|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4993 |
30.9.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/4993)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Λευκωσία”
Nru ta’ referenza tal-UE: PGI-CY-A1621-AM02 — 1.7.2026
1. Isem il-prodott
Λευκωσία
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
DOP |
|
☑ |
IĠP |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Ċipru
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru tal-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent - Id-Dipartiment tal-Agrikoltura - it-Taqsima tal-Vitikultura u l-Enoloġija
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-emendi jikkonċernaw (a) id-deskrizzjoni tal-inbid, (b) il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid klassifikati li minnhom jiġi prodott l-inbid, u (c) ir-rendimenti massimi għal kull ettaru.
L-emendi standard inkwistjoni jaqgħu taħt l-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
L-għan ta’ dawn l-emendi standard huwa li tittejjeb l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) Λευκωσία, mingħajr ir-riskju li titħassar ir-rabta maż-żona ġeografika stabbilita fid-dokument uniku jew li tinvolvi restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
L-emenda ma tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem jew tal-kategorija tal-prodott [kif stabbilit għall-inbid fl-Artikolu 24(3)(a)(ii) tar-Regolament (UE) 2024/1143].
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Deskrizzjoni tal-emendi
Deskrizzjoni
L-emendi standard jinkludu:
|
(a) |
riformulazzjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE u/jew nazzjonali fis-seħħ dwar il-karatteristiċi analitiċi, speċifikament li jissostitwixxu l-medji b’limiti minimi u massimi għall-parametri meħtieġa għall-inbejjed bojod, kif ukoll iż-żieda ta’ limiti minimi u massimi għall-parametri meħtieġa għall-inbejjed rożè u ħomor; |
|
(b) |
riformulazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi, speċifikament il-parametri tal-“apparenza”, l-“aroma” u t-“togħma” għall-inbejjed bojod ġew supplimentati/ikkoreġuti b’deskrizzjonijiet sħaħ, u l-kwalitajiet organolettiċi tal-inbejjed rożè u ħomor ġew miżjuda; |
|
(c) |
aġġornament tal-varjetajiet speċifiċi tal-għeneb tal-inbid, inkluża l-korrezzjoni tal-ismijiet f’konformità mal-klassifikazzjoni nazzjonali l-ġdida fis-seħħ u l-varjetà “Vasilissa” ġiet miżjuda; |
|
(d) |
ir-rendimenti massimi għal kull ettaru ġew differenzjati/ikkoreġuti skont it-tip ta’ nbid (abjad, rożè u aħmar). |
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“Λευκωσία”
Nru ta’ referenza tal-UE: PGI-CY-A1621-AM02 — 1.7.2026
1. Isem/Ismijiet
Λευκωσία
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
DOP |
|
☑ |
IĠP |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Ċipru
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Inbid abjad
Karatteristiċi organolettiċi
Fit-tazza, l-inbid ikun ta’ kulur isfar ċar li jagħti fl-aħdar u li jista’ jsir aktar isfar wara l-estrazzjoni qabel il-fermentazzjoni f’temperatura baxxa, segwit minn tqaddim possibbli wara l-fermentazzjoni fuq in-naqal u tħawwid (sur lies u bâtonnage), u/jew tqaddim f’bittija tal-injam jew fil-flixkun.
Il-fwieħa tikkonsisti minn aromi ta’ frott bil-polpa bajda, frott tropikali u fjuri skont il-varjetajiet li minnhom jiġi prodott u t-teknika tal-produzzjoni tal-inbid użata, u possibbilment noti ta’ ħwawar wara l-maturazzjoni/t-tqaddim fi btieti tal-injam.
Fuq il-palat l-inbid huwa robust minħabba l-alkoħol naturali, il-mineralità u l-aċidità vivaċi u jħalli togħma aromatika li ddum għal żmien moderat.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
20 |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
10 |
|
Aċidità totali minima: |
46,6 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
200 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
—
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbid aħmar
Karatteristiċi organolettiċi
Fit-tazza l-inbid ikun ċar b’riflessjonijiet vjola u diversi sfumaturi ta’ aħmar skur li jista’ jsir aħmar lewn il-brikks wara li jitqaddem fil-flixkun.
