|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/564 |
6.11.2023 |
|
Direttorat |
Direttorat għat-Traduzzjoni |
|
Pożizzjoni Vakanti |
AD 14 |
|
Tip ta’ pożizzjoni |
DIRETTUR |
|
|
Pubblikazzjoni taħt l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (2) Pubblikazzjoni simultanja taħt l-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal |
|
Data tal-pubblikazzjoni |
Is-6 ta’ Novembru 2023 |
|
Data tal-għeluq: |
Il-15 ta’ Diċembru 2023, f’nofsinhar (ħin ta’ Brussell, CET) |
1. Ambjent tax-xogħol
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) joperaw ċertu numru ta’ servizzi taħt ftehim ta’ kooperazzjoni b’mod konġunt. Bħalissa qed infittxu Direttur tad-Direttorat għat-Traduzzjoni fi ħdan is-servizzi konġunti taż-żewġ Kumitati Konsultattivi.
Waqt li jaħdem taħt l-awtorità diretta tas-Segretarjati Ġenerali tal-Kumitati msemmija qabel, u fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilu/lilha mill-ftehim ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-KtR u l-KESE, id-Direttur se jkun responsabbli biex jiddefinixxi u jimplimenta l-istrateġija fit-tul għas-servizzi lingwistiċi, li tinkludi l-analiżi proattiva tal-evoluzzjoni possibbli tal-għodod u t-teknoloġiji tal-IT sabiex tiġi antiċipata u implimentata bidla li jkollha bħala għan l-ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet lingwistiċi moderni, rapidi u li jħarsu ’l quddiem għall-Membri u l-persunal taż-żewġ Kumitati.
Id-Direttorat għat-Traduzzjoni bħalissa jikkonsisti minn 13-il unità lingwistika u unità tal-ġestjoni tat-traduzzjoni waħda li jimpjegaw total ta’ madwar 360 membru tal-persunal għaż-żewġ Kumitati.
Il-kompiti ewlenin tad-Direttorat huma (3):
|
— |
li jipprovdi traduzzjoni u servizzi lingwistiċi relatati lill-Membri u lis-servizzi kollha taż-żewġ Kumitati. Jista’ jgħin ukoll lil dawk l-istituzzjonijiet u korpi tal-UE li għandhom is-servizzi ta’ traduzzjoni tagħhom stess meta jkollhom volumi estremi ta’ xogħol jew għal proġetti speċifiċi, |
|
— |
li jantiċipa l-iżviluppi futuri fit-termini tat-traduzzjoni assistita mill-kompjuter, li jirrazzjonalizza l-proċessi tan-negozju fis-servizzi lingwistiċi, li jaġġusta l-offerta tas-servizzi u tal-għodod tax-xogħol abbażi tat-teknoloġiji li qed jevolvu billi tingħata l-interoperabbiltà u l-komplementarjetà ta’ sistemi interni u interistituzzjonali tal-IT, |
|
— |
li jibni komunità ta’ esperti lingwistiċi polivalenti kapaċi li jikkontribwixxu b’mod attiv ukoll, permezz tat-taħriġ vokazzjonali u l-iżvilupp tagħhom, għal attivitajiet oħra tal-istituzzjoni, |
|
— |
li jiggarantixxi l-ġestjoni soda tar-riżorsi umani u finanzjarji mqiegħda għad-dispożizzjoni tad-Direttorat (fil-limiti tal-ġestjoni ċentralizzata possibbli tal-akkwist u partijiet mill-operazzjonijiet finanzjarji għas-servizzi konġunti), |
|
— |
li jrawwem il-kooperazzjoni u sinerġiji possibbli interistituzzjonali dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni. |
2. Deskrizzjoni qasira tar-responsabbiltajiet ewlenin
Taħt l-awtorità diretta tas-Segretarji Ġenerali tal-KtR u l-KESE, id-Direttur imexxi d-Direttorat għat-Traduzzjoni f’kooperazzjoni ma’ Deputat Direttur li jappartjeni amministrattivament għall-KESE.
