|
18.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1960
tas-17 ta’ Ottubru 2022
li jiffissa l-volumi tal-iskattar għas-snin 2023 u 2024 għall-finijiet tal-applikazzjoni possibbli ta’ dazji fuq l-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 183, tal-ewwel paragrafu, il-punt (b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 39 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 (2) jipprevedi li dazju tal-importazzjoni addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jista’ jiġi applikat għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Dak id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali jrid japplika jekk il-kwantità ta’ kwalunkwe wieħed mill-prodotti mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera għal kwalunkwe wieħed mill-perjodi ta’ applikazzjoni stabbiliti f’dak l-Anness jaqbeż il-volum tal-iskattar tal-importazzjonijiet f’sena għal dak il-prodott. Dazji tal-importazzjoni addizzjonali jistgħu ma jiġux imposti fil-każ li l-importazzjonijiet ma jkunux mistennija jfixklu s-suq tal-Unjoni, jew fil-każ li l-effetti jkunu sproporzjonati għall-objettiv maħsub. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-volumi indikattivi (tal-iskattar) tal-importazzjonijiet għall-applikazzjoni possibbli ta’ dazji tal-importazzjoni addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex, huma ugwali għal 125 % tal-importazzjonijiet medji ta’ kull prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ applikazzjoni għat-tliet snin preċedenti peress li l-konsum domestiku ma jitqiesx. Abbażi tad-data nnotifikata mill-Istati Membri għas-snin 2019, 2020 u 2021, jenħtieġ li għas-snin 2023 u 2024, jiġu ffissati l-volumi tal-iskattar għal ċertu frott u ħxejjex. |
|
(3) |
Filwaqt li jitqies li dak il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dazji tal-importazzjoni addizzjonali possibbli, kif stipulat fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892, jibda għal għadd ta’ prodotti fl-1 ta’ Jannar, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2023, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-snin 2023 u 2024, il-volumi tal-iskattar imsemmija fl-Artikolu 182(1),tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 57).
ANNESS
Volumi tal-iskattar għall-prodotti u l-perjodi stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892, għall-applikazzjoni possibbli ta’ dazji tal-importazzjoni addizzjonali
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa bħala li hija biss indikattiva. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali jiġi ddeterminat mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-applikazzjoni |
Volum tal-iskattar (f’tunnellati) |
|
|
2023 |
2024 |
||||
|
78.0020 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
|
105 518 |
|
78.0015 |
Mill-1 ta’ Ottubru |
sal-31 ta’ Mejju |
689 880 |
||
|
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru |
|
59 702 |
|
78.0075 |
Mill-1 ta’ Novembru |
sat-30 ta’ April |
36 105 |
||
|
78.0085 |
0709 91 00 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta’ Novembru |
sat-30 ta’ Ġunju |
13 312 |
|
78.0100 |
0709 93 10 |
Zukkini |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru |
|
77 645 |
|
78.0110 |
0805 10 22 0805 10 24 0805 10 28 |
Larinġ |
Mill-1 ta’ Diċembru |
sal-31 ta’ Mejju |
359 707 |
|
78.0120 |
0805 22 00 |
Klementini |
Mill-1 ta’ Novembru |
sal-aħħar ta’ Frar |
85 252 |
|
78.0130 |
0805 21 0805 29 00 |
Mandolin (inkluż tanġerini u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili |
Mill-1 ta’ Novembru |
sal-aħħar ta’ Frar |
140 254 |
|
78.0160 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju |
|
59 771 |
|
78.0155 |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru |
|
411 086 |
||
|
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mis-16 ta’ Lulju sas-16 ta’ Novembru |
|
81 284 |
|
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu |
|
323 981 |
|
78.0180 |
Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru |
|
63 904 |
||
|
78.0220 |
0808 30 90 |
Lanġas |
Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April |
|
135 993 |
|
78.0235 |
Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru |
|
27 870 |
||
|
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju |
|
11 842 |
|
78.0265 |
0809 29 00 |
Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa |
Mis-16 ta’ Mejju sal-15 ta’ Awwissu |
|
47 293 |
|
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk |
Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
|
18 937 |
|
78.0280 |
0809 40 05 |
Għajnbaqar |
Mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
|
49 195 |