Il-fwieħa hija kumplessa u tikkonsisti minn irwejjaħ ta’ frott aħmar u ħxejjex aromatiċi skont il-varjetajiet tal-għeneb li minnhom ġie prodott u t-teknika tal-produzzjoni tal-inbid użata, possibbilment b’noti ta’ ħwawar wara l-maturazzjoni/t-tqaddim fi btieti tal-injam.
Fuq il-palat, l-inbid huwa robust minħabba l-alkoħol naturali u għandu struttura tajba b’tannini robusti, aċidità bilanċjata u finitura aromatika medja sa twila.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
20 |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
11 |
|
Aċidità totali minima: |
46,6 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
150 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
—
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Inbid rożè
Karatteristiċi organolettiċi
L-inbid huwa ċar u ta’ lewn bejn il-qoxra tal-basla, is-salamun jew il-ward u sfumaturi oħra ta’ aħmar.
Il-fwieħa tikkonsisti minn aromi ta’ bakek ħomor u ħxejjex aromatiċi skont il-varjetajiet tal-għeneb li minnhom jiġi prodott u t-teknika tal-produzzjoni tal-inbid użata.
Fuq il-palat l-inbid huwa robust minħabba l-alkoħol naturali, il-mineralità u l-aċidità vivaċi u jħalli togħma aromatika li ddum għal żmien moderat.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
20 |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
10 |
|
Aċidità totali minima: |
46,6 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
200 |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
—
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
—
Restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbid
Il-vinji jridu jiddaħħlu fir-reġistru tal-vinji tal-awtorità kompetenti, u jkollhom mhux inqas minn 4 snin, b’mill-inqas 168 pjanta għal kull dekaru.
Kultivazzjoni: b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi matul kull staġun tal-vitikultura.
Żbir: kull staġun tal-vitikultura
—
Restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni tal-inbid
Il-vinifikazzjoni trid issir fiż-żona amministrattiva rilevanti jew fil-viċinanza immedjata.
7.2. Rendimenti massimi
Inbid abjad
|
Rendiment massimu: |
14 000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
Inbid rożè
|
Rendiment massimu: |
10 500 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
Inbid aħmar
|
Rendiment massimu: |
10 500 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
Alicante Bouschet |
|
— |
Altesse |
|
— |
Cabernet Franc |
|
— |
Cabernet Sauvignon |
|
— |
Carignan — Carignan Noir |
|
— |
Chardonnay |
|
— |
Chenin Blanc |
|
— |
Cinsaut — Cinsault, Oeillade |
|
— |
Gamay — Gamay Noir |
|
— |
Gewurztraminer — Traminer |
|
— |
Grenache — Grenache Noir |
|
— |
Malbec |
|
— |
Malvasia Bianca |
|
— |
Malvasia Grossa |
|
— |
Malvasia Lunga |
|
— |
Malvasia di Candia — Malvasia Aromatica |
|
— |
Merlot — Merlot Noir |
|
— |
Mourvedre — Mataro |
|
— |
Mueller Thurgau — Muller Thurgau |
|
— |
Palomino |
|
— |
Pinot Blanc |
|
— |
Pinot Noir |
|
— |
Riesling — Rhine Riesling |
|
— |
Sangiovese |
|
— |
Sauvignon Blanc |
|
— |
Semillon |
|
— |
Sylvaner |
|
— |
Syrah — Shiraz |
|
— |
Ugni Blanc — Trebbiano |
|
— |
Viognier |
|
— |
Zinfandel — Primitivo |
|
— |
Agiorgitiko |
|
— |
Athiri — Athiri Aspro [Athiri Abjad] |
|
— |
Athiri Mavro — Mavrathiro |
|
— |
Assyrtiko |
|
— |
