<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-90/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0090</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:498">EU:C:2018:498</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20180627">27.6.2018</DATE> – Kawża C-90/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Turbogás</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180627">27 ta’ Ġunju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/96/KE</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5)</KEYWORD><KEYWORD>Entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess</KEYWORD><KEYWORD>Produtturi tal-elettriku żgħar</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti tal-enerġija għall-użu fil-produzzjoni tal-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ eżenzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑90/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa) (it-Tribunal ta’ Arbitraġġ Fiskali (Ċentru tal-Arbitraġġ Amministrattiv), il-Portugall), permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170131">31 ta’ Jannar 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20170221">21 ta’ Frar 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Turbogás – Produtora Energética SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autoridade Tributária e Aduaneira,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, C. G. Fernlund, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev u E. Regan (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Turbogás – Produtora Energética SA, minn J. P. Lampreia, advogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, N. Vitorino u S. Jaulino, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Afonso u F. Tomat, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tas-<DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE> li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Turbogás – Produtora Energética SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Turbogás<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Autoridade Tributária e Aduaneira portugesa (l-Awtorità Fiskali u Doganali, il-Portugall) dwar evalwazzjoni fiskali fir-rigward tat-tassazzjoni tal-elettriku kkonsmat minn Turbogás stess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2 sa 5 u 24 tad-Direttiva 2003/96 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(2)</NO.P><TXT>L-assenza ta’ proviżżjonijiet tal-Komunità li timponi rata minima ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku u prodotti ta’ enerġija minbarra żjut minerali tista’ taffetwa ħażin il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>“(3)</NO.P><TXT>Il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern u s-seħħ ta’ għanijiet ta’ politiki oħra tal-Kommunità jinħtieġu livelli minimi ta’ tassazzjoni li jkunu stabbiliti fuq livell Kommunitarju għall-bosta mill-prodotti tal-enerġija, u jinkludu l-elettriku, gass naturali u faħam.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Differenzi sostanzjali dwar livelli nazzjonali ta’ tassazzjoni fuq l-enerġija minn Stati Membri tista’ tkun ta’ detriment għall-funzjonament kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-istabbilament ta’ livelli minimi u approprijati ta’ tassazzjoni mill-Kommunità tista’ tnaqqas differenzi eżistenti ta’ tassazzjoni fil-livell nazzjonali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Stati Membri għandhom jiġu permessi li japplikaw eżenzjonijiet oħra jew livelli mnaqqsa ta’ tassazzjoni, sakemm dan ma jkunx ta’ detriment għall-iffunzjonar kif suppost tas-suq intern u li ma jirriżultax fi tfixkil tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1)(a) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Barra d-disposizzjonijiet ġenerali kif imniżżla f’Direttiva [tal-Kunsill] 92/12/KEE [tal-<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE> dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/47/KE tal-<DATE ISO="20000720">20 ta’ Lulju 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 186)] fuq użijiet eżenti ta’ prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għall-disposizzjonijiet oħra tal-Komunità, Stati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b’kondizzjonijiet li huma għandhom jagħmlu biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ dawn l-eżenzjonijiet u biex jimpedixxu l-evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>prodotti ta’ enerġija u elettriku użati biex jipproduċu elettriku u elettriku użat biex iżomm il-produzzjoni ta’ l-elettriku. Madankollu, Stati Membri jistgħu, għal raġunijiet ta’ politika dwar l-ambjent, jissotomettu dawn il-prodotti għall-tassazzjoni mingħajr ma joqgħodu jirrispettaw<?PAGE NO="3"?