02004R1464 — MT — 19.02.2019 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1464/2004 tas-17 ta' Awissu 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta' l-addittiv “Monteban” fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta' koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (ĠU L 270 18.8.2004, p. 8) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 545/2005 tal-31 ta’ Marzu 2006 |
L 94 |
26 |
1.4.2006 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 884/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 |
L 265 |
4 |
8.10.2010 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/138 tad-29 ta' Jannar 2019 |
L 26 |
1 |
30.1.2019 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1464/2004
tas-17 ta' Awissu 2004
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta' l-addittiv “Monteban” fl-għalf tal-bhejjem, li jifforma parti mill-grupp ta' koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-Kapitolu I ta' l-Anness B tad-Direttiva 70/524/KEE huwa emendat kif ġej:
L-addittiv narasin, li jifforma parti mill-grupp “Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra”, għandu jkun imħassar.
Artikolu 2
L-addittiv Monteban li jifforma parti mill-grupp “Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra” kif imniżżel fl-Anness tar-Regolament preżenti huwa awtorizzat għall-użu fin-nutrizzjoni ta' l-annimali taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'dak l-Anness.
Artikolu 3
Perijodu ta' sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament huwa l-perijodu permess li fih irid jintuża l-istokk eżistenti ta' narsin.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-iStati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru tar-reġistrazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem u numru ta’ reġistrazzjoni tal-persuna risponsabbli |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew il-kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Skadenza tal-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
Limiti massimi ta’ Residwi (MRLs) fl-oġġetti ta’ l-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali ta’ l-ispeċi jew il-kategorija ta’ annimal ikkonċernat għaċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittiv |
|
mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ oġġetti ta’ l-għalf sħaħ |
||||||||||
|
Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn |
||||||||||
|
“E 765 |
►M3 Elanco GmbH ◄ |
Narasin 100g/kg (Monteban, Monteban G100) |
Kompożizzjoni ta’ l-addittiv: Narasin: 100 g attività/kg Żejt tas-sojja jew żejt minerali: 10-30 g/kg Vermiculite: 0-20 g/kg Soybean mill run or rice hulls qs 1 kg Sustanza attiva: Narasin, C43H72O11 numru CAS: 55134-13-9 polyether monocarboxylic acid prodott mis- Streptomyces aureofaciens (NRRL 8092), f’forma granulari Narasin A attività: ≥ 90 % |
Tiġieġgħat-tismin |
— |
60 |
70 |
►M2
Użu pprojbit sa mhux iktar minn jum wieħed qabel tbiċċir ◄Indika taħt l-istruzzjonijiet għall-użu: ‘Perikoluż għall-ispeċi ekwini, dundjani u fniek’ Dan l-oġġett ta’ l-għalf fih ionophore: użu ‘simultanju ma’ ċerti sustanzi mediċinali (eż tiamulin) huwa kontra indikat’ |
21.8.2014 |
50 μg/kg għal kull tessut li fih likwidi derivat minn tiġieġ għat-tismin” |