Vasilissa — Vasilissa Morocanella |
|
— |
Vertzami — Lefkada |
|
— |
Vlouriko — Flouriko |
|
— |
Giannoudi |
|
— |
Thrapsathiri |
|
— |
Canella |
|
— |
Korinthiaki |
|
— |
Limnio |
|
— |
Mandilaria |
|
— |
Maratheftiko — Vamvakada, Pampatzia |
|
— |
Mavrodaphne |
|
— |
Mavrotragano |
|
— |
Mavro – Local Mavro Ambelisimo |
|
— |
Morocanella |
|
— |
Moschato Alexandreias — Malaga, Muscat ta’ Lixandra |
|
— |
Moschato Amvourgou — Muscat Iswed, Muscat ta’ Hamburg |
|
— |
Moschato Aspro [Muscat Abjad] — Muscat duotone, Moschato Samou [Muscat ta’ Samos] |
|
— |
Moschato Kyprou [Muscat ta’ Ċipru] |
|
— |
Moschofilero |
|
— |
Xinomavro |
|
— |
Xynisteri |
|
— |
Ophthalmo |
|
— |
Promara |
|
— |
Rhoditis / Roditis |
|
— |
Sultanina / Soultanina — Soultana |
|
— |
Spourtiko |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Konfini amministrattivi tad-distrett ta’ Nikosija
10. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta kawżali mal-oriġini ġeografika hija bbażata fuq:
|
☑ |
reputazzjoni |
|
☑ |
kwalità distintiva |
|
☑ |
karatteristiċi oħra |
Kategorija tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
Fil-każ tal-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) Λευκωσία, ir-rabta kawżali bejn l-oriġini ġeografika tal-prodotti tad-dwieli hija dovuta għal fatturi naturali u umani speċifiċi li għandhom impatt qawwi fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed prodotti, kif deskritt fit-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbejjed”
A.
Id-distrett ta’ Nikosija jinsab fil-parti tat-Tramuntana taż-żoni ta’ Ċipru li fuqhom ir-Repubblika ta’ Ċipru teżerċita kontroll effettiv u tmiss mad-distrett ta’ Paphos fil-Lbiċ, id-distrett ta’ Kyrenia fit-Tramuntana, id-distrett ta’ Larnaka fix-Xlokk, id-distrett ta’ Famagusta fil-Lvant u d-distrett ta’ Limassol fin-Nofsinhar. Ikopri erja ta’ 2 717-il kilometru kwadru u jirrappreżenta madwar 30 % tal-erja totali ta’ Ċipru.
Karatteristiċi tar-riljiev u tal-ħamrija
Riljiev muntanjuż, xaqlibiet naturali weqfin f’altitudnijiet li jvarjaw minn 500 m sa 1 300 m, fuq inklinazzjoni medja ta’ 20° sa 40°, b’ħafna widien dojoq u firxiet ta’ muntanji, u ħamrija vulkanika, ġeblija u infertili. L-art ġeneralment tkun iffurmata f’artijiet imtarrġa u tinżamm f’postha minn ħitan tradizzjonali tal-ġebel niexef biex ikunu jistgħu jitħawlu u jiġu kkultivati l-vinji.
Karatteristiċi tal-klima
Il-klima tad-distrett ta’ Nikosija ma hijiex differenti mill-klima Mediterranja ġenerali li tikkaratterizza lil Ċipru kollu. It-temperaturi medji jvarjaw skont it-terren u l-altitudni. Il-karatteristiċi ewlenin tal-klima huma s-sjuf sħan u niexfa minn nofs Mejju sa nofs Settembru, u x-xtiewi ħfief minn Novembru sa Frar. Iż-żoni tal-vitikultura ta’ Nikosija jinsabu prinċipalment fuq ix-xaqlibiet tat-Tramuntana tal-firxa ta’ muntanji Troodos. It-temperatura medja ta’ kuljum fis-sajf tvarja bejn 23 °C u 26 °C, u fix-xitwa bejn 7 °C u 8 °C. Hemm medja ta’ 8 sigħat ta’ xemx kuljum. Ix-xita medja annwali hija bejn 600 u 950 millimetru, bl-akbar ammont ta’ xita fix-xhur ta’ Diċembru, Jannar, Frar u Marzu, filwaqt li x-xhur l-oħra tas-sena jkollhom ftit xita jew ma jkollhom l-ebda xita. Il-borra ġeneralment tinżel f’żoni b’altitudnijiet ta’ aktar minn 1 000 metru fil-perjodu ta’ xahrejn minn Diċembru sa Jannar.
