<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑429/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0429</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:12">EU:C:2014:12</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20140116">16.1.2014</DATE> — KAWŻA C‑429/12</P><P>POHL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 45 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/78/KE</KEYWORD><KEYWORD>Differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tad-data ta’ referenza għall-finijiet ta’ avvanz fl-iskala tas-salarju</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ effettività</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑429/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Innsbruck (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20120828">28 ta’ Awwissu 2012</DATE> u tas-<DATE ISO="20130816">16 ta’ Awwissu 2013</DATE>, li waslu rispettivament fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20120921">21 ta’ Settembru 2012</DATE> u fit-<DATE ISO="20130822">22 ta’ Awwissu 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Siegfried Pohl</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">ÖBB - Infrastruktur AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, J. L. da Cruz Vilaça, G. Arestis, J.‑C. Bonichot u A. Arabadjiev (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal S. Pohl, minn C. Schöffthaler u U. Willi, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal ÖBB - Infrastruktur AG, minn C. Wolf, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Hesse, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u L. Van den Broeck, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Kreuschitz, D. Martin u F. Schatz, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi kif ukoll tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tal-Artikolu 45 TFUE u tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn S. Pohl u l-persuna li timpjega preċedenti tiegħu, ÖBB - Infrastruktur AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ÖBB<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar id-determinazzjoni, waqt ir-reklutaġġ tiegħu f’impjieg permanenti fl-<DATE ISO="19770701">1 ta’ Lulju 1977</DATE>, tad-data ta’ referenza għall-finijiet tal-progres fl-iskala tas-salarju marbuta ma’ dan l-impjieg u l-konsegwenzi tal-istabbiliment tal-imsemmija data għall-klassifikazzjoni tiegħu fuq din l-iskala kif ukoll għall-kalkolu tas-salarju tiegħu u tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2000/78 għandha l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>iskop [...] li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-kunċett ta’ diskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġguni msemmija fl-Artikolu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-għanijiet tal-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jippreċiża fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Fil-limiti tal-kompetenzi konferiti lill-[Unjoni], din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi korpi pubbliċci, f’dak li jirrigwarda:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kondizzjonijiet għal aċċess għall-impjiegi, għal min jaħdem għal rasu jew għall-impjieg, inkluż il-kriterji ta’selezzjoni u l-kondizzjonijiet ta’ reklutaġġ, tkun li tkun il-fergħa ta’ attività u fil-livelli kollha tal-ġerarkija professjonali, inkluż promozzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol, inklużi sensji u paga;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-ġustifikazzjoni għal trattament differenti fuq bażi ta’ età<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandhux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment ġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet jkunu approprjati u neċessarji.</P><P>Dan it-trattament differenti jista’ b’mod partikolari jinkludu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet speċjali għall-aċċess għall-impjieg u t-taħriġ professjonali, l-impjieg u x-xogħol, inkluzi l-kondizzjonijiet ta’ sensji u pagi, għaż-żgħażagħ, ħaddiema ta’ età [anzjani], u persuni li jkollhom responsabbilitajiet li jieħdu ħsieb persuni oħhra sabiex jippromwovu l-integrazzjoni professjonali tagħhom jew jiżguraw il-protezzjoni tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>L-iffissar ta’ kondizzjonijiet minimi ta’ età, esperjenza professjonali jew anzjanità f’servizz għall-aċċess ta’ mpjieg jew għal ċerti vantaġġi marbuta ma’ l-impjieg;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-1963 dwar ir-remunerazzjonijiet