> il-livelli minimi ta’ tassazzjoni kif imniżżla f’din id-Direttiva. F’każ bħal dan, it-tassazzjoni ta’ dawn il-prodotti ma għandhiex tiġi ikkonsidrata sabiex tissodisfa il-livell minimu ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku kif imniżżel fl-Artikolu 10<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2003/96 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.005"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>5.</NO.PARAG><ALINEA>Bl-iskop li japplika l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 92/12/KEE, elettriċità u gass naturali għandhom ikunu suġġetti għall-tassazzjoni u għandhom jiġu dovuti meta ssir il-fornitura mid-distributur jew ridistributur. Meta l-fornitura għall-konsum issir fi Stat Membru fejn id-distributur jew ridistributur mhuwiex stabbilit, it-taxxa tal-Membri Stati fuq il-fornitura għandha tkun dovuta lil xi kumpanija lit rid tkun reġistrata fl-Istat Membru fejn issir il-fornitura. Fil-każijiet kollha it-taxxa għandha ssir u miġbura skond proċeduri mniżżla minn kull Stat Membru.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess għandha tiġi kkonsidrata bħala distributur. Minkejja l-Artikolu 14(1)(a), Stati Membri jistgħu jeżentaw produtturi żgħar ta’ l-elettriku jekk kemm-il darba huma jintaxxaw il-prodotti ta’ enerġija użati għall-produzzjoni ta’ dik l-elettriku.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Código dos Impostos Especiais de Consumo (il-Kodiċi tad-Dazji tas-Sisa, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>CIEC<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1 –</NO.PARAG><ALINEA><P>Dawn li ġejjin huma suġġetti għad-dazji tas-sisa:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-każ tal-provvista tal-elettriku lill-konsumatur finali, il-fornituri, kif iddefiniti mil-leġiżlazzjoni speċjali, il-fornituri għall-mobbiltà elettrika, il-produtturi li jbigħu l-elettriku direttament lill-konsumaturi finali, l-awtoprodutturi u l-konsumaturi li jixtru l-elettriku permezz ta’ tranżazzjonijiet fis-swieq organizzati;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 taċ-ĊIEĊ:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1 –</NO.PARAG><ALINEA>Il-fatt li jwassal għat-taxxa huwa kkostitwit mill-produzzjoni jew l-importazzjoni fit-territorju nazzjonali tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 5, kif ukoll mid-dħul tagħhom fl-imsemmi territorju meta dawn ikunu ġejjin minn Stat Membru ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2 –</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti, il-fatt li jwassal għat-taxxa huwa kkostitwit fil-mument tal-provvista tal-elettriku u tal-gass naturali lill-konsumatur finali mill-fornituri, kif iddefiniti mil-leġiżlazzjoni speċjali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 taċ-CIEC jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1 –</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan il-kodiċi, huma meqjusa bħala rilaxx għall-konsum ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>il-provvista tal-elettriku lill-konsumatur finali, jew l-awtokonsum u x-xiri tal-elettriku minn konsumaturi finali fis-swieq organizzati;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 88 taċ-CIEC huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="088.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1 –</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma suġġetti għat-taxxa fuq il-prodotti petrolifiċi u tal-enerġija:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-elettriku li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2716.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="088.006"><NO.PARAG>6 –</NO.PARAG><ALINEA>Ma humiex suġġetti għat-taxxa l-prodotti petrolifiċi u tal-enerġija kkunsmati ġewwa stabbiliment tal-produzzjoni tal-imsemmija prodotti, ħlief dawk li jintużaw għal skopijiet li ma jinkludux din il-produzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 89 taċ-CIEC jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="089.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1 –</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma eżenti mit-taxxa l-prodotti petrolifiċi u tal-enerġija li fir-rigward tagħhom huwa stabbilit:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>li huma użati għall-produzzjoni tal-elettriku, tal-elettriku u tas-sħana (koġenerazzjoni), jew tal-gass tal-belt, minn entitajiet li jeżerċitaw dawn l-attivitajiet bħala l-attività prinċipali tagħhom, fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2701, 2702 u 2704, il-kodiċijiet NM <FT TYPE="CN">27101961</FT> sa <FT TYPE="CN">27101969</FT>, il-kodiċi NM 2711;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="089.002"><NO.PARAG>2 –</NO.PARAG><ALINEA><P>Huwa eżentat