23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/2


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8552 — Axalta Coating Systems/IVA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 141/02)

1.

Fis-16 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Axalta Coating Systems Ltd (“Axalta”, l-Istati Uniti tal-Amerka);

—

Essex Group Holding Europe S.à.r.l. (“IVA Europe”) u IVA Electrical Insulation Materials (Changzhou) Co., Ltd (“IVA China”), flimkien “IVA”,

Axalta takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ IVA kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Axalta hija kumpanija dinjija tal-kisi attiva wkoll fil-manifattura ta’ wire enamels;

—

IVA hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ wire enamels.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

Il-Każ M.8552 — Axalta Coating Systems/IVA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).