|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/685 |
30.1.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW
tad-19 ta’ Jannar 2026
li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għall-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew
(C/2026/685)
IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Artikolu 25 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 73(1) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għall-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2) (il-“Miżuri ta’ Implimentazzjoni”), l-ammonti tal-ammont massimu rimborżabbli fix-xahar għall-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa għal dawk il-Membri li jkunu rrinunzjaw għad-dritt tagħhom għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi skont ir-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni kontra r-riskju ta’ mard tal-Komunitajiet Ewropej (3), tal-allowances relatati mal-ivvjaġġar u tal-limiti massimi tar-rimborż u tal-allowance għas-sussistenza ta’ kuljum għandhom, meta dan ikun xieraq, jiġu indiċizzati kull sena min-naħa tal-Bureau. Tali żieda ma għandhiex taqbeż ir-rata ta’ inflazzjoni annwali fl-Unjoni f’Ottubru tas-sena ta’ qabel, kif ippubblikata mill-Eurostat. |
|
(2) |
Ir-rata ta’ inflazzjoni fl-Unjoni f’Ottubru 2025, kif notifikata mill-Eurostat fid-19 ta’ Novembru 2025, hija ta’ 2,5 %. L-ammonti l-ġodda li jirriżultaw mill-aġġustament jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Frar 2026, u l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3(5), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta benefiċjarju jirrinunzja għad-dritt tiegħu għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi, huwa għandu jkollu d-dritt għar-rimborż ta’ żewġ terzi tal-kontribuzzjoni dovuta għall-assigurazzjoni tas-saħħa sa rimborż massimu ta’ EUR 410 fix-xahar.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 15(2), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 20(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 22(8), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-ammont massimu annwali li jista’ jiġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jkunu effettivament inkorsi mill-presidenti ta’ kumitati jew ta’ sottokumitati li jivvjaġġaw sabiex jattendu konferenza jew avveniment li jittratta kwistjoni ta’ interess Ewropew fl-ambitu tar-responsabbiltà tal-kumitat jew is-sottokumitat tagħhom u li jkollu dimensjoni parlamentari, għandu jkun ta’ EUR 5 008. Parteċipazzjoni bħal din għandha teżiġi awtorizzazzjoni minn qabel mill-President tal-Parlament, wara li ssir verifika li jkunu disponibbli l-approprjazzjonijiet sal-ammont massimu indikat hawn fuq.”; |
|
(6) |
fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2026.
(1) Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/684/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-11 ta’ Settembru 2023 dwar il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għall-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Bureau tad-19 ta’ Mejju u d-9 ta’ Lulju 2008 (ĠU C, C/2024/2814, 26.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2814/oj).
(3) Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni tal-impjegati tal-Komunitajiet Ewropej kontra r-riskju ta’ mard, imfassla bi qbil komuni bejn l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/685/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)