mit-taxxa l-elettriku li fir-rigward tiegħu huwa stabbilit li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>huwa użat għall-produzzjoni tal-elettriku, u biex iżomm il-kapaċità tal-produzzjoni tal-elettriku;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 96a taċ-CIEC jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="096A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1 –</NO.PARAG><ALINEA>Il-fornituri tal-elettriku rreġistrati u approvati skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, li jfornu lill-konsumatur finali, inkluż il-fornituri tal-elettriku għall-mobbiltà elettrika, għandhom jiġu rreġistrati fl-uffiċċju doganali kompetenti, għall-finijiet tal-obbligi fiskali previsti minn dan il-kodiċi.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="096A.003"><NO.PARAG>3 –</NO.PARAG><ALINEA>Il-kwantitajiet ta’ elettriku li għandhom jiġu ddikjarati għar-rilaxx għall-konsum huma l-ammonti ffatturati lill-klijenti konsumaturi finali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Turbogás teżerċita attività ta’ produzzjoni tal-elettriku ta’ oriġini termika. Hija topera l-impjant b’ċiklu kkombinat ta’ Tapada do Outeiro (il-Portugall) (iktar’ il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>impjant<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). Dan l-impjant termoelettriku b’kapaċità ta’ 990 megawatt jipproduċi l-elettriku mill-gass naturali u, fejn applikabbli, mid-diżil. Il-produzzjoni mill-impjant tirrappreżenta madwar 9 % tal-enerġija nazzjonali prodotta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-kuntest tas-sistema tal-elettriku nazzjonali, Turbogás hija kklassifikata bħala produttur u taqa’, għas-settur tal-produzzjoni tal-elettriku, taħt l-iskema legali ta’ produzzjoni tal-elettriku f’sistema ordinarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-ħidma interna tal-impjant, parti żgħira mill-elettriku prodott mill-installazzjoni hija wkoll ikkonsmata. Dan il-konsum isir b’mod parallel mal-proċess ta’ produzzjoni tal-elettriku, li għalih dan huwa inerenti. Matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE> u l-<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>perijodu rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), Turbogás ma kellhiex arloġġi li jkejlu l-ammont ta’ elettriku kkonsmat minnha stess u lanqas ma kien hemm dokumenti relatati ma’ din il-kwantità ta’ elettriku, peress li ma kienet saret l-ebda tranżazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Matul dan l-istess perijodu, Turbogás ma kienet intitolata, għall-elettriku kkonsmat minnha stess, għal ebda eżenzjoni skont l-Artikolu 89 taċ-CIEC, ma kinitx irreġistrata bħala operatur tas-settur tal-elettriku u lanqas ma kellha l-istatus ta’ destinatarju eżentat għall-użu tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Matul is-sena 2014, Turbogás kienet is-suġġett ta’ kontroll fiskali fir-rigward tal-perijodu rilevanti. Skont l-Awtorità Fiskali u Doganali, Turbogás naqset milli tagħmel id-dikjarazzjoni ta’ rilaxx għall-konsum skont l-Artikolu 10 taċ-CIEC għall-kwantitajiet ta’ elettriku kkonsmat minnha stess. Sabiex jiġu ddeterminati dawn il-kwantitajiet fil-kuntest ta’ dan il-kontroll, u fin-nuqqas tal-arloġġi installati għal dan l-iskop, l-informazzjoni pprovduta minn Turbogás ġiet ikkontroverifikata permezz tal-informazzjoni pprovduta mid-Direção-Geral de Energia e Geologia (id-Direttorat Ġenerali tal-Enerġija u l-Ġeoloġija, il-Portugall).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ġie kkunsidrat li Turbogás kienet responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-prodotti petrolifiċi u tal-enerġija għall-kwantitajiet ta’ elettriku kkonsmat minnha stess u li din it-taxxa kienet tammonta għal EUR 71 197.17, miżjuda bl-interessi kumpensatorji f’ammont ta’ EUR 4 986.52. Fil-<DATE ISO="20140805">5 ta’ Awwissu 2014</DATE>, att ta’ likwidazzjoni tal-imsemmija taxxa ġie nnotifikat lil Turbogás u, fl-<DATE ISO="20140814">14 ta’ Awwissu 2014</DATE>, din tal-aħħar għamlet il-pagament tal-ammont hekk likwidat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Rikors amministrattiv kontra dan l-att ta’ likwidazzjoni tressaq quddiem l-Amministrazzjoni Fiskali. Dan ir-rikors ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160107">7 ta’ Jannar 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20160420">20 ta’ April 2016</DATE>, Turbogás ippreżentat talba għat-twaqqif ta’ tribunal ta’ arbitraġġ fiskali, sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tal-att ta’ likwidazzjoni kkontestat kif ukoll iċ-ċaħda tar-rikors amministrattiv ippreżentat kontra dan l-att. Dan it-tribunal ta’ arbitraġġ ġie kkostitwit fl-<DATE ISO="20160701">1 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, is-soluzzjoni