Il-kundizzjonijiet għall-istress tal-ilma jinħolqu fid-dwieli mill-fatturi kollha msemmija hawn fuq, speċifikament: il-ħamrija relattivament baxxa u infertili, il-klima sħuna u x-xita baxxa. Ir-rendimenti huma relattivament żgħar, bil-konċentrazzjoni naturali tal-komponenti tagħti l-karattru aromatiku u l-istruttura fil-ħalq karatteristiċi tal-inbejjed tal-oriġini ġeografika, kif deskritt fit-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbejjed”.
B.
Peress li l-vinji huma mħawla fuq art infertili u mxaqilba, il-manutenzjoni tagħhom hija partikolarment diffiċli. Il-maġġoranza tal-vinji huma mħawla b’mod irregolari. Id-dwieli ġeneralment jitħarrġu bl-użu tal-metodu tradizzjonali gobelet [f’forma ta’ sġajriet] u l-firxa ta’ varjetajiet prodotti tinkludi prinċipalment Mavro, Xynisteri u Maratheftiko. Ir-rendimenti massimi ġew stabbiliti mill-produtturi nfushom - il-vitikulturi u l-vinifikaturi - abbażi ta’ data empirika miġbura matul iż-żmien u ġew stabbiliti uffiċjalment fl-2004 permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-kostruzzjoni ta’ artijiet imtarrġa u ħitan tradizzjonali tal-ġebel niexef jikkostitwixxu wkoll interventi umani sinifikanti f’din iż-żona. Il-prattiki enoloġiċi permessi huma dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE, filwaqt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tistabbilixxi l-livelli minimi għall-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum.
Interazzjoni kawżali
Il-fatturi umani speċifiċi, flimkien mal-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima, jiddeterminaw kif tiġi espressa r-rabta mal-IĠP Λευκωσία. B’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-ħamrija ta’ oriġini vulkanika, bi blat prinċipalment gabbro u diabase, it-terren muntanjuż wieqaf, l-altitudni relattivament għolja b’inklinazzjonijiet u ħamrija baxxa, it-temperatura, id-dawl tax-xemx, aktar xita u l-mod kif id-dwieli huma mħarrġa f’gobelet jew f’forma ta’ sġajriet tradizzjonali jagħtu lill-inbejjed kollha minn din iż-żona ġeografika l-kontenut alkoħoliku eżuberanti tagħhom u lill-inbejjed ħomor l-istruttura tagħhom b’tannini robusti. Il-fatturi umani speċifiċi, flimkien mal-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima, jiddeterminaw kif tiġi espressa r-rabta mal-IĠP Λευκωσία.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Il-vinifikazzjoni trid issir fiż-żona definita nnifisha jew fil-viċinanza immedjata.
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
F’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali (l-Att Amministrattiv Regolatorju (RAA) 536/2014), il-vinifikazzjoni sseħħ fiż-żona definita nnifisha jew fil-viċinanza immedjata.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Dettalji obbligatorji dwar il-kontenut taz-zokkor tal-inbid
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
F’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali (RAA 52/2016), id-dettalji relatati mal-kontenut taz-zokkor tal-inbid issa huma obbligatorji.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Indikazzjoni obbligatorja tas-sena tal-vendemmja
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
F’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali (RAA 52/2016), l-indikazzjoni tas-sena tal-vendemmja issa hija obbligatorja. L-obbligu ma japplikax għal imballaġġ b’volum nominali ugwali għal jew inqas minn 200 millilitru, jew għal inbejjed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-indikazzjoni fakultattiva tas-sena tal-vendemmja, kif stabbilit fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/33.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4993/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)