3. Dmirijiet
Il-kompiti ewlenin tad-Direttur għat-Traduzzjoni jinkludu:
|
— |
l-kontribuzzjoni għat-tim maniġerjali superjuri taż-żewġ istituzzjonijiet taħt it-tmexxija u r-responsabbiltà tas-Segretarji Ġenerali rispettivi tagħhom; |
|
— |
it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġija lingwistika futura tal-Kumitati fl-ambjent ta’ wara l-COVID-19, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tas-servizz li qegħdin jevolvu, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-proporzjon kostijiet-benefiċċji; |
|
— |
l-ippjanar, l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-kompiti mwettqa mid-Direttorat bl-għan li jiġu ssimplifikati l-attivitajiet taż-żewġ Kumitati, tingħata kunsinna mingħajr xkiel tas-servizzi lingwistiċi u jiġu pprovduti soluzzjonijiet li jħarsu ’l quddiem li jippermettu lill-Kumitati jimmodernizzaw il-metodi ta’ ħidma u l-proċessi interni tagħhom kontinwament; |
|
— |
il-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni ma’ dipartimenti oħra sabiex joħloq rabtiet bejn l-attivitajiet lingwistiċi u dawk relatati mal-komunikazzjoni; |
|
— |
it-tħeġġiġ tat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet ta’ kollegi bi sfond kompletament lingwistiku sabiex l-istituzzjoni tkun tista’ tuża l-potenzjal sħiħ tal-bidliet xprunati mit-teknoloġija mistennija fil-futur fir-rigward tal-provvista tas-servizzi lingwistiċi billi tiżviluppa profili u sħubijiet iktar polivalenti ma’ servizzi mhux lingwistiċi; |
|
— |
id-definizzjoni ta’ għodod rilevanti bbażati fuq l-IT li jappoġġjaw l-attivitajiet politiċi u konsultattivi taż-żewġ Kumitati, f’kooperazzjoni mad-Direttorati rilevanti kollha; |
|
— |
l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet interistituzzjonali effettivi u l-koordinazzjoni ma’ Direttorati oħra biex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi finanzjarji, umani u tal-IT; |
|
— |
l-iżgurar tal-kwalità tax-xogħol imwettaq fid-Direttorat; |
|
— |
l-iżgurar ta’ komunikazzjoni interna fi ħdan id-Direttorat u mad-Direttorati u d-dipartimenti l-oħra tas-segretarjati ġenerali taż-żewġ Kumitati; |
|
— |
l-iżgurar tal-ġestjoni soda tar-riżorsi finanzjarji u umani tad-Direttorat billi jiġi massimizzat l-impatt mistenni f’kooperazzjoni mill-qrib mat-tim ċentrali tal-akkwist u tal-inizjazzjoni finanzjarja; |
|
— |
it-twettiq tar-responsabbiltajiet ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega fil-limiti stabbiliti; |
|
— |
it-twettiq ta’ ġestjoni tar-riskju xierqa u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni biex jiġi żgurat li l-objettivi kollha tad-Direttorat ikunu jistgħu jintlaħqu. |
4. Kriterji ta’ eliġibbiltà
Il-proċedura tal-għażla hija miftuha għall-kandidati kollha li, fid-data stabbilita għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, jissodisfaw il-kundizzionijiet li ġejjin:
|
— |
ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-UE; |
|
— |
igawdu drittijiet sħaħ bħala ċittadini u jipproduċu referenzi dwar il-karattru xierqa rigward l-adegwatezza tagħhom li jwettqu d-dmirijiet; |
|
— |
ikunu ssodisfaw kwalunkwe obbligu impost fuqhom mil-liġijiet il jikkonċernaw is-servizz militari; |
|
— |
ikunu taħt l-età tal-irtirar, li, għall-uffiċjali u persunal ieħor tal-UE, hija stabbilita fl-aħħar tax-xahar li fih tintlaħaq l-età ta’ 66 sena; |
|
— |
ikunu fiżikament f’saħħithom biex jaqdu d-dmirijiet – biex dan jigi aċċertat, il-kandidat magħżul jiġi eżaminat mill-uffiċjal mediku tal-KtR qabel kwalunkwe ħatra; |
|
— |
ikollhom livell ta’ edukazzjoni ogħla li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji li jispiċċa f’lawrja meta t-tul normali ta’ dawn l-istudji jkun ta’ erba’ snin jew aktar, jew livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji li jispiċċa f’lawrja segwit minn esperjenza professjonali rilevanti ta’ mill-inqas sena meta t-tul normali ta’ dawn l-istudji jkun ta’ mill-inqas tliet snin; |
|
— |
ikollhom esperjenza ta’ mill-inqas ħmistax-il sena f’qasam rilevanti għall-pożizzjoni. Mill-ħmistax-il sena msemmija qabel, mill-inqas ħamsa għandhom ikunu nkisbu f’pożizzjoni maniġerjali (tip ta’ pożizzjoni: kap ta’ unità jew ekwivalenti u ogħla); |
|
— |
ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE bħala lingwa ewlenija u mill-inqas għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali tal-UE sekondarja; minħabba n-natura tad-dmirijiet li jridu jitwettqu, huwa meħtieġ għarfien tajjeb (livell minimu ta’ B2 tal-Qafas Ewropew Komuni ta’ Referenza għal-Lingwi (4)) tal-Ingliż jew tal-Franċiż; mill-inqas għarfien sodisfaċenti tal-lingwa l-oħra minn dawn iż-żewġ lingwi jitqies bħala vantaġġ. |
Il-ħtieġa li jiġi reklutat uffiċjal bl-ogħla kwalitajiet ta’ kompetenza, prestazzjoni u integrità trid tkun ibbilanċjata mal-interessi tas-servizz, li jeħtieġu li kandidat ikun operattiv immedjatament u kapaċi jikkomunika b’mod effettiv fl-istituzzjonijiet matul il-kors tax-xogħol ta’ kuljum tiegħu/tagħha f’waħda mil-lingwi l-aktar użati minn uffiċjali u persunal ieħor tal-Unjoni bħala lingwa ta’ ħidma interna. L-ittestjar tal-għarfien lingwistiku tal-kandidati matul il-proċedura ta’ reklutaġġ huwa għalhekk mezz proporzjonat biex jiġi vverifikat li jkollhom l-ogħla kwalitajiet biex iwettqu d-dmirijiet ta’ Direttur fl-ambjent tax-xogħol tal-KtR u tal-KESE. Kandidat li jkollu waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq bħala l-lingwa prinċipali tiegħu/tagħha se jintalab ukoll waqt l-intervista jesprimi ruħu b’mod sodisfaċenti f’lingwa uffiċjali differenti mil-lingwa ewlenija tiegħu/tagħha.
