|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6961 |
18.11.2024 |
Sommarju ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tas-19 ta' Ottubru 2023
li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Każ AT.40636 - SNBB)
(notifikat bid-dokument Nru C(2023) 6863)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6961)
Fid-19 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluż kull penali imposta, filwaqt li jitqies l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tirrigwarda ksur uniku u kontinwu skont l-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE. Il-ksur kien jikkonsisti f’kuntatti bilaterali u multilaterali rigward il-prezzijiet tal-bejgħ u l-allokazzjoni ta’ kwoti fis-suq dinji tan-negozjanti għal N-Butylbromide Scopolamine/Hyoscine (“SNBB”) (2), inkluża ż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”). |
|
(2) |
SNBB huwa Ingredjent Farmaċewtiku Attiv (Active Pharmaceutical Ingredient, “API”) u materjal ta’ input importanti għall-produzzjoni tal-mediċina Buscopan u l-verżjonijiet ġeneriċi tagħha. Dawn huma mediċini użati fil-kura ta’ mard tal-moviment, cramps addominali, u nawżja u remettar ta’ wara l-operazzjoni. Il-SNBB huwa normalment estratt mill-weraq tas-siġar ta’ Duboisia, li huma sors naturali ta’ SNBB. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet legali li ġejjin (flimkien imsejħa d-“Destinatarji” jew individwalment bħala d-“Destinatarju”):
|
|
(4) |
L-impriżi msemmija fil-paragrafi 3(a) – 3(c) u 3(e) flimkien jissejħu “produtturi tal-SNBB” u l-impriżi fil-paragrafi 3(d) u 3(f) bħala “distributuri tal-SNBB”. |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
|
(5) |
Wara applikazzjoni għal immunità minn C2 PHARMA fil-15 ta’ April 2019 skont l-Avviż ta’ Klemenza (3), il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għal għarrieda bejn is-17 u l-20 ta’ Settembru 2019. |
|
(6) |
Fid-19 ta’ Settembru 2019, Transo-Pharm applikat għall-immunità jew, b’mod alternattiv, għat-tnaqqis tal-multi. L-applikazzjoni kienet segwita minn applikazzjoni għal klemenza minn Linnea fid-29 ta’ Ottubru 2019. |
|
(7) |
Fl-20 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni nediet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (4) kontra d-Destinatarji tad-Deċiżjoni u b’impriża addizzjonali bil-għan li tiddiskuti magħhom riżolviment fil-qafas tal-Avviż ta’ Riżolviment (5). Id-diskussjonijiet dwar ir-riżolviment mad-Destinatarji u l-impriża addizzjonali seħħew bejn Diċembru 2021 u Mejju 2023. Kull Destinatarju mbagħad ppreżenta t-talba formali ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (6). |
|
(8) |
L-impriża addizzjonali ma ppreżentatx talba formali ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (7). |
|
(9) |
Fis-17 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet indirizzata lid-Destinatarji. Id-Destinatarji wieġbu għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet u kkonfermaw li kienet tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment u li huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment. |
|
(10) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u tal-Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fis-16 ta’ Ottubru 2023. |
|
(11) |
Fis-16 ta’Ottubru 2023, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ rapport finali f’dan il-każ. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fil-19 ta’ Ottubru 2023. |
2.2. Sommarju tal-ksur
|
(13) |
L-aġir li huwa s-suġġett ta’ dawn il-proċeduri kien jikkonsisti f’kuntatti bilaterali u multilaterali li jinvolvu lid-Destinatarji dwar il-prezzijiet tal-bejgħ u l-allokazzjoni ta’ kwoti (8) fis-suq dinji tan-negozjanti tal-SNBB. |
|
(14) |
L-għan tal-imġiba kien li tikkoordina u taqbel dwar il-livell tal-prezz minimu tal-bejgħ tal-SNBB għall-klijenti (jiġifieri d-distributuri u l-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi) madwar id-dinja u dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti fost id-destinatarji biex jistabbilizzaw il-prezz tas-suq dinji u biex ma jħalluhx jonqos. |
|
(15) |
