European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2197

29.9.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2197

tat-28 ta’ Settembru 2026

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (1).

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 mill-Kunsill, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġġeddu sal-31 ta’ Ottubru 2027.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu, tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, id-data “31 ta’ Ottubru 2026” hija sostitwita b’dik tal-“31 ta’ Ottubru 2027”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1763/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2197/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)