Barra minn hekk, il-kapaċità li jikkomunika b’mod effettiv b’lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea hija vantaġġ; il-konformità mar-rekwiżiti f’termini ta’ għarfien lingwistiku trid tissemma fid-dikjarazzjoni bona fide (ara l-punt 7.1 u l-Anness I) u se tiġi evalwata waqt l-intervista (ara l-punt 6).
5. L-iskrinjar inizjali tal-eliġibbiltà u għażla minn qabel
|
5.1. |
L-iskrinjar inizjali tal-eliġibbiltà jikkonsisti f’analiżi mill-bord tal-għażla ta’ kull fajl sottomess għal dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-punt 4. Il-bord tal-għażla huwa assistit mis-segretarjat ġenerali. |
5.2. Għażla minn qabel fuq il-karta
L-istadju ta’ għażla minn qabel għall-kandidati eliġibbli se jitwettaq permezz ta’ evalwazzjoni komparattiva tal-esperjenza professjonali tagħhom ibbażata fuq l-informazzjoni li tinsab fil-fajls tal-kandidati.
Se tingħata preferenza lill-kandidati li għandhom:
|
5.2.1. |
Ħiliet ta’ tmexxija
|
|
5.2.2. |
Ħiliet ta’ negozjar u komunikazzjoni
|
|
5.2.3. |
Għarfien u esperjenza rilevanti għan-natura tad-dmirijiet
|
|
5.2.4. |
Se jitqiesu bħala vantaġġi:
|
|
5.2.5. |
L-għażla minn qabel fuq il-karta se ssir ukoll fid-dawl tal-interess tal-kandidat li jassumi d-dmirijiet ta’ Direttur għat-Traduzzjoni u l-fehim tiegħu/tagħha tal-isfidi futuri li d-Direttorat se jiffaċċja, kif stipulat fl-ittra ta’ akkumpanjament tiegħu, u l-ideat tiegħu/tagħha dwar kif jiġu ffaċċjati dawn l-isfidi. |
|
5.2.6. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ kooperazzjoni, il-pożizzjonijiet tad-Diretturi u d-Deputati Diretturi għandhom ikunu soġġetti għal rotazzjoni bejn il-Kumitati kull ħames snin fil-prinċipju. |
6. Kriterji tal-għażla
L-għażla se ssir permezz ta’ intervista, li matulha l-bord tal-għażla (ara l-punt 7.3.2) se jsaqsi lil kull kandidat numru ta’ mistoqsijiet simili sabiex iwettaq evalwazzjoni komparattiva tal-kandidati li qed jiġu kkunsidrati f’dan l-istadju.
L-intervista se tiffoka speċifikament fuq dawn l-elementi li ġejjin tal-kandidat:
|
— |
l-għarfien tal-ambjent lingwistiku, il-metodi ta’ ħidma, l-isfidi futuri u l-opportunitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, speċjalment mill-perspettiva tal-intelliġenza artifiċjali u tas-soluzzjonijiet tal-IT għas-servizzi lingwistiċi; |
|
— |
l-isfond u l-kapaċitajiet relatati mal-previżjoni; |
|
— |
l-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-bidla bl-għan li jiġu modernizzati l-metodi u l-proċessi ta’ ħidma permezz tat-teknoloġiji; |
|
— |
il-ħiliet maniġerjali, il-kapaċità li jfassal u jimplimenta strateġiji ġodda, li jsawwar l-objettivi futuri tad-Direttorat għat-Traduzzjoni biex jippreżenta u jispjega r-riżultati mistennija u biex jikkoopera b’mod attiv ma’ Direttorati oħra; |
|
— |
il-motivazzjoni u l-ħiliet interpersonali; |
|
— |
il-kapaċità li jikkomunika, jitkellem fil-pubbliku, jikkonvinċi u jinnegozja; |
|
— |
is-sens ta’ inizjattiva, il-proattività u l-ħila murija biex imexxi u jimplimenta b’suċċess il-bidla; |
|
— |
il-kapaċità li jirrappreżenta l-interessi tad-Direttorat u tal-Kumitati fil-livell interistituzzjonali. |
Għal raġunijiet funzjonali u sabiex titlesta l-proċedura tal-għażla malajr kemm jista’ jkun fl-interess tal-kandidati kif ukoll dak tal-istituzzjoni, l-intervista se ssir bl-Ingliż jew bil-Franċiż, skont l-għażla tal-kandidat. Għal kandidati li l-lingwa ewlenija tagħhom tkun jew l-Ingliż jew il-Franċiż, l-għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea se jiġi ttestjat ukoll waqt l-intervista. Barra minn hekk, il-kapaċità li jikkomunika b’mod effettiv f’lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea se tiġi evalwata waqt l-intervista (ara l-punt 4).
Sabiex jingħata l-ogħla grad ta’ diversità tal-maniġers superjuri, f’każ ta’ mertu ndaqs ta’ diversi kandidat li japplikaw taħt l-istess kategorija (Artikolu 29(1a)), (b) jew 29(2) skont ordni ta’ prijorità dixxendenti), se tingħata preferenza lill-kandidati nisa jew lill-kandidati li x’aktarx iżidu d-diversità ġeografika fost il-maniġers superjuri tal-KtR.
7. Il-progress tal-proċedura
7.1. Is-sottomissjoni tal-fajls tal-applikazzjoni
Il-fajls tal-applikazzjoni jridu jiġu sottomessi biss permezz ta’ mezzi elettroniċi f’format pdf mhux akbar minn 10 MB fl-indirizz li ġej: DirectorDT@cor.europa.eu.