fi ħdan il-ferroviji [Bundesbahn‑Besoldungsordnung 1963 (BGBl. 170/1963), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>BBO<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>], intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-data ta’ referenza tal-avvanz għandha tkun iddeterminata fis-sens li — ħlief għall-perijodi ta’ qabel l-egħluq tal-età ta’ 18-il sena u b’riżerva tad-dispożizzjonijiet restrittivi tas-subparagrafi 4 sa 7 — huma meqjusa li jippreċedu l-jum tal-impenn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-perijodi msemmija fis-subparagrafu 2, fl-intier tagħhom,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-perijodi l-oħra, għal nofs.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Skont is-subparagrafu 1(a), għandhom jitqiesu li jippreċedi l-jum tal-impenn:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>it-tul imwettaq f’impjieg ta’ mill-inqas nofs il-ħin preskritt għall-ħaddiema full-time fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg fi ħdan il-ferroviji Awstrijaċi. Dan jgħodd ukoll għat-tul mwettaq f’impjieg f’kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg fi ħdan il-ferroviji ta’ Land jew ferroviji privati, li regolament ta’ servizz komparabbli għar-regolament ta’ servizz ta’ uffiċjali tal-ferroviji Awstrijaċi huwa applikabbli għalih.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1480 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak (Allgemeines Bürgerliches Gesetzbuch) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Id-dejn relatat ma’ servizzi annwali b’lura, fl-interess partikolari ta’ interessi [ ...] jiskadi fi tliet snin; id-dritt bħala tali huwa preskritt bin-nuqqas ta’ użu matul tletin sena<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="19741125">25 ta’ Novembru 1974</DATE> S. Pohl issieħeb mal-kumpannija li kienet il-predeċessur fid-dritt ta’ ÖBB. Huwa kien impjegat minn din il-kumpannija f’impjieg permanenti fl-<DATE ISO="19770701">1 ta’ Lulju 1977</DATE>. F’din l-okkażjoni d-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz ta’ S. Pohl fl-iskala tas-salarju marbut mal-impjieg li kien jokkupa ġiet stabbilita, mill-imsemmija kumpannija, fit-<DATE ISO="19711112">12 ta’ Novembru 1971</DATE>. Għal dan il-għan, il-perjodi ta’ servizz l-oħra mwettqa ma’ din il-kumpannija ġew ikkunsidrati li ppreċedew ir-reklutaġġ tiegħu fl-intier tagħhom. Il-perijodi l-oħra ta’ servizz mwettqa sa mill-età ta’ 18-il sena ma’ diversi impriżi li jinsabu fl-Awstrija ġew ikkunsidrati biss sa nofs it-tul tagħhom. Il-perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena ma ġewx ikkunsidrati waqt id-determinazzjoni tad-data ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara li rtira b’mod temporanju fl-<DATE ISO="20020304">4 ta’ Marzu 2002</DATE>, S. Pohl irtira b’mod permanenti fl-<DATE ISO="20050304">4 ta’ Marzu 2005</DATE>. Fi tmiem l-aħħar avvanz tiegħu, li seħħ fl-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, S. Pohl kien ikklassifikat fl-iskala tas-salarju 15.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>B’azzjoni mibdija fit-<DATE ISO="20110802">2 ta’ Awwissu 2011</DATE> kontra ÖBB quddiem il-Landesgericht Innsbruck (qorti tal-ewwel istanza ta’ Innsbruck), S. Pohl talab li jiġi kkonstatat li kien laħaq fl-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE> l-iskala tas-salarju 16. Huwa talab, sussidjarjament, li ÖBB tiġi kkundannata tħallsu, b’effett mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE> sal-<DATE ISO="20020304">4 ta’ Marzu 2002</DATE>, id-differenza fis-salarju bejn l-iskala 16 u l-iskala 15 u, mill-<DATE ISO="20020305">5 ta’ Marzu 2002</DATE>, id-differenza bejn il-benefiċċji tal-irtirar li rċieva u dawk dovuti skont l-iskala 16.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>S. Pohl sostna, essenzjalment, li l-perijodi ta’ servizz li wettaq qabel l-età ta’ 18-il sena kif ukoll dawk imwettqa wara l-età ta’ 18-il sena u sal-<DATE ISO="19741124">24 ta’ Novembru 1974</DATE> kellhom jiġu kkunsidrati fit-totalità tagħhom meta tiġi stabbilita d-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz tiegħu fl-iskala tas-salarju marbut mal-impjieg tiegħu fi ħdan ÖBB. Jekk dawn il-perijodi ta’ attività kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi ddeterminata din id-data ta’ referenza, kien jirriżulta minn dan, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-1963 fuq ir-remunerazzjonijiet fi ħdan il-qasam tal-ferroviji, li S. Pohl ikun ġie kklassifikat fl-iskala tas-salarju 16 qabel ma rtira temporanjament fl-<DATE ISO="20020304">4 ta’ Marzu 2002</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-azzjoni ta’ S. Pohl ġie miċħuda fl-ewwel istanza mil-Landesgericht Innsbruck.