European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4101

19.7.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1461, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1469 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

(C/2025/4101)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-entitajiet li jidhru fl-Anness I u II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1461 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1469 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk l-entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk l-entitajiet għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi friżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

L-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill qabel it-28 ta' Novembru 2025 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex terġa' titqies id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq, fl-indirizz li ġej.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Barra minn hekk, qed tinġibed l-attenzjoni tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)   ĠU L, 2025/1461, 19.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1461/oj.

(3)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(4)   ĠU L, 2025/1469, 19.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1469/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4101/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)