Id-Destinatarji kkoordinaw l-ipprezzar u l-imġiba tas-suq futuri tagħhom permezz ta’ kuntatti multilaterali u bilaterali. Il-kuntatti kienu jikkonċernaw: (i) l-iffissar tal-livell tal-prezz minimu tal-bejgħ tal-SNBB impost fuq il-klijenti (jiġifieri d-distributuri u l-manifatturi tal-mediċini ġeneriċi); (ii) l-allokazzjoni ta’ kwoti annwali fost il-produtturi tal-SNBB u; (iii) l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar il-prezzijiet tal-bejgħ tal-SNBB u ta’ informazzjoni dwar il-fatturi li ġejjin li jinfluwenzaw il-prezzijiet tal-bejgħ tal-SNBB: l-evalwazzjoni tax-xejriet tas-suq ibbażata fuq il-ħsad mistenni tal-weraq mis-siġar ta’ Duboisia, is-sitwazzjoni tal-provvista u l-iżvilupp tal-volumi tal-produzzjoni tal-produtturi tal-SNBB. |
|
(16) |
Il-ksur kopert mid-Deċiżjoni kien mifrux fiż-ŻEE kollha u dam sejjer mill-1 ta’ Novembru 2005 sas-17 ta’ Settembru 2019. |
2.3. Destinatarji u durata
|
(17) |
Id-Destinatarji tad-Deċiżjoni jinżammu responsabbli għall-ksur għad-durati li ġejjin:
|
2.4. Rimedji
|
(18) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (9). |
2.4.1. Ammont bażiku tal-multa
|
(19) |
Fl-iffissar tal-multi, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-medja annwali tal-bejgħ ta’ kull Destinatarju ta’ SNBB ikkonsenjat fiż-ŻEE matul il-perjodu kollu tal-ksur. Il-Kummissjoni inkludiet bejgħ intragrupp sal-punt li tali bejgħ huwa bejgħ ristrett fiż-ŻEE (10). |
|
(20) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-mudell kummerċjali speċifiku segwit mid-distributuri tal-SNBB, il-Kummissjoni kkalkolat il-multa tagħhom abbażi tad-differenza bejn il-prezz tax-xiri tal-SNBB imħallas mid-distributuri tal-SNBB lill-produtturi tal-SNBB u l-prezz tal-bejgħ tal-SNBB ikkonsenjat mid-distributur rispettiv tal-SNBB lil klijenti terzi indipendenti fiż-ŻEE. |
|
(21) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-akkordji huma, min-natura tagħhom stess, fost ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar dannużi, id-durata tal-ksur, in-natura multidimensjonali tiegħu, il-fatt li l-ksur kien ikopri ż-ŻEE u ammont addizzjonali sabiex l-impriżi jiġu skoraġġuti milli jidħlu għal tali prattiki. |
2.4.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
|
(22) |
Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti jew mitiganti. |
2.4.3. Applikazzjoni tal-limitu ta’ 10 % tal-fatturat
|
(23) |
Fil-każ ta’ Alkaloids of Australia, il-multa (qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis tal-klemenza u tar-riżolviment) qabżet l-10 % tal-fatturat dinji totali fis-sena kummerċjali ta’ qabel id-data tad-Deċiżjoni u tnaqqset skont dan. |
2.4.4. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006
|
(24) |
Il-Kummissjoni tat lil C2 PHARMA immunità sħiħa mill-multi. Il-Kummissjoni naqqset il-multa b’ 50 % lil Transo-Pharm u bi 30 % lil Linnea. |
2.4.5. Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Riżolviment
|
(25) |
B’riżultat tal-applikazzjoni tal-Avviż ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi tnaqqas b’10 % oħra għad-Destinatarji kollha. |
3. KONKLUŻJONI
|
(26) |
Il-multi li ġejjin ġew imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:
|
(2) SNBB huwa l-akronimu użat ta’ spiss fl-industrija. Il-prodott huwa magħruf ukoll bħala Butylscopolamine bromide, Scopolamine butylbromide u Hyoscine butylbromide.
(3) L-avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1 tal-4.1.2003, p. 1.
(5) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli, (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1348 (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 3).
(7) Fir-rigward tal-impriża addizzjonali, il-Kummissjoni reġgħet lura għall-proċedura standard għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni possibbli skont l-Artikoli 7 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.
(8) Il-kwoti ġew allokati għal kull produttur tal-SNBB.
(9) Il-Linji Gwida dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2).
(10) Il-bejgħ ristrett għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa huwa bejgħ intragrupp ta’ SNBB meta l-entità akkwirenti fi ħdan l-istess impriża tuża lil SNBB bħala input fil-produzzjoni ta’ prodott ieħor, bħall-Buscopan, li mbagħad jinbiegħ fiż-ŻEE.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6961/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)