Il-kandidati b’diżabilità li ma tippermettilhomx jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom online jistgħu jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom permezz ta’ kunsinna rreġistrata u rrekordjata fl-indirizz: Comité européen des régions, à l’attention du chef de l’unité Recrutement et carrière, rue Belliard/Belliardstraat 101, 1040 Bruxelles/Brussel BELGIQUE/BELGIË, immarkata “Confidentiel – avis de vacance – à ne pas ouvrir par le service courrier”, sa mhux aktar tard mid-data tal-għeluq imsemmija fil-punt 7.2, bit-timbru postali li jikkostitwixxi l-prova tad-data. F’dan il-każ, il-kandidati jridu jehmżu ċertifikat maħruġ minn korp awtorizzat mal-applikazzjoni tagħhom, li jirrikonoxxi l-istatus tagħhom bħala persuna b’diżabilità. Huma mistiedna wkoll jindikaw, bil-miktub, kwalunkwe rekwiżit li jqisu meħtieġ biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura ta’ reklutaġġ. Kwalunkwe komunikazzjoni oħra bejn il-KtR u dawn il-kandidati ssir bil-posta. Il-KtR jirriserva d-dritt li jitlob kjarifiki dwar id-dokumenti ta’ sostenn mitluba hawn taħt.
Il-fajl tal-applikazzjoni jrid isemmi r-referenza tal-avviż tal-pożizzjoni vakanti (COR/AD 14/35 BIS/23) fl-intestatura u jkun fih:
|
— |
ittra ta’ akkumpanjament (massimu ta’ 5 paġni) bl-Ingliż jew bil-Franċiż, datata u ffirmata, li għandha tiddikjara l-interess tal-kandidat li jassumi d-dmirijiet ta’ Direttur għat-Traduzzjoni u l-fehim tiegħu/tagħha tal-isfidi futuri li se jiffaċċja d-Direttorat, kif stabbilit fl-ittra ta’ akkumpanjament tiegħu, u l-ideat tiegħu/tagħha dwar kif jiffaċċja dawn l-isfidi; |
|
— |
curriculum vitae aġġornat (format tal-Europass); |
|
— |
dikjarazzjoni datata u ffirmata in bona fide (ara l-formola fl-Anness I) li tikkonferma li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà elenkati fil-punt 4 ġew issodisfati; |
|
— |
il-lista ta’ kontroll murija fl-Anness II, datata u ffirmata; |
|
— |
kopja ta’ dokument tal-identità; |
|
— |
kopja tad-diploma li tagħti aċċess għall-marka (ara l-punt 4); |
|
— |
kopja tal-provi ta’ sostenn ta’ esperjenza professjonali li jippermettu li tiġi vverifikata l-esperjenza tal-kandidat, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 4; |
|
— |
l-Anness III, datata u ffirmata. |
|
Ir-rispett tal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-punt 4 se jiġi kkontrollat biss abbażi tal-informazzjoni pprovduta fid-dokumenti ta’ sostenn. Informazzjoni pprovduta biss fis-CV jew fl-ittra ta’ akkumpanjament mingħajr ma tkun sostnuta minn dokumenti ta’ sostenn mhux se titqies. Fir-rigward tal-esperjenza professjonali meħtieġa fil-punt 4, għandhom jiġu pprovduti kopji tal-provi ta’ esperjenza professjonali li juru l-kontenut tad-dmirijiet, it-tul ta’ żmien li fih inżammu l-karigi u l-livell ta’ responsabbiltà. Il-verifika tar-rispett tal-kriterji ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-għarfien lingwistiku meħtieġ se tkun ibbażata fuq id-dikjarazzjoni bona fide; il-livell tal-ħiliet lingwistiċi se jiġi ttestjat waqt l-intervista tal-għażla (ara l-punt 6 tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti). L-għażla minn qabel tal-kandidati eliġibbli se tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fil-punt 5.2. Il-kandidati huma mistiedna jenfasizzaw fis-CV u l-ittra ta’ akkumpanjament tagħhom kull aspett rilevanti tal-esperjenza professjonali tagħhom li jippermetti lill-bord tal-għażla jivvaluta l-grad ta’ korrispondenza mar-rekwiżiti ta’ dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti. Meta tħejji l-fajl tal-applikazzjoni, mhuwiex meħtieġ li l-kopji jiġu ċċertifikati bħala konformi mal-oriġinali. Fajls tal-applikazzjoni mhux kompluti u fajls sottomessi wara li tgħaddi d-data tal-għeluq tas-sottomissjoni jew li jonqsu milli josservaw id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-sottomissjoni tal-fajls tal-applikazzjoni mhux se jiġu kkunsidrati. Kwalunkwe dikjarazzjoni falza awtomatikament trendi l-applikazzjoni nulla u bla effett. Il-kandidati huma infurmati li mhumiex permessi jikkuntattjaw personalment lill-membri tal-bord tal-għażla jew jitolbu lill-membri/lis-sostituti tal-KtR jagħmlu dan, inkella dan jikkostitwixxi raġuni għal skwalifika mill-proċedura. |
7.2. Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-fajls tal-applikazzjoni: 15 ta’ Diċembru 2023, f’nofsinhar (ħin ta’ Brussell)
Il-kandidati se jirċievu konferma li wasal il-fajl tal-applikazzjoni tagħhom permezz ta’ email. Il-fajls tal-applikazzjoni li jaslu bil-posta rreġistrata skont il-punt 7.1 se jiġu rikonoxxuti bil-posta.
