European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6723

16.12.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2561, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2567 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti

(C/2025/6723)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità li jidhru fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2561 (2), u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2567 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entità kkonċernati għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 u fir-Regolament (UE) 2022/2309 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entità għall-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikati fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2022/2309, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew għal ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel it-30 ta' April 2026 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135.

(2)   ĠU L, 2025/2561, 15.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2561/oj.

(3)   ĠU L 307, 28.11.2022, p. 17.

(4)   ĠU L, 2025/2567, 15.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2567/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6723/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)