02010D0221 — MT — 18.12.2018 — 011.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1850) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 098 20.4.2010, p. 7) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2010/761/UE tas-7 ta’ Diċembru 2010 |
L 322 |
47 |
8.12.2010 |
|
|
L 80 |
15 |
26.3.2011 |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/403/UE tas-7 ta’ Lulju 2011 |
L 180 |
47 |
8.7.2011 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/825/UE tat-8 ta’ Diċembru 2011 |
L 328 |
53 |
10.12.2011 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/786/UE tat-13 ta’ Diċembru 2012 |
L 347 |
36 |
15.12.2012 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/213/UE tad-29 ta’ April 2013 |
L 120 |
16 |
1.5.2013 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/12/UE tal-14 ta’ Jannar 2014 |
L 11 |
6 |
16.1.2014 |
|
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/250/UE tad-29 ta’ April 2014 |
L 132 |
79 |
3.5.2014 |
|
|
L 47 |
22 |
20.2.2015 |
||
|
L 32 |
158 |
9.2.2016 |
||
|
L 178 |
9 |
16.7.2018 |
||
|
L 322 |
55 |
18.12.2018 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ April 2010
li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1850)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/221/UE)
Artikolu 1
Il-kontenut u l-ambitu
Din id-Deċiżjoni tapprova l-miżuri nazzjonali tal-Istati Membri elenkati fl-Annessi I, II u III tagħha għal-limitazzjoni tal-impatt u t-tixrid ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u fl-annimali akkwatiċi selvaġġi skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE.
Artikolu 2
L-approvazzjoni ta’ ċerti miżuri nazzjonali għal-limitazzjoni tal-impatt ta’ ċertu mard mhux elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE
1. L-Istati Membri u partijiet minnhom elenkati fit-tieni u fir-raba’ kolonni tat-tabella fl-Anness I għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħielsa mill-mard elenkati fl-ewwel kolonna ta’ dik it-tabella (“żoni ħielsa mill-mard”).
2. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitolbu li l-kunsinni li jkun imisshom jiġu introdotti f’żona ħielsa mill-mard jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) fir-rigward ta’ dak il-mard li għalih huma kkunsidrati bħala ħielsa mill-mard:
(a) l-annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, għaż-żoni ta’ żamma, għaż-żoni tas-sajd ripopolati artifiċjalment, għall-faċilitajiet ornamentali miftuħa u għall-istokkjar mill-ġdid jridu jikkonformaw ma’:
(i) ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;
(ii) ir-rekwiżiti għall-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;
(iii) ir-rekwiżiti għat-tranżitu u l-ħażna stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;
(b) l-annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa jridu jikonformaw ma’:
(i) ir-rekwiżiti għall-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;
(ii) r-rekwiżiti għat-tranżitu u l-ħażna stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008.
Artikolu 3
L-approvazzjoni ta’ programmi ta’ qerda nazzjonali fir-rigward ta’ ċertu mard mhux elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE
1. Il-programmi ta’ qerda adottati mill-Istati Membri elenkati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness II għall-mard elenkat fl-ewwel kolonna ta’ dik it-tabella, fir-rigward taż-żoni elenkati fir-raba’ kolonna tagħha (“programmi ta’ qerda”), ġew approvati.
2. Għal perjodu sal- ►M10 1 ta' Lulju 2021 ◄ , l-Istati Membri elenkati fit-tabella fl-Anness II jistgħu jitolbu li l-kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(2), introdotti f’żona soġġetta għal programm ta’ qerda jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-punti fir-rigward ta’ mard kopert minn dak il-programm ta’ qerda.
Artikolu 3a
Approvazzjoni tal-programmi ta' sorveljanza nazzjonali fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar)
1. Il-programmi ta' sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpes virus 1 μνar (OsHV-1 μνar) adottat mill-Istati Membri elenkati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness III fir-rigward taż-żoni elenkati fir-raba’ kolonna tiegħu (il-programmi ta' sorveljanza), huma approvati.