7.3. Skrutinju tal-fajls tal-applikazzjoni: l-iskinjar inizjali tal-eliġibbiltà, l-għażla minn qabel u l-għażla
|
7.3.1. |
Fuq il-bażi ta’ analiżi preparatorja mwettqa mis-segretarjat ġenerali, bord tal-għażla se jivvaluta l-eliġibbiltà tal-kandidati li jkunu ssottomettew l-applikazzjonijiet tagħhom fi żmien id-data tal-għeluq abbażi tad-dokumenti ta’ sostenn mitluba fil-punt 7.1. |
|
7.3.2. |
Il-bord tal-għażla se jikkonsisti mill-President tal-KtR, l-ewwel Viċi President tal-KtR u l-presidenti tas-sitt gruppi politiċi (jew ir-rappreżentanti tagħhom) fil-KtR. Is-Segretarju Ġenerali tal-KtR se jkun involut fl-istadji kollha tal-proċess tal-għażla sabiex jipprovdi lill-bord tal-għażla appoġġ amministrattiv u legali. Matul l-iskrinjar inizjali tal-eliġibbiltà u tal-għażla minn qabel, is-Segretarju Ġenerali tal-KESE jew ir-rappreżentant tiegħu se jkunu involuti wkoll fil-proċedimenti tal-bord. |
|
7.3.3. |
Il-bord tal-għażla l-ewwel se jivverifika li l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà jkunu ssodisfati abbażi tad-dikjarazzjoni bona fide, l-ittra ta’ akkumpanjament, is-CV u l-kopji tad-dokumenti elenkati fil-punt 7.1 ta’ dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti. Il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li huma kkontrollati f’dan l-istadju tal-proċedura huma elenkati fil-punt 4. Il-kandidati li l-applikazzjonijiet tagħhom jiġu vvalutati bħala mhux eliġibbli jiġu infurmati b’dan. |
|
7.3.4. |
L-applikazzjonijiet ammessi fi tmiem l-istadju deskritt fil-punt ta’ hawn fuq imbagħad se jkunu soġġetti għal proċess ta’ għażla minn qabel mill-bord tal-għażla assistit mis-Segretarju Ġenerali. Dan se jsir abbażi tal-fajl tal-applikazzjoni. L-ismijiet tal-kandidati li jissodisfaw l-aħjar il-kriterji stabbiliti fil-punt 5.2 ta’ dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti se jiġu kkompilati f’lista qasira li tikkonsisti f’massimu ta’ seba’ ismijiet. Fid-dawl ta’ din l-għażla minn qabel ibbażata fuq il-fajls, il-kandidati huma mistiedna jenfasizzaw fl-ittra ta’ akkumpanjament tagħhom dawk l-aspetti tas-CV tagħhom li jikkorrispondu għad-dmirijiet involuti, liema proċessi ta’ trasformazzjoni maġġuri wettqu personalment, il-motivazzjoni tagħhom u l-fehmiet tagħhom dwar l-isfidi futuri li qed jiffaċċja d-Direttorat għat-Traduzzjoni. |
|
7.3.5. |
Il-kandidati fil-lista qasira mbagħad se jkunu mistiedna għal evalwazzjoni f’“ċentru ta’ evalwazzjoni”, li għalih il-programm u l-metodoloġija jiġu kkomunikati fil-ħin. Din l-evalwazzjoni se tevalwa l-ħiliet maniġerjali tal-kandidati (il-ġestjoni tal-informazzjoni, il-kompiti, il-persuni, ir-relazzjonijiet interpersonali u l-kapaċità li jintlaħqu l-għanijiet). Din tikkostitwixxi opinjoni li ma torbotx li ssir disponibbli għall-bord tal-għażla fid-dawl tal-intervista tal-għażla. |
|
7.3.6. |
Wara ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, l-istess kandidati fil-lista qasira se jiġu mistiedna għal intervista mal-bord tal-għażla f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 6. Matul dan il-proċess, is-Segretarju Ġenerali se jassisti lill-bord tal-għażla u jippreżenta r-riżultati taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. |
Wara l-intervista, il-bord tal-għażla se jiddeċiedi liema kandidat jitqies l-aktar adattat biex jassumi d-dmirijiet ta’ Direttur għat-Traduzzjoni. Dan il-kandidat imbagħad se jiġi propost mis-Segretarju Ġenerali lill-Bureau, li jista’ jistieden lill-kandidat propost għal seduta.
Il-kandidati li mhumiex proposti għall-ħatra se jiġu infurmati b’dan fi tmiem il-proċedura.
Skont ir-Regoli ta’ Proċedura tal-KtR, il-ħatra ta’ kwalunkwe uffiċjal fi grad ogħla minn AD 12 tiddependi minn vot favorevoli mill-Bureau. F’każ ta’ vot favorevoli, il-Bureau se jagħti struzzjonijiet lill-President tal-KtR biex jiffirma d-deċiżjoni li tkopri l-ħatra tal-kandidat magħżul. F’każ li l-vot mill-Bureau ma jkunx favorevoli, il-proċedura tingħalaq mingħajr ma jinħatar kandidat.