għat-tilwima fil-kawża prinċipali tiddependi fuq l-interpretazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2003/96. L-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni tipprovdi li entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess hija kkunsidrata distributur. Issa, fil-verżjoni tagħha bil-lingwa Portugiża, it-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni tistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>dawn il-produtturi żgħar<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jistgħu jiġu eżentati. Konsegwentement, għandu jiġi ddeterminat jekk humiex biss il-produtturi ż-żgħar tal-elettriku li għandhom jitqiesu distributuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tqis li d-diffikultà misjuba fl-interpretazzjoni ta’ dan l-artikolu hija riżultat tad-diverġenzi bejn il-verżjoni Portugiża u l-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa) (it-Tribunal ta’ Arbitraġġ Fiskali (Ċentru ta’ Arbitraġġ Amministrattiv), il-Portugall) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1)</NO.P><TXT>Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva [2003/96], sabiex jitqiesu bħala distributuri, u suġġetti għat-taxxa skont l-ewwel subparagrafu tal-istess Artikolu 21(5) [ta’ din id-Direttiva], l-entitatjiet li jipproduċu l-elettriku għall-użu tagħhom stess, għandhom ikunu produtturi żgħar, fejn il-kumplament tal-entitajiet (dawk li ma jkunux produtturi żgħar) li jipproduċu l-elettriku għall-użu tagħhom stess jiġu esklużi minn din il-kwalità ta’ distributuri jew għandhom jitqiesu bħala distributuri, u suġġetti għat-taxxa skont l-ewwel subparagrafu tal-istess Artikolu 21(5) [tal-imsemmija direttiva], l-entitajiet kollha li jipproduċu l-elettriku għall-użu tagħhom stess (indipendentement mid-daqs rispettiv u mill-fatt li jwettqu dan bħala attività ekonomika prinċipali jew aċċessorja), u li ma humiex eżentati, inkwantu produtturi żgħar, skont it-tieni parti tat-tielet subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 21(5) [tal-istess direttiva]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Konkretament, entità bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija produttriċi kbira tal-elettriku u li tasal tipproduċi madwar 9 % tal-enerġija nazzjonali għall-bejgħ lill-istess netwerk nazzjonali, għandha titqies bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[e]ntità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>, hekk kif imsemmi fl-Artikolu 21(5) tad-Direttiva [2003/96], meta parti żgħira biss mill-enerġija li hija tipproduċi tintuża fil-produzzjoni tagħha proprja ta’ elettriku ġdid bħala parti sħiħa mill-proċess produttiv tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2003/96 għandux jiġi interpretat fis-sens li kull entità, b’mod partikolari dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess, indipendentement mill-kobor ta’ dan l-użu u indipendentement mill-attività ekonomika li hija teżerċita b’mod prinċipali, għandha titqies li hija distributur, li l-elettriku tagħha għandu jkun suġġett għat-tassazzjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(5) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita permezz tal-Artikolu 267 TFUE, hija l-kompetenza ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha tiddeċiedi l-kawża mressqa quddiemha. F’dan id-dawl, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, jekk ikun meħtieġ, tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew ippreżentati lilha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Evroetil</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-503/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:872">EU:C:2011:872</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-fatt li qorti nazzjonali fformulat, fuq livell formali, it-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha billi rreferiet għal ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lil din il-qorti l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, anki jekk din ma tkunx irreferiet għalihom meta ressqet id-domandi tagħha. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tislet mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Essent Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-492/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:732">EU:C:2016:732</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, Turbogás tikkontesta l-legalità tal-ħlas impost, bħala taxxa fuq il-prodotti petrolifiċi u tal-enerġija, fuq il-parti mill-elettriku prodott li l-konsum tagħha huwa inerenti għall-proċess tal-produzzjoni tal-elettriku. Għalhekk, kif il-Kummissjoni Ewropea ssuġġerixxiet fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha u kif l-Avukat Ġenerali osserva<?PAGE NO="7"?