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>S. Pahl ippreżenta appell minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Rigward id-determinazzjoni tad-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz ta’ S. Pohl fl-iskala tas-salarju, din il-qorti tqis li huwa xieraq li ssir distinzjoni bbażata fuq il-mument meta huwa laħaq l-età ta’ 18-il sena. L-esklużjoni tal-perijodi ta’ servizz qabel dik id-data għall-kalkolu tad-data ta’ referenza waqt<?PAGE NO="5"?> ir-reklutaġġ tiegħu f’impjieg permanenti tista’ tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età. It-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi sa nofs it-tul tagħhom mill-età ta’ 18-il sena sal-<DATE ISO="19741124">24 ta’ Novembru 1974</DATE> jista’ jkun kuntrarju għall-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza fit-trattament kif ukoll għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni li tinsab fl-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju osservat li, skont it-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli skont id-dritt nazzjonali, id-dritt ta’ S. Pohl li jitlob l-evalwazzjoni mill-ġdid tad-data ta’ referenza huwa preskritt. Hija tiddeduċi minn dan li, skont id-dritt nazzjonali, id-drittijiet li S. Pohl qed isostni f’din il-kawża sabiex jikseb ħlas ulterjuri ta’ remunerazzjoni u ta’ pensjoni huma wkoll preskritti.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht Innsbruck iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel is-segwenti domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni attwalment fis-seħħ, b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ ugwaljanza fit-trattament,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-prinċipju ġenerali li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, fis-sens tal-Artikolu 6(3) TUE u tal-Artikolu 21 tal-[Karta ],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>il-projbizzjoni fir-rigward ta’ diskriminazzjoni li tirriżulta mill-moviment liberu tal-ħaddiema previst fl-Artikolu 45 TFUE,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>id-Direttiva [2000/78],</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali, li parzjalment jinsabu f’leġiżlazzjoni u parzjalment fi ftehim kollettiv, li ġew integrati f’kuntratt individwali ta’ xogħol bil-kunsens tal-partijiet u li jipprovdu li l-perijodi ta’ servizz tal-ħaddiema fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, meta dawn jitwettqu qabel l-età ta’ 18-il sena, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni u, meta dawn jitwettqu wara l-età ta’ 18-il sena, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biss nofs dawn il-perijodi, sa fejn tali perijodi ma jkunux twettqu fi ħdan impriża nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kważi pubblika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jew fi ħdan il-persuna li timpjega nazzjonali li kontriha tinfetaħ il-kawża bħala tali, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kompetenzi u l-konoxxenzi realment miksuba mill-ħaddiem?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: il-fatt li l-perijodi ta’ servizz ikkalkolati jkunu twettqu bejn l-<DATE ISO="19651201">1 ta’ Diċembru 1965</DATE> u l-<DATE ISO="19741124">24 ta’ Novembru 1974</DATE>, jiġifieri żmien twil qabel l-adeżjoni tal-Awstrija [tar-Repubblika tal-Awstrija] mal-[Unjoni] u l-ewwel deċiżjoni dwar il-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni ta’ ugwaljanza fit-trattament, għandu rwol fil-kalkolu tal-arretrati tar-remunerazzjoni, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, il-perijodi ta’ servizz li ma ttieħdux inkunsiderazzjoni qabel (fl-intier tagħhom qabel l-età ta’ 18-il sena u nofshom mill-età ta’ 18-il sena u sad-dħul fis-servizz tar-rikorrent fi ħdan il-konvenuta?)</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: id-dritt tal-Unjoni attwalment fis-seħħ u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-preskrizzjoni li jipprovdu li huwa kompletament preskritt id-dritt ta’ ħaddiem, li jkun sussegwentement irtirat, għal ħlas komplementari ta’ remunerazzjoni u, sussegwentement, ta’ pensjoni, mill-persuna li timpjegah, liema dritt jirriżulta mill-fatt li jittieħdu inkunsiderazzjoni, inkonformità mad-dritt tal-Unjoni u fis-sens tal-ewwel domanda, perijodi ta’ servizz akkwistati barra mill-pajjiż u qabel l-età ta’ 18-il sena, dritt li l-persuna kkonċernata ma kellhiex taħt id-dritt nazzjonali u li setgħet tinvoka b’mod oġġettiv biss b’effett mill-għoti tas-sentenzi tat-<DATE ISO="20001130">30 ta’ Novembru 2000</DATE>, Österreichischer Gewerkschaftsbund (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-195/98" PAGE.ECR="I-10497" YEAR="2000">C-195/98, Ġabra p. I-10497</REF.DOC.ECR>)[,] u tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Hütter (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-88/08" PAGE.ECR="I-5325" YEAR="2009">C-88/08, Ġabra p. I-5325</REF.DOC.ECR>)?