Fil-qafas ta’ dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti, l-Awtorità tal-Ħatra se teżamina l-possibbiltajiet li timtela l-pożizzjoni vakanti skont l-ordni stipulata fl-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal: l-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 29(1)(a) (pożizzjoni li trid timtela bi trasferiment, b’ħatra jew bi promozzjoni), imbagħad l-Artikolu 29(1)(b) (trasferiment bejn l-istituzzjonijiet), u finalment, l-Artikolu 29(2). Din l-ordni se tiġi osservata f’kull wieħed mill-istadji stabbiliti hawn fuq.
8. Termini tar-reklutaġġ
Jekk l-applikazzjoni tkun ġiet sottomessa taħt dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti, il-kandidat magħżul se jinħatar bħala Direttur tad-Direttorat għat-Traduzzjoni (grad AD 14).
Qabel ir-reklutaġġ, il-kandidat magħżul se jkun meħtieġ jipprovdi silta mill-fedina penali sabiex juri li r-rekwiżiti statutorji kollha f’termini ta’ referenza ta’ karattru huma ssodisfati.
9. Osservazzjonijiet
Il-ħatra se ssir skont jekk ikunux disponibbli biżżejjed fondi.
Id-data personali li tinsab fl-applikazzjonijiet se tiġi ttrattata skont il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data.
Bħala impjegatur, il-KtR japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs, li tipprekludi kwalunkwe diskriminazzjoni, u huwa impenjat ukoll li jipproteġi l-ambjent.
Skeda ta’ żmien proviżorja:
|
Data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet: |
15 ta’ Diċembru 2023 |
|
Kontroll tal-eliġibbiltà + lista qasira: |
Jannar 2024 |
|
Ċentru ta’ evalwazzjoni: |
tmiem ta’ Frar 2024 |
|
Intervisti: |
nofs Marzu 2024 |
|
Data ta’ reklutaġġ mistennija: |
Lulju 2024 |
10. Ilmenti
Irrispettivament mid-dritt tagħhom li jressqu lment skont l-Artikolu 90(2) jew li jippreżentaw appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kandidati jistgħu jitolbu rieżami intern ta’ kwalunkwe deċiżjoni tal-bord tal-għażla li taffettwa direttament u immedjatament l-istatus tagħhom fl-għażla minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw il-proċedura tal-għażla kif stipulat fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti. It-talba trid issir permezz ta’ email (DirectorDT@cor.europa.eu) fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data meta d-deċizjoni tiġi notifikata lill-kandidat permezz ta’ email. Għandha tindika d-deċiżjoni u r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata t-talba.
Il-bord tal-għażla se jieħu deċiżjoni u tweġiba raġunata tintbagħat lill-kandidat fi żmien debitu.
(1) Kull referenza f’dan l-avviż għal persuna tas-sess maskili għandha titqies ukoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna tas-sess femminili.
(2) Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), test konsolidat disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A01962R0031-20220101
(3) Għal aktar informazzjoni dwar il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-prijoritajiet politiċi għal ħames snin tiegħu, jekk jogħġbok ikkonsulta l-ħolqa li ġejja: https://cor.europa.eu/en/engage/brochures/Documents/Bringing Europe closer to people – The political priorities of the European Committee of the Regions 2020-2025/4325 Political Priorities Brochure MT.pdf
Għal aktar informazzjoni dwar il-ħidma u l-prijoritajiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, jekk jogħġbok ikkonsulta l-ħolqa li ġejja: https://www.eesc.europa.eu/mt
(4) https://www.coe.int/en/web/common-european-framework-reference-languages/table-1-cefr-3.3-common-reference-levels-global-scale
ANNESS I
AVVIŻ TA’ POŻIZZJONI VAKANTI Nru COR/AD 14/35 BIS/23
Dikjarazzjoni bona fide
Artikolu 29(2)
IL-KANDIDAT
Kunjom u isem: …
Niddikjara li l-informazzjoni u d-dokumenti kollha pprovduti fl-applikazzjoni tiegħi huma veri u kompluti.
Niddikjara fuq l-unur tiegħi li fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet:
|
i. |
jien ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-UE; |
|
ii. |
ingawdi d-drittijiet kollha bħala ċittadin; |
|
iii. |
issodisfajt kull obbligu impost fuqi mil-liġijiet li jikkonċernaw is-servizz militari; |
|
iv. |
se nipprovdi r-referenzi dwar il-karattru meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet; |
|
v. |
sa fejn naf jien, jien fiżikament f’saħħti biex inwettaq id-dmirijiet previsti; |
|
vi. |
jien taħt l-età tal-irtirar li, għall-uffiċjali u għal persunal ieħor tal-UE, hija stabbilita għall-aħħar tax-xahar li fih jintlaħqu s-66 sena; |
|
vii. |
għandi livell ta’ edukazzjoni ogħla li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji li spiċċa f’lawrja meta t-tul normali ta’ dawn l-istudji jkun ta’ erba’ snin jew aktar, jew livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji li spiċċa f’lawrja segwit minn esperjenza professjonali rilevanti ta’ mill-inqas sena meta t-tul normali ta’ dawn l-istudji jkun ta’ mill-inqas tliet snin; |
|
viii. |
għandi esperjenza professjonali ta’ mill-inqas ħmistax-il sena f’qasam rilevanti għall-pożizzjoni. Mill-ħmistax-il sena msemmija qabel, mill-inqas ħamsa nkisbu f’pożizzjoni maniġerjali (tip ta’ pożizzjoni: kap ta’ unità jew ekwivalenti u ogħla); |
|
ix. |
għandi għarfien tajjeb ħafna ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bħala lingwa ewlenija u mill-inqas għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali sekondarja tal-Unjoni Ewropea; |
|
x. |
għandi mill-inqas għarfien tajjeb tal-Ingliż jew tal-Franċiż (Livell B2). |
Din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-lista ta’ kontroll, hija parti integrali mill-fajl tal-applikazzjoni u għandha tiġi mehmuża mal-ittra ta’ akkumpanjament uffiċjali tiegħi.
