European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/650

14.3.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 385/2021

tal-10 ta’ Diċembru 2021

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2024/650]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/463 tat-30 ta’ Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista ta’ entitajiet eżenti (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt 31bc (ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa emendat kif ġej:

(i)

Jiżdied l-inċiż li ġej:

“-

32015 R 2365: ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 (ĠU L 337, 23.12.2015. p. 1).”

(ii)

it-test tal-adattament (zd) huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

‘Fl-Artikolu 81(3), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

fil-punt (h), il-kliem “mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75” għandu jinqara “mal-Istat tal-EFTA fejn ikun stabbilit r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, li jagħti l-aċċess reċiproku għal kuntratti tad-derivattivi miżmuma f’repożitorji tat-tranżazzjonijiet”;

(ii)

fil-punt (k), il-kliem “mal-ESMA, kif imsemmi fl-Artikolu 76” għandu jinqara “mal-Istat tal-EFTA fejn ikun stabbilit r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet, li jagħti aċċess għall informazzjoni dwar kuntratti derivattivi miżmuma f’repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti f’dak l-Istat tal-EFTA”.’

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bgca (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/480):

‘31bh.

32015 R 2365: ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1), kif emendat bi:

—

32019 R 0463: ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/463 tal-30 ta’ Jannar 2019 (ĠU L 80, 22.3.2019, p. 16).

Għall finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini Stat Membru/(i) u awtoritajiet kompetenti għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)

Ir-referenzi għas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim u f’konformità miegħu, għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(c)

Sakemm mhux previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, l-ESMA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw l-informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-fini tar-Regolament, b’mod partikulari qabel tittieħed kwalunkwe azzjoni.

(d)

Id-deċiżjonijiet, id-deċiżjonijiet interim, in-notifiki, is-sempliċi talbiet, ir-revoki ta’ deċiżjonijiet u miżuri oħra mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikoli 5(6), 7(1) u 10 għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jiġu adottati fuq il-bażi ta’ abbozzi mħejjija mill-ESMA fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.

(e)

Ir-referenzi għall-membri tas-SEBĊ għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA.

(f)

Fl-Artikolu 5:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ repożitorju tat-transazzjonijiet stabbilit fi Stat tal-EFTA, mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “mal-ESMA”;

(ii)

fil-paragrafu 5, il-kliem “jew, fil-każ ta’ repożitorju tat-transazzjonijiet stabbilit fi Stat tal-EFTA, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “lill-ESMA”;

(iii)

fil-paragrafu 6, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-ESMA”.

(g)

Fl-Artikolu 6, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-ESMA”.

(h)

Fl-Artikolu 7, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kliem “l-ESMA” u l-kliem “jew mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “mill-ESMA”.

(i)

Fl-Artikolu 8:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-ESMA”;

(ii)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

“L-ESMA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkomunikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed f’konformità mal-paragrafu 1.”.

(j)

Fl-Artikolu 9, il-kliem “jew lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” jiddaħħal wara l-kelma “lill-ESMA” u l-kliem “jew mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-ESMA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “mill-ESMA”.

(k)

Fl-Artikolu 10:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta’ repożitorju tat-transazzjonijiet stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-ESMA”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2, il-kelma “l-ESMA” għandha tinqara “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”;

(iii)

fit-tieni sentenza tal-paragrafu 3, il-kliem “jew, fil-każ ta’ repożitorju tat-transazzjonijiet stabbilit fi Stat tal-EFTA, li ma tippreparax abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għal dak l-effett”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “ikkonċernat”.

(l)

Fl-Artikolu 11(1), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

 

“Fir-rigward ta’ repożitorji tat-transazzjonijiet stabbiliti fi Stat tal-EFTA, għandhom jiġu imposti tariffi mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fuq l-istess bażi tat-tariffi mitluba għal repożitorji tat-transazzjonijiet oħrajn skont dan ir-Regolament u l-atti delegati li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2.

 

L-ammonti miġbura mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont dan il-paragrafu għandhom jiġu mgħoddija lill-ESMA mingħajr dewmien bla bżonn.”.

(m)

Fl-Artikolu 18, il-kliem “, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-EIOPA”.

(n)

Fl-Artikolu 21(2), il-kliem “u lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “lill-Kunsill”.

(o)

Fl-Artikolu 22, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

fil-paragrafu 6, il-kliem “qabel it-13 ta’ Jannar 2018” għandu jinqara “fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 385/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021”;

(ii)

fil-paragrafu 7, il-kliem “sat-13 ta’ Lulju 2017” għandu jinqara “sa sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 385/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021”.

(p)

Fl-Artikolu 26(5), il-kliem “u għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “għall-awtoritajiet kompetenti”.

(q)

Fl-Artikolu 33, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni paragrafu għandu jinqara kif ġej:

“Ir-Regolament għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 385/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021, bl-eċċezzjoni ta’:

(a)

l-Artikolu 4(1), li għandu japplika:

(i)

6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkludi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/356 għall-kontropartijiet finanzjarji msemmija fil-punti (3)(a) u (b) tal-Artikolu 3 u l-entitajiet ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-punt (3)(i) tal-Artikolu 3 li jirrikjedu awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni f’konformità mal-leġislazzjoni msemmija fil-punti (3)(a) u (b) tal-Artikolu 3 jekk ikunu stabbiliti fiż-ŻEE;

(ii)

12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkludi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/356 għall-kontropartijiet finanzjarji msemmija fil-punti (3)(g) u (h) tal-Artikolu 3 u l-entitajiet ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-punt (3)(i) tal-Artikolu 3 li jirrikjedu awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni f’konformità mal-leġislazzjoni msemmija fil-punti (3)(g) u (h) tal-Artikolu 3 jekk ikunu stabbiliti fiż-ŻEE;

(iii)

15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkludi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/356 għall-kontropartijiet finanzjarji msemmija fil-punti (3)(c) sa (f) tal-Artikolu 3 u l-entitajiet ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-punt (3)(i) tal-Artikolu 3 li jirrikjedu awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni f’konformità mal-leġislazzjoni msemmija fil-punti (3)(c) sa (f) tal-Artikolu 3 jekk ikunu stabbiliti fiż-ŻEE; u

(iv)

15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkludi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/356 għall-kontropartijiet mhux finanzjarji;

(b)

L-Artikolu 13, li għandu japplika minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 385/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021;

(c)

L-Artikolu 14, li għandu japplika minn 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 385/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021 fil-każ ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv soġġetti għad-Direttiva 2009/65/KE jew għad-Direttiva 2011/61/UE li jkunu kostitwiti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 385/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021;

(d)

L-Artikolu 15, li għandu japplika minn sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 385/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021, inkluż għal arranġamenti kollaterali eżistenti f’dik id-data.”.’

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/2365 u tar-Regolament Delegat (UE) 2019/463 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Rolf Einar FIFE


(1)   ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1.

(2)   ĠU L 80, 22.3.2019, p. 16.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/650/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)