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: persuna li timpjega li topera fis-settur tat-trasport bil-ferrovija, li għandha iktar minn <FT TYPE="NUMBER">40000</FT> impjegat, li għandha organizzazzjoni li tinkludi diversi livelli ta’ ġerarkija u li tinsab fit-territorju kollu, hija obbligata, bis-saħħa tad-dmir ta’ premura tagħha li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni attwalment fis-seħħ u b’mod partikolari mill-effett orizontali tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u/jew tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni li jirriżulta mill-moviment liberu tal-ħaddiema, tinforma lill-impjegati tagħha u lir-rappreżentanti tal-persunal dwar is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienu wkoll is-suġġett ta’ pubblikazzjoni fl-istampa ta’ kuljum, li minnhom jirriżulta li teħid inkunsiderazzjoni mill-persuna li timpjega ta’ perijodi ta’ servizz huwa kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni u li jistgħu jwasslu b’mod partikolari għal ħlas komplementari ta’ remunerazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>B’ittra tas-<DATE ISO="20130717">17 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-qorti tar-rinviju bagħtet lill-Qorti tal-Ġustizzja digriet tal-Oberster Gerichtshof tas-<DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li permezz tagħha din il-qorti ddeċidiet li tippreżenta lill-Qorti tal-Ġustizzja diversi domandi preliminari li jirrigwardaw kwistjoni simili bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara l-wasla ta’ din l-ittra, il-Qorti tal-Ġustizzja talbet lill-qorti tar-rinviju li tindikalha jekk riditx timmodifika jew tirtira, parzjalment jew totalment, id-domandi preliminari magħmula skont id-digriet tagħha tat-28 ta’ Awissu 2012.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal din it-talba, il-qorti tar-rinviju rrinvjat, b’deċiżjoni li waslet fil-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20130822">22 ta’ Awwissu 2013</DATE>, domanda preliminari addizzjonali, li hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Id-dritt tal-Unjoni fis-seħħ attwalment, b’mod partikolari,</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>id-Direttiva 2007/78/KE</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-prinċipju ġenerali ta’ effettività,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>il-prinċipju ġenerali tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ oriġini leġiżlattiva, tas-<DATE ISO="20111227">27 ta’ Diċembru 2011</DATE> applikabbli retroattivament mill-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>, li tneħħi d-drittijiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari fuq is-sentenza [Hütter, iċċitata iktar ’il fuq], li jittieħdu kont, mingħajr diskriminazzjoni minħabba l-età, tal-perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena, kif ukoll tad-drittijiet għal remunerazzjoni li jirriżultaw, billi jkun estiż, sabiex tkun stabbilita data ġdida għall-finijiet tal-avvanz, fl-istess żmien ta’ sena t-terminu għall-aċċess għall-iskala ogħla f’kull wieħed mill-ewwel tliet livelli ta’ paga?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tielet domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, li għandha tingħata risposta għaliha fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ effettività, jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tletin sena, li jibda jgħodd mill-konklużjoni tal-ftehim li abbażi tiegħu d-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz ġiet stabbilita jew mill-klassifikazzjoni għal skala tas-salarju żbaljata, id-dritt għal impjegat li jitlob evalwazzjoni mill-ġdid tal-perijodu ta’ servizz li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta’ din id-data ta’ referenza.