Jiena konxju:
|
— |
li l-applikazzjoni tiegħi se tiġi miċħuda jekk ma nibgħatx id-dokumenti mitluba skont l-arranġamenti meħtieġa mill-avviż ta’ pożizzjoni vakanti; |
|
— |
li kwalunkwe dikjarazzjoni falza se twassal għall-annullament awtomatiku tal-applikazzjoni tiegħi. |
Data: …
Firma: …
ANNESS II
AVVIŻ TA’ POŻIZZJONI VAKANTI Nru COR/AD 14/35 BIS/23
LISTA TA’ KONTROLL
Artikolu 29(2)
IL-KANDIDAT
Kunjom u isem: …
jiddikjara li l-fajl tal-applikazzjoni jinkludi l-komponenti li ġejjin (poġġi salib fil-kaxxi rilevanti):
|
|
Iva |
Le |
||
|
□ |
□ |
||
|
□ |
□ |
||
|
□ |
□ |
||
|
□ |
□ |
||
|
□ |
□ |
||
|
□ |
□ |
Data: …
Firma: …
ANNESS III
Dispożizzjonijiet dwar it-talbiet għal rieżami – Appelli – Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew – Opportunitajiet indaqs – Aċċess għad-dokumenti – Protezzjoni tad-data personali
TALBIET GĦAL RIEŻAMI:
Tista’ titlob rieżami jekk:
|
— |
il-bord tal-għażla naqas milli jirrispetta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura tal-għażla; |
|
— |
il-bord tal-għażla naqas milli jirrispetta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħidma tiegħu. |
Jekk jogħġbok innota li l-bord tal-għażla jgawdi minn miżura wiesgħa ta’ diskrezzjoni biex jevalwa jekk u sa liema punt it-tweġibiet tiegħek humiex korretti jew żbaljati. Għalhekk ma jaqbilx li tikkontesta l-marki tiegħek sakemm ma jkunx hemm żball manifest fil-liġi jew fil-fatt.
Trid tissottometti t-talba tiegħek debitament sostanzjata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tad-dispaċċ tal-email taċ-ċaħda. L-indirizz huwa l-istess bħal dak għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. Id-dipartiment tal-HR se jgħaddi l-ittra tiegħek lill-membri tal-bord tal-għażla, li se jeżaminawha u jaslu għal deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.
Fil-linja tas-suġġett tal-ittra tiegħek, jekk jogħġbok ikkwota:
|
— |
in-numru tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti, |
|
— |
“talba għal rieżami” (“demande de réexamen”), |
|
— |
l-istadju tal-għażla kkonċernata (l-eliġibbiltà, l-għażla minn qabel, eċċ.). |
Jekk jogħġbok innota li l-ebda talba għal rieżami ma tista’ tiġi ppreżentata wara l-intervista.
APPELLI:
Fi kwalunkwe stadju tal-proċedura tal-għażla, jekk temmen li l-KtR jew il-bord tal-għażla aġixxew b’mod inġust jew ma rrispettawx id-dispożizzjonijiet tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti, u għaldaqstant ġejt żvantaġġjat, tista’ tressaq ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi tibgħat email lis-Segretarju Ġenerali fl-istesss indirizz funzjonali: DirectorDT@cor.europa.eu
Fil-linja tas-suġġett tal-ittra tiegħek, jekk jogħġbok ikkwota:
|
— |
in-numru tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti, |
|
— |
“ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal” (“réclamation article 90, paragraphe 2, du statut”), |
|
— |
l-istadju tal-għażla kkonċernata (l-eliġibbiltà, l-għażla minn qabel, ir-riżultat finali, eċċ.). |
Jekk jogħġbok innota li l-bord tal-għażla jgawdi minn miżura wiesgħa ta’ diskrezzjoni.
Ma jaqbilx li jiġi sottomess ilment kontra deċiżjoni tal-bord tal-għażla, peress li dawn joperaw b’mod kompletament indipendenti u d-deċiżjonijiet tagħhom ma jistgħux jiġu mħassra mill-Awtorità tal-Ħatra. Dik il-miżura wiesgħa ta’ diskrezzjoni hija soġġetta għal kontrolli biss fil-każ ta’ ksur ċar tar-regoli li jirregolaw il-ħidma tagħhom. F’dak il-każ, deċiżjoni tal-bord tal-għażla tista’ tiġi kkontestata direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma l-ewwel ikun ġie ppreżentat ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. Jista’ jitressaq appell skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal ma’:
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
Boulevard Konrad Adenauer |
|
L-2925 Lussemburgu |
|
Lussemburgu |
Għal dettalji dwar kif tressaq appell, jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit web tal-Qorti Ġenerali (https://curia.europa.eu/jcms/jcms/Jo2_7033/mt/).