> fil-punti 13 u 27 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandha tiġi eżaminata wkoll l-eżenzjoni li jista’ jkun hemm ta’ tali konsum taħt l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96, li jeżenta mit-tassazzjoni l-prodotti tal-enerġija u tal-elettriku użati biex jiġi prodott l-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li d-domandi magħmula jiġu fformulati mill-ġdid bħala li huma intiżi, essenzjalment, sabiex jiġi ddeterminat jekk it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 14(1)(a) ta’ din id-direttiva għandhomx jiġu interpretati fis-sens li entità, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess, indipendentement mill-kobor ta’ dan l-użu u indipendentement mill-attività ekonomika li hija teżerċita b’mod prinċipali, għandha titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>distributur<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li l-konsum tal-elettriku tagħha għall-finijiet tal-produzzjoni tal-elettriku jaqa’ madankollu taħt l-eżenzjoni obbligatorja prevista fl-imsemmi Artikolu 14(1)(a).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, l-ewwel sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2003/96 jiddefinixxi bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>distributur<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess. Il-verżjoni bil-lingwa Portugiża tat-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) ta’ din id-direttiva jipprovdi, min-naħa l-oħra, li l-Istati Membri jistgħu jeżentaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/><HT TYPE="ITALIC">estes pequenos produtores</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, espressjoni li tista’ tiġi tradotta bil-Franċiż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ces petits producteurs<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> [<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>dawn il-produtturi żgħar<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>]. Madankollu, verżjonijiet lingwistiċi oħra tad-Direttiva 2003/96, bħall-verżjoni Ġermaniża, Ingliża jew Franċiża, ma jipprovdux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>dawn il-produtturi żgħar<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, iżda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>il-produtturi żgħar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, isegwi li huwa possibbli li mill-imsemmija verżjoni Portugiża tiġi dedotta rabta bejn iż-żewġ sentenzi komponenti tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2003/96, li jimplika li l-entitajiet li jipproduċu l-elettriku għall-użu proprju tagħhom, previsti fl-ewwel sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) ta’ din id-direttiva għandhom jinftiehmu bħala li huma biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>produtturi żgħar<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Għaldaqstant, entità bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tiġi kkunsidrata distributur tal-elettriku. Madankollu, din l-interpretazzjoni ma hijiex dedotta mill-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kliem użat f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax iservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas ma jista’ jingħata prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom, fil-fatt, jiġu interpretati u applikati b’mod uniformi, fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti bil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fil-każ ta’ diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Gusa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-442/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1004">EU:C:2017:1004</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istruttura tad-Direttiva 2003/96, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tagħha jipprevedi li l-provvista tal-elettriku mid-distributur tikkostitwixxi l-fatt li jwassal għat-taxxa inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, fis-sitwazzjoni fejn entità tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess, dan l-elettriku ma jkunx suġġett għal distribuzzjoni. Huwa għalhekk li, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi li jissuġġettaw għall-imsemmija taxxa tali elettriku, dan ma jkunx jaqa’ taħt is-sistema ta’ tassazzjoni armonizzata stabbilita mid-Direttiva 2003/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Billi jipprovdi li entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess, indipendentement mill-kobor ta’ dan l-użu u indipendentement mill-attività ekonomika li hija teżerċita b’mod prinċipali, għandha titqies li hija distributur, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tal-imsemmija direttiva għandu preċiżament l-għan li jimla din il-lakuna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2003/96. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li din id-direttiva, billi tipprevedi sistema ta’ tassazzjoni armonizzata ta’ prodotti tal-enerġija u tal-elettriku, hija intiża, kif jirriżulta mill-premessi 2 sa 5 u 24 tagħha, sabiex tippromwovi l-funzjonament tajjeb tas-suq intern fis-settur tal-enerġija, billi jiġu evitati, b’mod partikolari, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Hüttenwerke Krupp Mannesmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:640">EU:C:2017:640</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Cristal Union</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑31/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:168">EU:C:2018:168</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għal dan l-għan, fir-rigward, b’mod partikolari, tal-elettriku, il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel, kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-paġna 5 tal-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tirriforma l-qafas Komuntarju ta’ tassazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="139" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="1997">ĠU 1997, C 139, p. 14</REF.DOC.OJ>), li jobbliga lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/96, jintaxxaw l-elettriku ddistribwit, filwaqt li l-prodotti tal-enerġija użati għall-produzzjoni ta’ dan tal-aħħar għandhom, b’mod korrelattiv, jiġu eżentati mit-taxxa, u dan bl-għan li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja tal-elettriku (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Cristal Union</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑31/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:168">EU:C:2018:168</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Huwa b’eċċezzjoni għal dan il-prinċipju ta’ tassazzjoni fuq l-output tal-elettriku li t-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) ta’ din id-direttiva jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jeżentaw mit-tassazzjoni l-elettriku prodott mill-produtturi żgħar u kkonsmat għall-użu tagħhom stess, kemm-il darba huma jintaxxaw il-prodotti tal-enerġija użati għall-produzzjoni ta’ dan l-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2003/96, din id-dispożizzjoni dwar il-produtturi żgħar għandha biss rabta mal-modalitajiet li skonthom l-elettriku huwa suġġett għas-sistema ta’ tassazzjoni armonizzata, sabiex jiġu evitati, b’mod partikolari, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 21 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-ispejjeż amministrattivi marbuta mat-tassazzjoni f’din iċ-ċirkustanza partikolari, mingħajr madankollu ma għandha impatt fuq l-istatus ta’ distributur mogħti skont l-ewwel sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li kull entità, b’mod partikolari dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess, indipendentement mill-kobor ta’ dan l-użu u indipendentement mill-attività ekonomika eżerċitata b’mod prinċipali, għandha tiġi kkunsidrata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>distributur<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi ppreċiżat li din il-konklużjoni dwar il-fatt li jwassal għat-taxxa kkonċernata ma taffettwax, madankollu, il-fatt li l-attività ekonomika eżerċitata minn entità li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess hija rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet previsti mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96, li tipprovdi li l-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati biex jipproduċu l-elettriku u l-elettriku użat sabiex tinżamm il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-elettriku huma eżentati mit-tassazzjoni, ma tistax tiġi injorata għall-finijiet tal-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fiskali ta’ entità bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li din id-dispożizzjoni timponi fuq l-Istati Membri, mingħajr ħsara għall-possibbiltà lilhom mogħtija, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96, li jidderogaw minn din is-sistema ta’ eżenzjoni għal raġunijiet relatati mal-ħarsien tal-ambjent (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Cristal Union</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑31/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:168">EU:C:2018:168</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, ma jirriżultax mill-proċess li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha li r-Repubblika Portugiża għamlet użu minn din il-possibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-użu, minn entità bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ parti mill-elettriku prodott għall-finijiet tal-produzzjoni tal-elettriku, filwaqt li jikkostitwixxi fatt li jwassal għat-taxxa, skont l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 21(5) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi eżentat mit-tassazzjoni skont l-Artikolu 14(1)(a) tal-imsemmija direttiva. Kull interpretazzjoni oħra tkun ta’<?PAGE NO="9"?