52008PC0082

Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2007, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej {SEC(2008) 195} /* KUMM/2008/0082 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 15.2.2008

KUMM(2008) 82 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2007, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEC(2008) 195}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Il-bażi tal-proposta u l-għanijiet tagħha F’Diċembru 2007 l-Kunsill, fuq bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni msejsa fuq ir-rapport ta’ l-Eurostat, ħa deċiżjoni li taġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Madankollu, wara li l-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha lill-Kunsill, l-Italja, fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali adottata f'Diċembru 2007, ikkomunikat id-data l-ġdida dwar iż-żieda retroattiva tar-remunerazzjoni reali tal-ħaddiema taċ-ċivil fil-gvern ċentrali f’dak l-Istat Membru b'effett mill-1 ta' Frar 2007, li taqa’ fil-perjodu ta' referenza bejn l-1 ta' Lulju 2006 u l-1 ta' Lulju 2007, u l-Eurostat immodifika l-Indikatur Speċifiku għall-perjodu ta’ referenza. Għalhekk, sabiex jiġi garantit li l-kapaċità ta’ l-akkwist ta' l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunità tikber b'mod parallel għal dik tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali ta' l-Istati Membri, il-pagi u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u ta’ ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet għandhom jiġu aġġustati taħt reviżjoni addizzjonali. |

120 | Il-kuntest ġenerali B’konformità ma’ l-Artikolu 3 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet jirriżulta direttament mill-bidliet fil-kapaċità ta' l-akkwist tal-pagi pubbliċi nazzjonali (indikatur speċifiku), il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell (Indiċi Internazzjonali) u kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi stabbiliti mill-Eurostat. L-indikatur speċifiku jkejjel, bl-inflazzjoni eskluża, l-iżvilupp tar-remunerazzjoni netta tal-ħaddiema fis-servizzi pubbliku nazzjonali ta’ l-amministrazzjonijiet ċentrali ta’ l-Istati Membri. L-Eurostat iddetermina dan l-indikatur fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mit-tmien Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4) ta’ l-Anness XI. Madanakollu, f’Diċembru 2007, minħabba l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni ġdida fl-Italja li tapplika b'mod retroattiv mill-1 ta' Frar 2007 u għalhekk taqa' fil-perjodu ta' referenza, l-Eurostat immodifika l-Indikatur Speċifiku fuq il-bażi taċ-ċifri mogħtija mill-uffiċċju ta' l-istatistika Taljan. L-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell ikejjel l-iżvilupp ta’ l-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Eurostat iddetermina dan l-indiċi fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani. |

130 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proposta hi ppreżentata kull sena biex ikunu aġġustati r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet. |

141 | Il-koerenza mal-politika u l-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti ta’ l-impjegati skond il-proċeduri fis-seħħ. |

212 | Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. |

Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert |

229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. |

230 | Valutazzjoni ta’ l-Impatt - Il-proposta għandha l-għan li taddatta r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. - Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. |

ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Sinteżi ta' l-azzjoni proposta F'konformità ma’ l-Artikolu 1 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Eurostat ħejja rapport dwar il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell, il-bidla fil-kapaċità ta' l-akkwist fis-salarji tas-servizzi ċivili nazzjonali, kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi li minnhom jiġu kkalkulati ż-żidiet fil-pagi. 3.1. AĠĠUSTAMENT TAR-RIMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET FIL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Il-bidla medja fil-kapaċità ta' l-akkwist tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indikatur speċifiku hi ekwivalenti għal 0.0%. Il-bidla fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indiċi internazzjonali ta’ Brussell ikkalkulat mill-Eurostat hija ta’ 1.4%. B’konformità ma’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-valur ta’ l-aġġustament hu ugwali għall-prodott ta’ l-indikatur speċifiku u ta’ l-indiċi internazzjonali ta’ Brussell iddeterminati mill-Eurostat. L-aġġustament propost fir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu huwa għalhekk ta’ 1.4%. B’konformità ma’ l-Artikolu 3(5) ta’ l-Anness XI, ebda piż differenzjat m'hu applikabbli fil-Belġju u lanqas fil-Lussemburgu. |

310 | Bażi legali Il-bażi legali hija r-Regolamenti tal-Persunal, u partikolarment l-Anness XI tagħhom. |

