|
10.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/935
tat-3 ta’ Ġunju 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-13-il laqgħa tal-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija rigward l-adozzjoni ta’ emendi għall-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi li jikkonċernaw il-lokomottivi u l-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri, il-vaguni tal-merkanzija, l-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja għal persuni b’diżabilità u persuni b’mobbiltà mnaqqsa, l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi applikabbli għall-kompożizzjoni tal-ferroviji u għall-kontrolli tal-kompatibbiltà tar-rotot u għall-infrastruttura tas-subsistema, l-aġġornament tar-referenzi għad-dokumenti tekniċi msemmija fl-Appendiċi I tal-preskrizzjoni teknika uniformi li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija u rigward ir-reviżjoni tal-ATMF fir-rigward tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni ssieħbet fil-Konvenzjoni li tikkonċerna t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (“COTIF”), f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1). |
|
(2) |
L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru u Malta, huma partijiet għall-COTIF. |
|
(3) |
Skont il-punt (f) tal-Artikolu 13 § 1 tal-COTIF, ġie stabbilit il-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi (“CTE, Committee of Technical Experts) tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (“OTIF”). |
|
(4) |
Skont il-punt (b) tal-Artikolu 20 § 1 tal-COTIF, u f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Appendiċi F (“APTU”), is-CTE huwa kompetenti biex jadotta jew jemenda, fost l-oħrajn, il-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi (“UTP”) li jikkonċernaw il-lokomottivi u l-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri (“UTP LOC PAS”), il-vaguni tal-merkanzija (“UTP WAG”), l-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja għal persuni b’diżabilità u persuni b’mobbiltà mnaqqsa (“UTP PRM”), id-dokumenti tekniċi tal-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tal-applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija (“TAF TSI”) imsemmija fl-Appendiċi I tal-UTP dwar applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija (“UTP TAF”), l-UTP applikabbli għall-kompożizzjoni tal-ferroviji u għall-kontrolli tal-kompatibbiltà tar-rotot (“UTP TCRC”) u l-UTP applikabbli għall-infrastruttura tas-subsistema (“UTP INF”). |
|
(5) |
Fl-aħħar nett, f’konformità mal-Artikolu 15 § 2 tal-Appendiċi G (“ATMF”), is-CTE huwa kompetenti biex jipproponi r-reviżjoni tal-ATMF fir-rigward tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (“ECM”). |
|
(6) |
Is-CTE inkluda fl-aġenda tat-13-il sessjoni tiegħu li se ssir fit-22 ta’ Ġunju 2021, proposti għal deċiżjonijiet biex jiġu emendati l-UTP LOC PAS, l-UTP WAG u l-UTP PRM, għall-adozzjoni tal-UTP TCRC u l-UTP INF, għall-aġġornament tar-referenzi għad-dokumenti tekniċi tat-TSI TAF elenkati fl-Appendiċi I tal-UTP TAF u għar-reviżjoni tal-ATMF fir-rigward tal-ECM. |
|
(7) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-CTE u, fir-rigward tar-reviżjoni tal-AMTF, il-Kumitat ta’ Reviżjoni tal-OTIF, peress li d-deċiżjonijiet proposti ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(8) |
L-objettivi tad-deċiżjonijiet proposti huma li jallinjaw l-UTP LOC PAS, l-UTP WAG u l-UTP PRM mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/387 (2) u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/772 (3) rispettivament, li jadottaw UTP TCRC ġdida u UTP INF ġdida f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 (4) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 (5) kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 (6) u li jipproponu lill-Kumitat ta’ Reviżjoni tal-OTIF reviżjoni tal-ATMF fir-rigward tal-ECM biex jiġu allinjati mad-Direttiva (UE) 2016/798 (7). |
|
(9) |