> ħsara għall-għanijiet segwiti minn din tal-aħħar, kif imfakkra fil-punti 34 u 35 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, minn naħa, l-elettriku prodott b’dan il-mod huwa neċessarjament suġġett għal tassazzjoni doppja. Min-naħa l-oħra, dan jista’ jwassal għal inugwaljanza fit-trattament bejn entitajiet bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali u l-produtturi l-oħra tal-elettriku li jirrikorru għal provvista ta’ prodotti tal-enerġija u ta’ elettriku mingħand terzi għall-finijiet tal-produzzjoni tagħhom stess, u dan ikun sors ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Cristal Union</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-31/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:168">EU:C:2018:168</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu, madankollu, jiġi ppreċiżat li d-Direttiva 2003/96 ma tirregolax il-kwistjoni dwar kif għandha tiġi prodotta l-prova tal-użu tal-prodotti tal-enerġija għal finijiet tal-għoti ta’ dritt għal eżenzjoni. Għall-kuntrarju, kif jirriżulta mill-Artikolu 14(1) tagħha, din id-direttiva tagħti lill-Istati Membri l-kompitu li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni, bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u ċara ta’ dawn l-eżenzjonijiet u li jiġu impediti l-frodi, l-evażjoni jew l-abbużi. Xorta jibqa’ l-fatt li, fl-eżerċizzju tas-setgħa li huma għandhom sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li għalihom huma suġġetti l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 14(1) tal-imsemmija direttiva, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipji ġenerali tad-dritt li jifformaw parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, li fosthom jinsab, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ proporzjonalità (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Polihim-SS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑355/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:403">EU:C:2016:403</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi, minkejja li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja għall-ksur tar-rekwiżiti formali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>ROZ-ŚWIT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:400">EU:C:2016:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tali ksur ma jistax jaffettwa l-benefiċċju tal-eżenzjoni obbligatorja prevista fl-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96 jekk il-kundizzjonijiet fil-mertu relatati mal-applikazzjoni tagħha jkunu ssodisfatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Vakarų Baltijos laivų statykla</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑151/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:537">EU:C:2017:537</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għad-domandi magħmula għandha tingħata r-risposta li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96 għandhom jiġu interpretati fis-sens li entità, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess, indipendentement mill-kobor ta’ dan l-użu u indipendentement mill-attività ekonomika li hija teżerċita b’mod prinċipali, għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>distributur<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li l-konsum tal-elettriku tagħha għall-finijiet tal-produzzjoni tal-elettriku jaqa’ madankollu taħt l-eżenzjoni obbligatorja prevista fl-imsemmi Artikolu 14(1)(a).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) u l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96/KE tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE> li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku għandhom jiġu interpretati fis-sens li entità, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipproduċi l-elettriku għall-użu tagħha stess, indipendentement mill-kobor ta’ dan l-użu u indipendentement mill-attività ekonomika li hija teżerċita b’mod prinċipali, għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>distributur<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li l-konsum tal-elettriku tagħha għall-finijiet tal-produzzjoni tal-elettriku jaqa’ madankollu taħt l-eżenzjoni obbligatorja prevista fl-imsemmi Artikolu 14(1)(a).</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="10"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>