|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/590 |
4.1.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuna fiżika u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/195, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/196 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(C/2024/590)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna u l-entità li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/195 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/196 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jeħtieġ li l-persuni, l-entitajiet jew il-korpi elenkati jridu jirrapportaw, qabel l-1 ta' Settembru 2022 jew fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, skont liema tkun l-aktar reċenti, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 (5).
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) ĠU L, 2024/195, 3.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/195/oj
(4) ĠU L, 2024/196, 3.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/196/oj
(5) L-aħħar verżjoni konsolidata hija disponibbli fuq EUR-Lex - 02014R0269-20230915 - MT - EUR-Lex (europa.eu).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/590/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)