Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2004 tat-23 ta' April 2004 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE - Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/6/KE (abbużi mis-suq)
Official Journal L 277 , 26/08/2004 P. 0007 - 0007
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 38/2004 tat-23 ta'April 2004 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) li jinsab mal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness IX li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni Nru 8/2004 tas-6 ta' Frar 2004 [1]. (2) D-Direttiva 2003/6/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar negozjar minn ġewwa u manipulazzjoni tas-suq (abbuż fis-suq) [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2929 (Direttiva tal-Kunsill 89/592/KEE) tal-Anness IX li jinsab mal-Ftehim: "29.a 32003 L 0006: Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar negozjar minn ġewwa u manipulazzjoni tas-suq (abbuż fis-suq) (ĠU L 96, tat-12.4.2003, p. 16)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2003/6/KE fil-lingwa Islandiż u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' April 2004, kemm-il darba li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE tal-, u fis-Suppliment ŻEE tal-, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' April 2004. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 116, tat-22.4.2004, p. 54. [2] ĠU L 96, tat-12.4.2003, p. 16. [3] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------