329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hi konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

331 | - L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi regolament tal-Kunsill. |

332 | - Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament previst fir-Regolamenti tal-Persunal. |

L-għażla ta’ l-istrumenti |

341 | Strument propost: regolament. |

342 | Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi regolament tal-Kunsill. |

L-IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT |

401 | L-impatt fuq l-ispejjeż amministrattvi u fuq id-dħul minn taxxi ta’ l-aġġustament tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet jinsab f’forma dettaljata fir-rendikont finanzjarju mehmuż hawnhekk. |

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2007, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunità, imniżżla fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], b'mod partikolari l-Artikoli 63, 65 u 82 u l-Annessi VII, XI u XIII tar-Regolamenti tal-Perunal, kif ukoll l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 20, u l-Artikoli 64 u 92 tal-Kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema oħrajn,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

1. L-Italja, fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali adottata f'Diċembru 2007, ikkomunikat id- data l-ġdida dwar iż-żieda retroattiva tar-remunerazzjoni reali tal-ħaddiema taċ-ċivil fil-gvern ċentrali f’dak l-Istat Membru b'effett mill-1 ta' Frar 2007, li taqa’ fil-perjodu ta' referenza bejn l-1 ta' Lulju 2006 u l-1 ta' Lulju 2007, u għalhekk l-Eurostat immodifika l-Indikatur Speċifiku għall-perjodu ta’ referenza.

2. Sabiex jiggarantixxi li s-saħħa tax-xiri ta' l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunità tikber b'mod parallel għal dik ta' l-impjegati taċ-ċivil nazzjonali ta' l-Istati Membri, il-pagi u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet għandhom jiġu aġġustati skond il-verifika annwali tas-sena 2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-fini tal-kalkolu tal-pagi u l-pensjonijiet tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 2

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont ta' l- allowance għal-liv tal-ġenituri msemmija fl-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 852.74 u EUR 1136.98 għal familji b'ġenitur wieħed.

Artikolu 3

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont bażiku għall- allowance għall-familja msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 159.49.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall- allowance għat-tfal dipendenti msemmija fl-Artikolu 2(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 348.50.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall- allowance għall-edukazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 236.46.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall- allowance għall-edukazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 85.14.

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont minimu ta' l- allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1) ta' l-Anness VII tiegħu għandu jkun ta' EUR 472.70.

Artikolu 4

B'effett mill-1 ta' Jannar 2008, l- allowance għall-kilometraġġ imniżżla fl-Artikolu 8 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal hija mibdula għal li ġej:

EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km

EUR 0.3545 għal kull kilometru bejn 201 u 1,000 km

EUR 0.5908 għal kull kilometru bejn 1,001 u 2,000 km

EUR 0.3545 għal kull kilometru bejn 2,001 u 3,000 km

EUR 0.1181 għal kull kilometru bejn 3,001 u 4,000 km

EUR 0.0569 għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km

EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn 10 000 km.

Ma' din l- allowance għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:

- EUR 177.22 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post ta' l-impieg u l-post ta' l-oriġini hija bejn 725 km u 1,450 km,

- EUR 354.41 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post ta' l-impjieg u l-post ta' l-oriġini hija aktar minn 1,450 km,

Artikolu 5

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall-allowance għall-għajxien ta' kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta':

- EUR 36.63 għall-uffiċjali li għandhom dritt għall- allowance tal-familja,

- EUR 29.53 għall-uffiċjali li m'għandhomx dritt għall- allowance tal-familja.

Artikolu 6

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, il-limitu minimu għall- allowance għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta’ ħaddiema oħra huwa ta':

- EUR 1042.85 għal impjegat li huwa intitolat għall- allowance tal-familja,

- EUR 620.08 għal impjegat li mhux intitolat għall- allowance tal-familja.

Artikolu 7

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, il-limitu minimu għall- allowance għall-qgħad imniżżla fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28a(3) tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, għandu jkun ta' EUR 1250.67, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2501.35 u l- allowance standard għandha tkun ta' EUR 1136.98.

