|
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
30 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 898/2006
tad-19 ta' Ġunju 2006
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 fir-rigward tal-limiti tal-qbid u l-limitazzjoni ta' l-isforzi tas-sajd fuq is-sajd għaċ-ċiċċirell [sallur] fiż-żoni ICES IIa (ibħra tal-KE), IIIa u IV (ibħra tal-KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 51/2006 tat-22 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi għall-2006 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma' ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 7(4) tiegħu;
Billi:
|
(1) |
Limiti tal-qbid u limitazzjonijiet fuq l-isforz tas-sajd għaċ-ċiċċirell fiż-żoni ICES IIa (ibħra tal-KE), IIIa u IV (ibħra tal-KE) huma proviżorjament stipulati fl-Annessi IA u IID tar-Regolament (KE) Nru 51/2006. |
|
(2) |
Skond il-punt 6 ta' l-Anness IID tar-Regolament (KE) Nru 51/2006, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-limiti tal-qbid u l-limitazzjonijiet ta' l-isforz tas-sajd għall-2006 abbażi tal-pariri mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) dwar id-daqs tal-kategorija tas-sena 2005 taċ-ċiċċirell tal-Baħar tat-Tramuntana. Fejn l-STECF tistima d-daqs tal-klassi tas-sena 2005 taċ-ċiċċirell tal-Baħar tat-Tramuntan għal bejn 300 000 miljun u 500 000 miljun individwu jew aktar fl-eta ta' 0, in-numru ta' jiem-kilowatt m'għandux jaqbeż il-livell fl-2003 ikkalkulat bħala t-total ta' jiem-kilowatt għal kull sena u l-qabdiet totali permissibbli (TAC) għall-2006 għandhom jiġu ffissati għal 300 000 tunnellata. It-total ta' jiem-kilowatt għal kull sena huma kkalkulati bħala l-prodott tan-numru ta' jiem preżenti f'żona u l-qawwa tal-magni installati f'kilowatt. |
|
(3) |
L-STECF stmat id-daqs tal-klassi tas-sena 2005 għal mhux inqas minn 324 000 miljun individwu fl-eta 0. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 51/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 51/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness IA huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-Anness IID, il-punt 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta'Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Anness IA mar-Regolament (KE) Nru 51/2006 huwa emendat kif ġej:
Il-partita dwar l-ispeċi ċiċċirell fiż-żona IIa, (ibħra tal-KE) u IIIa, IV (ibħra tal-KE) tinbidel b'li ġej:
|
|
|||||||
|
“Id-Danimarka |
282 989 |
TAC analitiku
japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru. 847/96.
|
||||||
|
Ir-Renju Unit |
6 186 |
|||||||
|
L-Istati Membri kollha |
10 825 (2) |
|||||||
|
KE |
300 000 |
|||||||
|
in-Norveġja |
||||||||
|
TAC |
300 000 |
|||||||
(1) Minbarra l-ibħra f'distanza ta' 6 mili mil-linji ta' bażi tar-Renju Unit fl-inħawi ta' Shetland,
Fair Isle u Foula.
(2) Minbarra d-Denmark u r-Renju Unit.
(3) Biex jinqabad fil-Baħar tat-Tramuntana.
(4) Soġġett għar-reviżjoni matul l-2006.”