|
20.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Kawża M.11185 — PERMIRA / GRUPPO FLORENCE)
Każ kandidat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 255/06)
1.
Fil-11 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernsey), |
|
— |
Gruppo Florence S.p.A. (“Gruppo Florence”, l-Italja), ikkontrollat minn Florence InvestCo S.r.l. |
Permira se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Gruppo Florence kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Permira: tiġġestixxi fondi ta’ ekwità privata, li jinkludu kumpaniji tal-portafoll attivi fis-setturi tal-konsumatur, tas-servizzi, tal-kura tas-saħħa u tat-teknoloġija. Permira tikkontrolla, fost l-oħrajn, il-kumpaniji: (i) Golden Goose S.p.A, attiva fil-bejgħ bl-imnut ta’ żraben lussużi, ħwejjeġ u aċċessorji tal-ġilda; u (ii) Italian Fashion Team S.r.l. attiva fil-manifattura ta’ lbies lussuż, xedd is-saqajn u oġġetti tal-ġilda, |
|
— |
Gruppo Florence: hija attiva fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ lbies ta’ livell għoli, xedd is-saqajn u oġġetti tal-ġilda għal marki lussużi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jkun innotat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11185 — PERMIRA / GRUPPO FLORENCE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).