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi b’mod partikolari fuq il-kwistjoni dwar jekk għandux jiġi aċċettat li dan it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mhux mill-konklużjoni tal-ftehim li fil-kuntest tiegħu d-data ta’ referenza ġiet stabbilita jew mill-klassifikazzjoni għal skala ta’ salarju żbaljata, iżda jibda jgħodd mid-dati meta ngħataw rispettivament is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Österreichischer Gewerkschaftsbund u Hütter.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li, meta f’qasam partikolari jkun jeżisti l-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa l-kompitu tal-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li jaħtar il-qrati kompetenti u li jistabbilixxi regoli proċedurali għal azzjonijiet intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni ta’ drittijiet li l-individwi jinvokaw taħt id-dritt tal-Unjoni, sakemm, minn naħa waħda, tali regoli ma jkunux inqas favorevoli minn dawk applikabbli għal azzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju tal-ekwivalenza) u li ma jirrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li jirriżultaw mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, Q-Beef u Bosschaert, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-89/10+C-96/10" PAGE.ECR="I-7819" YEAR="2011">C-89/10 u C-96/10, Ġabra p. I-7819</REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li d-dritt tal-Unjoni ma jipprevedix regoli relatati mat-termini mogħtija sabiex isir rikors f’dak li jikkonċerna l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li huwa kull Stat Membru kkonċernat li għandu jirregola, fi ħdan l-ordinament ġuridiku tiegħu, tali modalità proċedurali, b’riżerva tal-osservanza tal-prinċipji tal-ekwivalenza u ta’ effettività.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, dan jeħtieġ li r-regoli kollha applikabbli għar-rikorsi japplikaw mingħajr distinzjoni għar-rikorsi bbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u għal dawk, simili, ibbażati fuq il-ksur tad-dritt nazzjonali (sentenza tal-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, Barth, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-542/08" PAGE.ECR="I-3189" YEAR="2010">C-542/08, Ġabra p. I-3189</REF.DOC.ECR>, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’din il-kawża, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tletin sena previst mid-dritt nazzjonali japplika irrispettivament mill-fatt jekk il-ksur tad-dritt invokat jaqax taħt id-dritt tal-Unjoni jew taħt id-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali regola ta’ preskrizzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala kuntrarja għall-prinċipju ta’ ekwivalenza.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-iffissar ta’ termini taħt piena ta’ dekadenza għall-preżentata ta’ rikorsi fl-interess taċ-ċertezza legali sa fejn tali termini ma humiex ta’ natura li jagħmlu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Barth, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Rigward il-kwistjoni dwar jekk id-dati rispettivi tal-għoti tas-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Österreichischer Gewerkschaftsbund u Hütter għandhomx effett fuq il-bidu tad-dekorrenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni stabbilit mid-dritt nazzjonali, għandu jitfakkar li l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha mogħtija lilha mill-Artikolu 267 TFUE, tikkjarifika u tispeċifika, meta jkun neċessarju, is-sinjifikat u l-portata ta’ din ir-regola, kif għandha jew kellha tinftiehem u tiġi applikata mill-mument li daħlet fis-seħħ. Fi kliem ieħor, deċiżjoni preliminari ma għandhiex valur kostituttiv, iżda purament dikjarattiv, bil-konsegwenza li l-effetti tagħha, bħala prinċipju, imorru lura għad-data tad-dħul fis-seħħ tar-regola interpretata (sentenza tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, Kempter, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-2/06" PAGE.ECR="I-411" YEAR="2008">C-2/06, Ġabra p. I-411</REF.DOC.ECR>, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Rigward il-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li jaqa’, bħala prinċipju, taħt id-dritt nazzjonali u li l-konstatazzjoni sussegwenti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħala prinċipju, ma jkollhiex impatt fuq dan il-bidu tad-dekorrenza tal-imsemmi terminu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Q-Beef u Bossschaert, iċċitata iktar ’il fuq, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dati rispettivi tal-għoti tas-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Österreichischer Gewerkschaftsbund u Hütter huma mingħajr effett fuq il-bidu tad-dekorrenza tal-preskrizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, għaldaqstant, huma