European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3512

29.5.2024

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3512)

Deċiżjoni għar-rifjut ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użi

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2024) 2997

13 ta’ Mejju 2024

dikromat tas-sodju (Nru KE 234-190-3; Nru CAS 10588-01-9 (anidru); Nru CAS 7789-12-0 (diidrat))

Ilario Ormezzano Sai S.r.l., Via Cavour 120, 13894, Gaglianico, Biella, l-Italja

Mhux applikabbli

ippakkjar mill-ġdid biex jiġi fornut bħala mordent għaż-żbigħ tas-suf kulur il-fidda u/jew tar-raden b’kuluri skuri f’ambjenti industrijali;

użu bħala mordent għaż-żbigħ tas-suf kulur il-fidda u/jew tar-raden b’kuluri skuri f’ambjenti industrijali

Mhux applikabbli

L-applikazzjoni ma inkludietx l-informazzjoni meħtieġa speċifikata fl-Artikolu 62(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3512/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)