32000D0637



Official Journal L 269 , 21/10/2000 P. 0050 - 0051


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta' Settembru 2000

dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għal apparat tar-radju kopert taħt l-arranġament reġjonali dwar is-servizz ta' radju telefon fuq passaġġi fuq l-ilma interni

(innotifikat taħt id- dokument numru C (2000) 2718)

(Test b'relevanza għaż- ŻEE)

(2000/637/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 fuq tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tal-telekommunikazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b' mod partikolari l-Artikolu 3(3)(e), dwar dan,

Billi:

(1) Numru ta' Stati Membri għandhom il-ħsieb li jimplimentaw prinċipji ta' sigurtà komuni għal persuni u merkanzija fuq passaġġi fuq l-ilma interni.

(2) L-armonizzazzjoni ta' servizzi tar-radju telefon għandha tikkontribwixxi lejn navigazzjoni inqas perikoluża fuq passaġġi fuq l-ilma interni, partikolarment f'każ ta' kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena.

(3) Wara li ħadu sehem f'konferneza reġjonali f' Basle miżmuma b'mod konformi ma' l-Artikolu S6 tar-Regolamenti dwar ir-Radju ta' l-ITU numru ta' Stati Membri fejn isseħħ navigazzjoni interna beħsiebhom japprovaw u jimplimentaw kull arranġament dwar is-servizz ta' radju telefon fuq passaġġi fuq l-ilma interni (minn hawn 'il quddiem riferut bħala l-"arranġament").

(4) Tagħmir li huwa maħsub biss għal installazzjoni fuq bastimenti li jinnavigaw fuq passaġġi ta' l-ilma intern biss, fi Stati Membri fejn l-arranġament irid jiġi implimentat, u li jopera fil-limiti tal-frekwenzi stabbiliti fl-arranġament biss huwa kopert.

(5) Kull tagħmir li jaħdem f'dawn il-limiti ta' frekwenzi għandu jikkonforma ma' l-għanijiet ta' dan l-arranġament u għandu jimplimenta s-sistema awtomatika ta' identifikazzjoni ta' trasmettaturi (ATIS) kif imfisser fl-Anness B ta' ETS 600698 u għandu jkun tat-tip li ma jistax jiġi operat 'il fuq minn kull potenza massima ta' trasmissjoni definita fil-kategoriji ta' servizz "vapur-għal-vapur", "vapur-għal-awtoritajiet tal-port" u "komunikazzjoni abbord".

(6) Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-fehma tal-Kumitat ta' Evalwazzjoni ta' Konformità fit-Telekomunikazzjoni u Sorveljanza tas-Suq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għal apparat tar-radju li għandu jintuża taħt l-arranġament reġjonali dwar is-servizz ta' radju telefon fuq passaġġi fuq l-ilma interni konkluż f'Basle fis-6 ta' April 2000 f' kull Stat Membru fejn l-arranġament irid jiġi implimentat.

L-Artikolu 2

1. Tagħmir tar-radju li jaħdem fil-limiti tal-faxex tal-frekwenza, stabbiliti mill-arranġament dwar is-servizz ta' radju telefon fuq passaġġi fuq l-ilma interni għandu jimplimenta s-sistema awtomatika ta' identifikazzjoni ta' trasmettaturi (SAIT).

2. Tagħmir ta' komunikazzjoni bir-radju fil-kategoriji ta' servizz "vapur-għal-vapur", "vapur-għal-awtoritajiet tal-port" u "komunikazzjoni abbord", stabbilti mill-arranġament dwar is-servizz ta' radju telefon fuq passaġġi fuq l-ilma interni għandu jkun tat-tip li ma jistax jitrasmetti b' potenza ta' trasmissjoni ta' iktar minn 1 watt.

L-Artikolu 3

Il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-jum ta' meta tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Settembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10.

--------------------------------------------------