European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1354

9.7.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1354

tat-8 ta’ Lulju 2025

li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/219/PESK (1) dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali).

(2)

Fit-13 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/762 (2), li, inter alia, stabbiliet Ċellula ta’ Konsulenza u Koordinazzjoni Reġjonali (RACC) fi ħdan l-EUCAP Sahel Mali b’objettivi speċifiċi marbuta mal-istrutturi u l-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel. Ir-RACC hija organizzata mill-Artikolu 14.a tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK.

(3)

Fis-27 ta’ Jannar 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/166 (3), li estendiet l- EUCAP Sahel Mali sal-31 ta’ Jannar 2027, bl-eċċezzjoni tar-RACC, li ġiet estiża sal-31 ta’ Lulju 2025.

(4)

Fid-29 ta’ April 2025, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel dwar estensjoni ulterjuri tar-RACC sal-31 ta’ Jannar 2026.

(5)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/219/PESK tiġi emendata skont dan.

(6)

EUCAP Sahel Mali ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel l-ilħuq tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2014/219/PESK, it-tieni sentenza tal-Artikolu 18 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2027, ħlief għall-Artikolu 14a, li għandu japplika sal-31 ta’ Jannar 2026.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

S. LOSE


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta’ April 2014 dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/219/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/762 tat-13 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/762/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/166 tas-27 ta’ Jannar 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea f’Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L, 2025/166, 28.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/166/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1354/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)