Anness IX, il-Parti 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361:

Żona amministrattiva

Żona ta’ tilqim I

Il-Komunitajiet tal-Katalonja u ta’ Aragona

The entire territory of the regions of Pla d’Urgell, La Noguera, Segarra, Anoia, Alt Penedès, Garraf, Baix Llobregat, Barcelonès, Vallès Occidental, Bages, Moianès, Solsonès, Pallars Jussà, Pallars Sobirà, Alta Ribagorça, Vall d’Aran, Alt Urgell, the parts of Cerdanya, Berguedà, Osona, Vallès Oriental and Maresme not included in Zone II, all in the Autonomous Community of Catalunya

The following municipalities from the region of Segrià (Autonomous Community of Catalunya)

—

Alamús,

—

Alcoletge,

—

Alfarràs,

—

Alguaire,

—

Almenar,

—

Almacelles,

—

Alpicat,

—

Benavent de Segrià,

—

Corbins,

—

Lleida,

—

Portella,

—

Rosselló,

—

Torrefarrera,

—

Torre-serona,

—

Vilanova de la Barca

—

Vilanova de Segrià

The following municipalities in the region of Tamarite de Litera (Autonomous Community of Aragón):

—

Albelda,

—

Alcampell,

—

Altorricón,

—

Baélls,

—

Baldellou,

—

Camporrélls,

—

Castillonroy,

—

Tamarite de Litera

The following municipalities in the region of Graus (Autonomous Community of Aragón):

—

Arén,

—

Benabarre,

—

Beranuy,

—

Campo,

—

Capella,

—

Castigaleu,

—

Estopiñán del Castillo,

—

Foradada del Toscar,

—

Graus,

—

Isábena,

—

Lascuarre,

—

Monesma y Cajigar,

—

Perarrúa,

—

La Puebla de Castro,

—

Secastilla,

—

Sopeira,

—

Tolva,

—

Torre la Ribera,

—

Valle de Bardají,

—

Valle de Lierp,

—

Viacamp y Litera

The following municipalities in the region of Castejón de Sos (Autonomous Community of Aragón):

—

Benasque,

—

Bisaurri,

—

Bonansa,

—

Castejón de Sos,

—

Chía,

—

Laspaúles,

—

Montanuy,

—

Sahún,

—

Seira,

—

Sesué

—

Villanova

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2423/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)