Id-deċiżjonijiet proposti huma konformi mal-liġi u mal-objettivi strateġiċi tal-Unjoni billi jikkontribwixxu għall-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-OTIF mad-dispożizzjonijiet ekwivalenti tal-liġi tal-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li jiġu appoġġati mill-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-13-il laqgħa tal-Kumitat ta’ Esperti Tekniċi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta’ Mejju 1980 rigward l-adozzjoni ta’ emendi għall-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi li jikkonċernaw il-lokomottivi u l-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri, il-vaguni tal-merkanzija, l-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja għal persuni b’diżabilità u persuni b’mobbiltà mnaqqsa, l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi applikabbli għall-kompożizzjoni tal-ferroviji u għall-kontrolli tal-kompatibbiltà tar-rotot u għall-infrastruttura tas-subsistema, l-aġġornament tar-referenzi għad-dokumenti tekniċi msemmija fl-Appendiċi I tal-preskrizzjoni teknika uniformi li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija u rigward ir-reviżjoni tal-ATMF fir-rigward tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni għandha tkun din li ġejja:
|
(1) |
li ssir votazzjoni favur l-emendi proposti mis-CTE għall-UTP li jikkonċernaw il-lokomottivi u l-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri, kif stipulat fl-anness TECH-20041-CTE13-UTP LOC PAS tad-Dokument ta’ Ħidma tas-CTE u d-deċiżjoni TECH-20041 LOC PAS; |
|
(2) |
li ssir votazzjoni favur l-emendi proposti mis-CTE għall-UTP li jikkonċernaw il-vetturi ferrovjarji – il-vaguni tal-merkanzija, kif stipulat fl-abbozz ta’ emendi TECH-20042-CTE13 WAG tad-Dokument ta’ Ħidma tas-CTE u d-deċiżjoni TECH-20042 WAG; |
|
(3) |
li ssir votazzjoni favur l-emendi proposti mis-CTE għall-UTP li jikkonċernaw l-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja għall-persuni b’diżabilità u għall-persuni b’mobbiltà mnaqqsa, kif stipulat fl-abbozz ta’ emendi TECH-20043-CTE UTP PRM tad-Dokument ta’ Ħidma tas-CTE u d-deċiżjoni TECH-20043 PRM; |
|
(4) |
li ssir votazzjoni favur l-adozzjoni proposta mis-CTE tal-UTP applikabbli għall-kompożizzjoni tal-ferroviji u għall-kontrolli tal-kompatibbiltà tar-rotot, kif stipulat fid-Dokument ta’ Ħidma tas-CTE TECH-20039 UTP TCRC u d-deċiżjoni TECH-20039 TCRC; |
|
(5) |
li ssir votazzjoni favur l-adozzjoni proposta mis-CTE tal-UTP applikabbli għall-infrastruttura tas-subsistema, kif stipulat fl-abbozz TECH-20040-UTP INF tad-Dokument ta’ Ħidma tas-CTE u d-deċiżjoni TECH-20040 INF; |
|
(6) |
li ssir votazzjoni favur il-proposta tas-CTE biex jiġu aġġornati r-referenzi għad-dokumenti tekniċi tat-TAF TSI elenkati fl-Appendiċi I tal-UTP TAF, kif stipulat fid-deċiżjoni TECH-21009-CTE UTP TAF tad-Dokument ta’ Ħidma tas-CTE; |
|
(7) |
li ssir votazzjoni favur ir-reviżjoni tal-ATMF fir-rigward tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni, kif stipulat fid-deċiżjoni TECH-20045 ATMF tad-Dokument ta’ Ħidma tas-CTE. |
Artikolu 2
Ladarba jiġu adottati, id-deċiżjonijiet tas-CTE għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tiġi indikata d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
P. N. SANTOS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta’ Vilnius tat-3 ta’ Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/387 tad-9 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1302/2014 u (UE) 2016/919 fir-rigward tal-estensjoni taż-żona tal-użu u l-fażijiet tat-tranżizzjoni (ĠU L 73, 10.3.2020, p. 6).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/772 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1300/2014 fir-rigward tal-inventarju tal-assi bil-ħsieb li jiġu identifikati l-ostakli għall-aċċessibbiltà, jingħata tagħrif lill-utenti u jiġi monitorjat u evalwat il-progress fil-qasam tal-aċċessibbiltà, (ĠU L 139I, 27.5.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 2012/757/UE, (ĠU L 139I, 27.5.2019, p. 5)
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà relatati mas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea, (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1299/2014, (UE) Nru 1301/2014, (UE) Nru 1302/2014, (UE) Nru 1303/2014 u (UE) 2016/919 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE fir-rigward tal-allinjament mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi stipulati fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474, (ĠU L 139I, 27.5.2019, p. 108).
(7) Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja, (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).