irrilevanti għall-evalwazzjoni tal-osservanza, fil-kuntest ta’ din il-kawża, tal-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>B’hekk kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, skont id-dritt nazzjonali, dan il-bidu ta’ dekorrenza jikkorrispondi għad-data tal-konklużjoni tal-ftehim li abbażi tiegħu d-data ta’ referenza tkun ġiet stabbilita jew tal-klassifikazzjoni għal skala tas-salarju żbaljata, jiġifieri, fil-kawża prinċipali, il-<DATE ISO="19741125">25 ta’ Novembru 1974</DATE>. Il-qorti tar-rinviju tosserva f’dan ir-rigward li, fir-rigward tad-dritt nazzjonali, id-dritt għal S. Pohl li jitlob evalwazzjoni mill-ġdid tad-data ta’ referenza huwa preskritt mill-<DATE ISO="20041124">24 ta’ Novembru 2004</DATE>, jiġifieri ħafna qabel l-introduzzjoni tal-proċedura fil-kawża prinċipali, fit-<DATE ISO="20110802">2 ta’ Awwissu 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Ma jistax jiġi kkontestat li tali terminu jikkostitwixxi terminu raġonevoli għall-preżentata ta’ rikors taħt piena ta’ dekadenza fl-interess taċ-ċertezza legali, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 29 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minħabba l-fatt li r-rikors ta’ S. Pohl jirrigwarda, essenzjalment, il-legalità tal-aħħar avvanz tiegħu fl-iskala tas-salarju, li seħħ fl-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, għandu jiġi kkonstatat li, skont id-dritt nazzjonali, kien għad għandu kważi tliet snin sabiex jippreżenta r-rikors tiegħu mid-deċiżjoni fuq l-aħħar avvanz tiegħu fuq din l-iskala.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk wieħed jassumi li S. Pohl seta’ bbaża t-talba tiegħu fuq l-Artikolu 45 TFUE jew fuq id-Direttiva 2000/78, għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, dan l-artikolu jista’ jiġi invokat quddiem il-qrati Awstrijaċi mill-<DATE ISO="19950101">1 ta’ Jannar 1995</DATE>, id-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija mal-Unjoni, jiġfieri matul perijodu ta’ kważi għaxar snin qabel l-iskadenza tat-terminu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u min-naħa l-oħra, it-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/78 skada fit-<DATE ISO="20031203">3 ta’ Diċembru 2003</DATE>, li jħalli perijodu ta’ kważi sena sabiex S. Pohl jippreżenta rikors sabiex jinforza d-drittijiet tiegħu quddiem l-imsemmija qrati. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kawża prinċipali, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tletin sena previst mid-dritt nazzjonali, li beda jiddekorri mill-konklużjoni tal-ftehim li abbażi tiegħu d-data ta’ referenza ġiet stabbilita jew mill-klassifikazzjoni għal skala tas-salarju żbaljata, ma kienx tali li jrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li S.Pohl jieħu, jekk ikun il-każ, mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandha tingħata risposta għat-tielet domanda li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ effettività, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tletin sena, li jibda jiddekorri mill-konklużjoni tal-ftehim li abbażi tiegħu d-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz ġiet stabbilita, jew mill-klassifikazzjoni għal skala tas-salarju żbaljata, id-dritt għal impjegat li jitlob evalwazzjoni mill-ġdid tas-snin ta’ servizz li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta’ din id-data ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl, minn naħa, tar-risposta mogħtija għat-tielet domanda u, min-naħa l-oħra, tal-konstatazzjoni tal-qorti tar-rinviju li biha d-dritt ta’ S. Pohl li jitlob evalwazzjoni mill-ġdid ta’ data ta’ referenza u, konsegwentement, ir-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni dwar l-aħħar avvanz fl-iskala tas-salarju tiegħu huma, skont it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tletin sena previst mid-dritt nazzjonali, preskritti mill-<DATE ISO="20041124">24 ta’ Novembru 2004</DATE>, ma hemmx bżonn li tingħata risposta għad-domandi l-oħra magħmula.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ effettività, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tletin sena, li jibda jiddekorri mill-konklużjoni tal-ftehim li abbażi tiegħu d-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz ġiet stabbilita, jew mill-klassifikazzjoni għal skala tas-salarju żbaljata, id-dritt għal impjegat li jitlob evalwazzjoni mill-ġdid tas-snin ta’ servizz li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta’ din id-data ta’ referenza.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>