|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2925 |
26.11.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2925
tad-19 ta’ Ġunju 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġestjoni tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 66, il-paragrafu 1, il-punti (e) u (k) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni hija parti għall-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), wara li approvat il-Konvenzjoni tal-ICCAT skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE (2). |
|
(2) |
L-ICCAT tadotta miżuri biex tiżgura l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fuq terminu twil, fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT u biex tissalvagwardja l-ekosistemi marini li jinsabu fihom dawn ir-riżorsi. Tali miżuri jistgħu jsiru vinkolanti għall-Unjoni. |
|
(3) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/2053, fil-laqgħa annwali tagħha tal-2023, l-ICCAT adottat ir-rakkomandazzjoni 23-06 (3) tal-ICCAT, fir-rigward tal-ġestjoni tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Ir-Rakkomandazzjoni 23-06 tal-ICCAT tinkludi dispożizzjonijiet dwar reviżjoni tal-limiti fuq il-kapaċità tat-trobbija tat-tonn, żieda mal-protokoll tar-rilaxx u aġġornament tal-mudell tar-rapportar għat-trattament tal-ħut mejjet u/jew mitluf u aġġornament dwar il-proċedura għall-forniment tal-foki tal-ICCAT lill-osservaturi reġjonali tal-ICCAT. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni. |
|
(4) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li jsiru għadd ta’ aġġornamenti u emendi tar-Regolament (UE) 2023/2053, jiġifieri l-aġġornament tal-protokoll tar-rilaxx kollu fl-Anness XII u l-emendar tat-tul tal-bastiment indikat fl-Anness XV. |
|
(5) |
Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2023/2053 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 3 jitħassar; |
|
(2) |
l-Annessi XII, XIII, XV u XVa huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) Ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2053/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE tad-9 ta’ Ġunju 1986 dwar l-Adeżjoni tal-Komunità fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, kif emendata bil-Protokoll mehmuż mal-Att Finali tal-Konferenza tal-Plenipotenzjari tal-Istati li jifformaw Parti mill-Konvenzjoni ffirmata f’Pariġi fl-10 ta’ Lulju 1984 (ĠU L 162, 18.6.1986, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1986/238/oj).
(3) Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT li temenda r-Rakkomandazzjoni 22-08 biex jiġi stabbilit pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.
ANNESS
L-Annessi XII, XIII, XV u XVa tar-Regolament (UE) 2023/2053 huma emendati kif ġej:
|
1. |
L-Anness XII huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS XII PROTOKOLL TAR-RILAXX Ħruġ ta’ ordnijiet tar-rilaxx
Segregazzjoni tal-ħut qabel l-operazzjoni tar-rilaxx
Reġistrazzjoni tal-operazzjoni tar-rilaxx bil-vidjokamera
Rappurtar
Dispożizzjonijiet ġenerali
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Fl-Anness XIII, il-Parti F “Mudell ta’ Rappurtar”, fil-ħames ringiela tal-mudell, tiżdied it-tielet kolonna ġdida “Destinazzjoni ta’ ħut mejjet (skartat jew żbarkat)” bejn il-kolonni “Nru ta’ BFT mejjet” u “Firma tal-kaptan”: “F. Mudell ta’ rappurtar
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. |
Fl-Anness XV, il-paragrafu introduttorju għall-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
4. |
Fl-Anness XVa, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(1) Għar-rilaxxi mill-farms tal-ħut biss.
(2) Il-firma tal-operatur tal-farm tal-ħut għar-rilaxxi mill-farms, jew tal-kaptan tal-bastiment tas-sajd għar-rilaxxi ordnati lill-bastimenti tal-qbid jew lill-bastimenti tal-irmunkar.
(3) Ir-rilaxx wara t-tlestija tar-rapporti dwar it-tqegħid fil-gaġeġ; il-BFT li jibqa’ wara l-ħsad li mhuwiex kopert minn eBCD; l-eċċess ta’ BFT misjub wara trasferiment tal-kontroll jew valutazzjoni tar-riport.
(*1) F’każ ta’ trasferimenti ulterjuri, il-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar donatur għandu jibgħat ir-rapport oriġinali dwar il-mortalità lill-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar riċevitur.”;
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2925/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)