11.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/59


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1188

tat-8 ta’ Lulju 2022

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 fir-rigward tal-Istati Membri jew partijiet minnhom li għalihom huma approvati miżuri nazzjonali għal ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 226(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/260 (2) tistabbilixxi listi ta’ Stati Membri u partijiet minnhom li huma meqjusa bħala ħielsa minn ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi, mhux elenkat fl-Artikolu 9(1), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2016/429, jew li huma soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard.

(2)

Stati Membri addizzjonali jew partijiet minnhom, jistgħu jiżdiedu mal-lista ta’ żoni ħielsa mill-mard fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, jew mal-lista ta’ żoni li huma soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, jekk il-Kummissjoni tiġi nnotifikata minn qabel, bi kwalunkwe miżura li tista’ taffettwa l-movimenti ta’ annimali akkwatiċi bejn l-Istati Membri, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu approvati, jew jekk ikun meħtieġ, emendati.

(3)

Id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Portugall u s-Slovenja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar partijiet mit-territorji tagħhom, li jenħtieġ li jiġu approvati bħala ħielsa mill-mard f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429. Dawn jinkludu żewġ żoni li huma ħielsa mill-Marda tal-virus tal-erpete tal-koi (KHV), u diversi kompartimenti li huma ħielsa jew mill-Marda batterika tal-kliewi (BKD), jew mill-KHV, jew mill-Virus tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN). Id-Danimarka nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni b’diversi kompartimenti li huma soġġetti għal programmi ta’ eradikazzjoni għall-BKD jew l-IPN u li jenħtieġ li jiġu approvati, f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni mressqa mid-Danimarka, mill-Finlandja, minn Franza, mill-Italja, mill-Portugall u mis-Slovenja dwar il-miżuri nazzjonali li ħadu, f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429, sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni jew jillimitaw it-tixrid ta’ dak il-mard. Il-Kummissjoni hija sodisfatta li dawk il-miżuri nazzjonali huma meħtieġa għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni jew għall-kontroll tat-tixrid tal-mard. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk il-miżuri nazzjonali jiġu approvati, u jenħtieġ li ż-żoni u l-kompartimenti li japplikaw fihom jiġu elenkati fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260.

(5)

Għalhekk jixraq li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 jiġi emendat, biex jitqiesu ż-żoni ħielsa mill-KHV fi Franza u fl-Italja, il-kompartimenti ħielsa mill-BKD u mill-IPN fid-Danimarka, il-kompartimenti ħielsa mill-BKD fil-Finlandja, il-kompartimenti ħielsa mill-KHV fi Franza u l-Portugall, u l-kompartimenti ħielsa mill-IPN fis-Slovenja. L-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex jitqiesu l-kompartimenti li huma soġġetti għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-BKD u l-IPN fid-Danimarka.

(6)

Barra minn hekk, l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kompartimenti kollha tal-virus tal-erpete 1 μvar tal-gajdri (OsHV-1μvar) fit-territorju tagħha, li huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, jenħtieġ li jitneħħew mil-lista. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 jiġi emendat biex iqis dik il-bidla fl-istatus tal-kompartimenti ħielsa mill-OsHV-1μvar fl-Irlanda.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 huma sostitwiti bit-test mogħti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/260 tal-11 ta’ Frar 2021 li tapprova miżuri nazzjonali mfassla biex jillimitaw l-impatt ta’ ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (ĠU L 59, 19.2.2021, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

L-Istati Membri  (1) jew partijiet minnhom, meqjusa bħala ħielsa minn ċertu mard li jaffettwa l-annimali akkwatiċi u li għalihom il-miżuri nazzjonali huma approvati f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429

Marda

Stat Membru

Kodiċi

Demarkazzjoni ġeografika taż-żona li għaliha huma approvati l-miżuri nazzjonali

Marda tal-virus tal-erpete tal-koi (KHV)

Franza

FR

Iż-żona tad-Durançole, mis-sors tax-xmara Durançole sal-iżbokk minn FR 13092001 CE Ferme Marine de la Durançole

Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:

FR 17116001 CE

Pisiculture de l’EARL Carpio

FR 34023506 CE

SCEA les poissons du Soleil

FR 34195501 CE

Olivier Germaine – Pisciculture

FR 39366002 CE

Pisciculture du Moulin de Pierre

FR 63263022 CE

Pisciculture de Fontanas

FR 66190003 CE

SCEA les poissons du Soleil

FR 72261001 CE

Ecloserie de l’AAPPMA de Conlie – Bernay – Ruillé

FR 72294001 CE

Ecloserie de l’AAPPMA 72 – Sougé Le Ganelon

L-Italja

IT

Iż-żona tal-għadajjar Monticolo li tinkludi l-mafqas IT004BZ106, il-“Grande lago di Monticolo/Große Montiggler see” u l-“Piccolo lago di Monticolo/Keliner Montiggler see”

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Il-Portugall

PT

Il-kompartiment li ġej magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:

PT 06 001 CP Herdade de Entre Águas/PT

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

UK(NI)

L-Irlanda ta’ Fuq

Viremija tar-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC)

Id-Danimarka

DK

It-territorju kollu

Il-Finlandja

FI

It-territorju kollu

L-Ungerija

HU

It-territorju kollu

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

L-Iżvezja

SE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

UK(NI)

L-Irlanda ta’ Fuq

Marda batterika tal-kliewi (BKD)

Id-Danimarka

DK

Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:

42939

Trinbak Dambrug Brænderigårdens

84470

Dambrug

103471

Abildvad Dambrug

103559

Fårup Mølle Dambrug

103587

Trend Å Dambrug

103623

Hårkjær Dambrug

103647

Egebæk Dambrug

103670

Refsgårds Dambrug

103682

Sangild Dambrug

103733

Skade Dambrug

117789

Funderholme Fiskeopdræt

118656

AquaSearch Ova, Billund

118844

Ravning ægpakkeri

128165

Ollerupgård Dambrug

Il-Finlandja

FI

Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbilimenti tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:

177-1/

Hanka-Taimen Oy,

177-2

Il-farms tal-ħut Vanaja u Venekoski

386-1

Il-farm tal-ħut Pohjois-Karjalan kalanviljely Oy, Keskijärvi

386-2

Il-farm tal-ħut Pohjois-Karjalan kalanviljely Oy, Kontiolahti

065-3

Il-farm tal-ħut Kainuun Lohi Oy, Likolampi

185-2

Il-mafqas Terhontammi Oy, Sorsakoski

383

Il-mafqas Kuusamon Jalokala Oy, Käylä

253-3

Natural Resources Institute Finland - Luke, Il-farm tal-ħut Taivalkoski

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

UK(NI)

L-Irlanda ta’ Fuq

Nekrożi pankreatika infettiva (IPN)

Id-Danimarka

DK

Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:

42939

Trinbak Dambrug

83138

Hallesøhuse Dambrug

84470

Brænderigårdens Dambrug

103554

Fruerlund Dambrug

103559

Fårup Mølle Dambrug

103571

Hallesø Dambrug

103623

Hårkjær Dambrug

103640

Munkbro Dambrug

103647

Egebæk Dambrug

103668

Ravning Dambrug

103670

Refsgårds Dambrug

103682

Sangild Dambrug

103802

Ådal Dambrug

103910

Piledal Dambrug

104106

Hallundbæk Dambrug

106296

Mølbjerg Dambrug

106314

Ravningkær Dambrug

117789

Funderholme Fiskeopdræt

118656

AquaSearch Ova, Billund

118844

Ravning ægpakkeri

121851

Gadegård Dambrug

122355

FREA

125770

Aquasearch Ova

128165

Ollerupgård Dambrug

129695

Ravning Avlsstation

Il-Finlandja

FI

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

Is-Slovenja

SI

Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:

 

SIRIB050108 Pšata

 

SIRIB120102 Ilirska Bistrica

L-Iżvezja

SE

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS)

Il-Finlandja

FI

Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma tat-Tenojoki u tan-Näätämöjoki; iż-żoni tal-ġbir tal-ilma tal-Paatsjoki, tat-Tuulomajoki, u tal-Uutuanjoki jitqiesu bħala żoni ta’ lqugħ

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

UK(NI)

L-Irlanda ta’ Fuq

Virus tal-erpete 1 μνar tal-gajdri (OsHV-1 μνar)

Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

UK(NI)

It-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq għajr għall-bajja ta’ Dundrum, il-bajja ta’ Killough, Lough Foyle, Carlingford Lough, Larne Lough u Strangford Lough

L-infezzjoni bl-alfavirus tas-salmonidi (SAV)

Il-Finlandja

FI

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

ANNESS II

L-Istati Membri  (2) jew partijiet minnhom, bi programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard li jaffettwa l-annimali akkwatiċi u li għalihom il-miżuri nazzjonali huma approvati f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429

Marda

Stat Membru

Kodiċi

Demarkazzjoni ġeografika taż-żona li għaliha ġew approvati l-miżuri nazzjonali

Marda batterika tal-kliewi (BKD)

Id-Danimarka

DK

Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:

92158

Hørup Mølle Dambrug

108516

Hulsig Dambrug

118738

Øster Højgård Avlsdambrug

122491

Tarp dambrug

129695

Ravning Avlsstation

L-Iżvezja

SE

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

Nekrożi pankreatika infettiva (IPN)

Id-Danimarka

DK

Il-kompartimenti individwali li ġejjin, kull wieħed minnhom magħmul minn stabbiliment tal-akkwakultura bin-numru tal-approvazzjoni speċifikat:

92158

Hørup Mølle Dambrug

103606

Lundby Dambrug

108516

Hulsig Dambrug

122491

Tarp dambrug

L-Iżvezja

SE

Il-partijiet kostali tat-territorju

”

(1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

(2)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.