2. Għal perjodu li jdum sat- ►M8 30 ta' April 2016 ◄ , l-Istati Membri elenkati fit-tabella fl-Anness III jistgħu jitolbu li l-kunsinni li jiġu introdotti f'żona elenkata fir-raba’ kolonna ta' dak l-Anness ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) kunsinni ta' gajdri tal-Paċifiku maħsuba għal żoni fejn jitrabbew u jinżammu l-gajdri, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar it-tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;
(b) kunsinni ta' gajdri tal-Paċifiku għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar it-tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, meta tali kunsinni jkunu maħsuba għal ċentri tad-dispaċċ, tal-purifikazzjoni jew negozji simili qabel il-konsum mill-bniedem li mhumiex mgħammra b'sistema ta' trattament tal-effluwent ivvalidata mill-awtorità kompetenti li:
(i) tirrendi inattivi l-virusijiet b'involukru; jew
(ii) tnaqqas ir-riskju li l-mard jiġi trażmess fl-ilma naturali għal-livell aċċettabbli.
Artikolu 4
Rappurtar
1. Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri elenkati fl-Annessi I u II għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali approvati msemmija fl-Artikoli 2 u 3.
2. Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri elenkati fl-Anness III għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali approvati msemmija fl-Artikolu 3a.
3. Ir-rapporti previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu mill-inqas informazzjoni aġġornata dwar:
(a) ir-riskji sinifikanti għas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura, jew tal-annimali akkwatiċi selvaġġi ppreżentati mill-mard, li għalih japplikaw il-miżuri nazzjonali, u n-neċessità u l-adegwatezza ta' dawk il-miżuri;
(b) il-miżuri nazzjonali li ttieħdu sabiex jinżamm l-istatus ta' ħelsien mill-mard, inkluż kwalunkwe ttestjar li twettaq; l-informazzjoni li tikkonċerna dan l-ittestjar trid tiġi pprovduta bl-użu tal-formola li sservi ta' mudell stabbilita fl-Anness VI mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE ( 1 );
(c) l-evoluzzjoni tal-programm ta' qerda jew ta' sorveljanza, inkluż kull test li jkun twettaq; l-informazzjoni li tikkonċerna dan l-ittestjar trid tiġi pprovduta bl-użu tal-formula li sservi ta' mudell stabbilita fl-Anness VI mad-Deċiżjoni 2009/177/KE.
Artikolu 5
Is-Suspett u l-iskoperta ta’ mard f’żoni ħielsa mill-mard
1. Fejn Stat Membru li hu elenkat fl-Anness I ta’ dan jissuspetta l-preżenza ta’ marda f’żona li hija elenkata bħala żona ħielsa mill-mard għal dik il-marda f’dak l-Anness, dak l-istat Membru għandu jieħu l-miżuri mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 28, l-Artikolu 29(2),(3) u (4) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/88/KE.
2. Fejn l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma l-iskoperta tal-marda msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’dan, u bi kwalunkwe miżuri li jittieħdu għat-trażżin u l-kontroll ta’ dik il-marda.
Artikolu 5a
Suspett u sejbien tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f'żoni bi programmi ta' sorveljanza
1. Fejn Stat Membru li hu elenkat fl-Anness III ikollu suspett dwar il-preżenza tal-OsHV-1 μνar f'żona li hija elenkata fir-raba’ kolonna ta' dak l-Anness, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 28, l-Artikolu 29(2),(3) u (4) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/88/KE.
2. Fejn l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma l-iskoperta tal-OsHV-1 μνar fiż-żoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan, u bi kwalunkwe miżuri li jittieħdu għat-trażżin u l-kontroll ta' dik il-marda.
Artikolu 6
Revoka
Id-Deċiżjoni 2004/453/KE hija revokata.
Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Għal perjodu tranżizzjonali sat-31 ta’ Lulju 2010, il-kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont l-Anness III tad-Deċiżjoni 2004/453/KE jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom qabel dik id-data.
Artikolu 8
Applikabilità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-15 ta’ Mejju 2010.
Artikolu 9
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
L-Istati Membri u ż-żoni meqjusa ħielsa mill-mard elenkati fit-tabella u approvati biex jieħdu miżuri nazzjonali biex jevitaw l-introduzzjoni ta' dak il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE
|
Il-marda |
L-Istat Membru |
Il-kodiċi |
Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b'miżuri nazzjonali approvati |
|
Il-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjun (SVC) |
Id-Danimarka |
DK |
It-territorju kollu |
|
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
|
L-Ungerija |
HU |
It-territorju kollu |
|
|
Il-Finlandja |
FI |
It-territorju kollu |
|
|
L-Iżvezja |
SE |
It-territorju kollu |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju kollu tar-Renju Unit It-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man |
|
|
Il-marda tal-kliewi batterika (BKD) |
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju tal-Irlanda ta' Fuq It-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man |
|
|
In-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) |
Il-Finlandja |
FI |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
|
L-Iżvezja |
SE |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju tal-Isle of Man |
|
|
Ġirodattilożi Gyrodactylus salaris (GS) |
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
Il-Finlandja |
FI |
Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta' Tenojoki u Näätämöjoki; iż-żoni tal-ġbir tal-ilma tal-Paatsjoki, tat-Tuulomajoki, u tal-Uutuanjoki għandhom jitqiesu bħala żoni ta' lqugħ |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju kollu tar-Renju Unit It-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man |
|
|
L-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μVar) |
L-Irlanda |
IE |
►M12 Il-kompartiment 1: Il-Bajja ta' Sheephaven Il-kompartiment 3: Il-Bajjiet ta' Killala, Broadhaven u Blacksod Il-kompartiment 4: Il-Bajja ta' Streamstown Il-kompartiment 5: Il-Bajjiet ta' Bertraghboy u Galway Il-kompartiment A: Il-Mafqas tal-Bajja ta' Tralee ◄ |
|
Ir-Renju Unit |
UK |
►M11 It-territorju tal-Gran Brittanja, ħlief ix-Xmara Roach, ix-Xmara Crouch, Blackwater Estuary u x-Xmara Colne f'Essex, il-kosta tat-Tramuntana ta' Kent, il-Port ta' Poole f'Dorset u x-Xmara Teign f'Devon It-territorju tal-Irlanda ta' Fuq ħlief il-Bajja ta' Dundrum, il-Bajja ta' Killough, Lough Foyle, Carlingford Lough, Larne Lough u Strangford Lough It-territorju ta' Guernsey ◄ |
|
|
Infezzjoni bl-alfavirus tas-salmonidi (SAV) |
Il-Finlandja |
FI |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
ANNESS II
L-Istati Membri u partijiet minnhom bi programmi ta' eradikazzjoni fir-rigward ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura, u li huma approvati biex iwettqu miżuri nazzjonali għall-kontroll ta' dan il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE
|
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b'miżuri nazzjonali approvati |
|
Il-marda tal-kliewi batterika (BKD) |
L-Iżvezja |
SE |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
|
Il-vajrus infettiv tan-nekrożi pankreatika (IPN) |
L-Iżvezja |
SE |
Il-partijiet kostali tat-territorju |
ANNESS III
L-Istati Membri u ż-żoni bi programmi ta' sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpes virus 1μνar (OsHV-1μVar), u li huma approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali għall-kontroll ta' din il-marda skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE
|
Il-marda |
L-Istat Membru |
Il-kodiċi |
Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b'miżuri nazzjonali approvati (Stati Membri, żoni u kompartimenti) |
|
|
|
|
|
( 1 ) ĠU L 63, 7.3.2009, p. 15.