Subject of the case

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew li jinnotifika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE, tal-24 ta’ Ottubru 2006, li timplementa d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja u ċerti kundizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani (ĠU L 314M, p. 272).

Dispożittiv

1) Billi ma adottax, fit-terminu previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE, tal-24 ta’ Ottubru 2006, li timplementa d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta’ ħsara serja u ċerti kundizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ tessuti u ċelluli umani, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-imsemmija direttiva, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2) Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.