|
17.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 317/2010
tas-16 ta’ April 2010
li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2011 dwar l-impjiegi tal-persuni b'diżabbiltà għall-istħarriġ permezz ta' kampjuni dwar il-forza tax-xogħol previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni tan-NU”, iffirmata mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha, tistipula fl-Artikolu 31 tagħha dwar l-istatistika u l-ġbir tad-dejta li l-Partijiet Statali jimpenjaw irwieħhom li jiġbru l-informazzjoni xierqa, inkluża dejta statistika u dwar ir-riċerka li tippermettilhom ifasslu u jimplimentaw politiki li jdaħħlu fis-seħħ il-Konvenzjoni tan-NU, inklużi d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 27 konnessi max-xogħol u l-impjiegi. |
|
(2) |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Marzu 2008 dwar is-sitwazzjoni ta' persuni b'diżabbiltajiet fl-Unjoni Ewropea (2), il-Kunsill jenfasizza li l-istatistika dwar id-diżabbiltà hija meħtieġa biex tistabbilixxi stampa tas-sitwazzjoni ġenerali tal-persuni b'diżabbiltajiet fl-Ewropa u li din it-tip ta' dejta statistika u tar-riċerka tippermetti li jitfasslu u jiġu implimentati politiki informati dwar id-diżabbiltà fil-livelli differenti tat-tmexxija. Il-Kunsill isejjaħ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni ħalli, skont is-setgħat rispettivi tagħhom, jiżguraw li jibdew ħidmiet fuq strateġija Ewropea dwar id-diżabbiltà li tieħu post il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar id-Diżabbiltà 2004-2010 preżenti, billi fost affarijiet oħra jivvalutaw kif l-azzjonijiet nazzjonali jirriflettu l-impenji magħmula mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Konvenzjoni tan-NU fil-livell Ewropew, bil-kunsiderazzjoni li jiġu ffissati miri nazzjonali konsistenti u paragunabbli għal dak il-għan. |
|
(3) |
Hija meħtieġa ġabra ta' dejta komprensiva u paragunabbli dwar l-impjiegi ta' persuni b'diżabbiltajiet biex jiġi sorveljat il-progress fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni tan-NU u l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabbiltà kif ukoll biex titkejjel l-evoluzzjoni tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' persuni b'diżabbiltajiet. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ ta’ kampjuni dwar il-forza tax-xogħol stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (3) jinkludi modulu ad hoc dwar l-impjiegi tal-persuni b'diżabbiltà. Il-lista ta' varjabbli għal dan il-modulu għandha tiġi ddefinita. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista ddettaljata ta’ varjabbli li għandha tinġabar fl-2011 mill-modulu ad hoc dwar l-impjiegi tal-persuni b'diżabbiltà għandha tkun kif jistipula l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
STĦARRIĠ TA' KAMPJUNI TAL-FORZA TAX-XOGĦOL
Speċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc għas-sena 2011 dwar l-impjiegi ta' persuni b'diżabbiltà
|
1. |
L-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati: kollha. |
|
2. |
Il-varjabbli għandhom ikunu kkodifikati kif ġej:
Il-kodiċijiet tal-varjabbli tal-Istħarriġ ta' Kampjuni dwar il-Forza tax-Xogħol fil-kolonna “Filtru” jirreferu għall-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni tad-dejta mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta’ dejta dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-perjodi ta' tliet xhur ta’ referenza (1).
|