Għaż-żewġ proċeduri, il-limiti ta’ żmien jibdew jiddekorru mid-data li tiġi nnotifikat bid-deċizjoni li hija s-suġġett tal-appell.
ILMENTI LILL-OMBUDSMAN EWROPEW
Bħaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea, tista’ tressaq ilment ma’:
|
European Ombudsman |
|
1, avenue du Président Robert Schuman |
|
CS 30403 |
|
67 001 Strasbourg |
|
France |
|
https://www.ombudsman.europa.eu/mt/home |
Jekk jogħġbok innota li l-ilmenti mressqa lill-Ombudsman Ewropew m’għandhom l-ebda effett sospensiv fuq il-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 90(2) u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli quddiem il-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Bl-istess mod, jekk jogħġbok innota li, skont l-Artikolu 2(4) tal-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman, kwalunkwe lment imressaq lill-Ombudsman għandu jkun preċedut mill-approċċi amministrattivi xierqa għall-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati.
OPPORTUNITAJIET INDAQS
Il-KtR se jieħu ħsieb li jevita kull forma ta’ diskriminazzjoni waqt l-għażla. Hu japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f’minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
Il-kandidati b’diżabilità huma mistiedna jindikaw kwalunkwe bżonn speċjali li jista’ jkollhom f’nota kunfidenzjali ssiġillata mehmuża mal-applikazzjoni tagħhom. Din it-talba se tiġi ttrattata b’diskrezzjoni sħiħa, u ma jinżamm l-ebda rekord tagħha.
TALBIET MILL-KANDIDATI GĦALL-AĊĊESS GĦAD-DOKUMENTI LI JIKKONĊERNAWHOM DIRETTAMENT
Il-kandidati għandhom dritt speċifiku ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċernahom direttament u individwalment.
Il-kandidati ammessi fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni u l-intervista orali jistgħu jiksbu kopja tar-rapport ta’ evalwazzjoni individwali tagħhom fuq talba. It-talbiet kollha għall-kopji jistgħu jiġu introdotti biss ladarba l-proċedura tal-għażla tkun tlestiet.
It-talbiet se jiġu ttrattati skont ir-rekwiżit li x-xogħol tal-bord tal-għażla jkun kunfidenzjali u f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali.
IL-PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI
Il-KtR, bħala l-korp responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ din l-għażla, għandu jiżgura li d-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata f’konformità stretta mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), b’mod partikolari fir-rigward tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà.
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-KtR jipprovdi funzjoni konsultattiva indipendenti fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 u huwa meħtieġ li jżomm reġistru ċentrali tar-rekords kollha tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali mwettqa mill-istituzzjoni.
Id-data personali se tinġabar u tiġi pproċessata biss għall-iskop li tiġi organizzata din l-għażla u li jiġi mmaniġġjat ir-riżultat (inklużi aspetti relatati ma’ kwalunkwe awditjar intern jew estern jew kwalunkwe proċedimenti legali relatati mal-għażla); fejn rilevanti, ċerta data tiġi miżjuda mal-fajl personali tal-kandidati li jintgħażlu li jsiru uffiċjali.
Id-destinatarji tad-data huma:
|
— |
il-persunal inkarigat mill-proċedura ta’ reklutaġġ fid-Direttorat għar-Riżorsi Umani u l-finanzi; |
|
— |
il-membri tal-bord tal-għażla; |
|
— |
fejn applikabbli, is-Servizz Legali; |
|
— |
fejn applikabbli, is-servizz tal-awditjar intern, il-Qorti tal-Awdituri, l-awtoritajiet dixxiplinarji, l-OLAF u l-Qorti tal-Ġustizzja. |
Il-kandidati għandhom dritt ta’ aċċess, rettifika, tħassir u oġġezzjoni (email: DirectorDT@cor.europa.eu) fuq talba għad-drittijiet ta’ aċċess u rettifika.
Il-kandidati għandhom aċċess għall-applikazzjonijiet tagħhom, li għalihom għandhom dritt ta’ rettifika:
|
— |
fir-rigward tad-dokumenti li juru l-eliġibbiltà, sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet; |
|
— |
fir-rigward tad-data tal-identità, mingħajr limitu ta’ żmien. |
Id-dritt ta’ oġġezzjoni u tħassir: fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tasal it-talba.
Id-dokumenti relatati mal-proċedura tal-għażla (inklużi dawk relatati mal-kandidati rrifjutati) se jinżammu mid-dipartiment responsabbli fl-amministrazzjoni għal ħames snin wara r-reklutaġġ tal-kandidat l-aktar adattat (dan il-perjodu huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li tkun tista’ tirrispondi għal proċedura ta’ verifika possibbli).
Kwalunkwe dokument li jikkonċerna talba relatata ma’ diżabilità jinqered wara t-tmiem tal-proċedura, sakemm it-talba msemmija ma tirriżultax fi spejjeż, f’liema każ dawn jinżammu għal ħames snin (dan il-perjodu huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li tkun tista’ tirrispondi għal proċedura ta’ verifika possibbli).
Id-dokumenti se jinqerdu ladarba jkun għadda l-perjodu taż-żamma.
Tinġibed l-attenzjoni tal-kandidati għall-fatt li għandhom l-għażla li jikkuntattjaw lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-KtR: data.protection@cor.europa.eu, u li jikkuntattjaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin: edps@edps.europa.eu.
Riċevut mill-kandidat: …
Data: …
Firma: …
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/564/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)