12.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/60


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 496/2009

tal-11 ta' Ġunju 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 dwar iktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 872/2004 jelenka l-persuni, korpi u entitajiet fiżiċi u ġuridiċi li huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fit-12 ta' Mejju 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti ddeċieda li jemenda l-informazzjoni ta' identifikazzjoni ta' persuna waħda li fil-konfront tagħha għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk l-Anness I għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)   ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni “Edwin M., Snowe jr. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu 7.8.2008-6.7.2010). Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004.”, għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

“Edwin M., Snowe jr. Ċittadinanza: Elwa Road, Monrovia, Liberia. Data tat-twelid: 11.2.1970. Post tat-twelid: Mano River, Grand Cape Mount, Liberia. Ċittadinanza: Liberjana. Numru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D005640 (passport diplomatiku), (d) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu 7.8.2008-6.7.2010). Informazzjoni oħra: Direttur Maniġerjali tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004.”.