Artikolu 8

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 63 tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta’ ħaddiema oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 9

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta’ ħaddiema oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 10

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, il-limitu minimu għall- allowance għall-istallazzjoni msemmija fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta’ ħaddiema oħra għandu jkun ta':

- EUR 784.40 għal impjegat li huwa intitolat għall- allowance tal-familja,

- EUR 465.05 għal impjegat li mhux intitolat għall- allowance tal-familja.

Artikolu 11

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, il-limitu minimu għall- allowance għall-qgħad imsemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta’ ħaddiema oħra, għandu jkun ta' EUR 938.01, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 1876.01 u l- allowance standard għandha tkun ta' EUR 852.74.

Artikolu 12

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l- allowances għal xogħol bix-xift imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[2] għandhom ikunu ta' EUR 357.45, EUR 539.51, EUR 589.88 u EUR 804.20.

Artikolu 13

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammonti li jidhru fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68[3] għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5.159819.

Artikolu 14

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

[pic]

Artikolu 15

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall- allowance għat-tfal dipendenti msemmija fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 14 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun kif ġej:

[pic]

Artikolu 16

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-ammont għall- allowance għall-edukazzjoni msemmija fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 15 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun kif ġej:

[pic]

Artikolu 17

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, għall-finijiet ta' l-Artikolu 18(1) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont ta' l- allowance fissa msemmija fl-Artikolu 4a ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandu jkun ta':

EUR 123.31 fix-xahar għal uffiċjali fil-Gradi C4 jew C5,

- EUR 189.06 fix-xahar għal uffiċjali kklassifikati fil-gradi C1, C2 jew C3.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2007, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

2. QAFAS ABM/ABB (ĠESTJONI SKOND L-ATTIVITÀ/IBBAĠITJAR SKOND L-ATTIVITÀ)

Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat/i u Attività/jiet assoċjata/i magħhom:

L-oqsma u l-attivitajiet huma kollha potenzjalment ikkonċernati.

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ assistenza teknika u amministrattiva (ex-linji B.A.)), fosthom l-intestaturi:

In-nefqa: XX.01.01.01 Kummissjoni u Kapitolu 11 Istituzzjonijiet oħra

Dħul: 400 - Dħul mit-taxxa fuq is-salarji, il-pagi u l- allowances ta’ l-uffiċjali, ħaddiema oħra u persuni li jirċievu pensjoni, 404 – Dħul mill-imposta speċjali fuq is-salarji tal-membri ta’ l-istituzzjonijiet, uffiċjali u impjegati oħra b’impjieg attiv, 410 – Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.

3.2. Id-dewmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Indefinit

3.3. Il-karatteristiċi tal-baġit (żid ir-ringieli jekk hemm bżonn):

Il-linja tal-baġit: | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjoni-jiet minn pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

XX.01.01.01 u Kapitolu 11 | Nefqa mhux obbligatorja | NDA[4] | LE | LE | LE | Nru [5] |

4. SINTEŻI TAR-RIŻORSI

4.1. Ir-riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sinteżi ta' l-approprjazzjonijiet ta’ l-impenn (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

Miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Natura tan-nefqa | Nru tat-Taqsima | Sena n | n +1 | n + 2 | n +3 | n +4 | n+5 u wara | Total |

Nefqa operattiva[5] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b |

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[6] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprazzjonijiet għall-impenji | a+c |

Approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c |

Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[7] |

Riżorsi umani u spejjeż assoċjati (NDA) | 8.2.5 | d | 27,9 | 18,6 | 18,6 | 18,6 | 18,6 | 18,6 | n/a |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e |

Total indikattiv ta’ l-ispiża finanzjarja ta’ l-intervent

AI TOTALI, inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 27,9 | 18,6 | 18,6 | 18,6 | 18,6 | 18,6 | n/a |

AĦ TOTALI, inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 27,9 | 18,6 | 18,6 | 18,6 | 18,6 | 18,6 | n/a |

Dettalji tal-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tkun indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta' hawn taħt (jistgħu jiġu miżjuda aktar linji jekk ikunu previsti aktar organizzazzjonijiet għall-forniment tal-kofinanzjament):

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

L-organizzazzjoni tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

AI TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Il-kompatibbiltà ma’ l-ipprogrammar finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[8] (jiġifieri, strument tal-flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Impatt finanzjarju - L-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu li bih jiġi kkalkolat l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

Miljuni ta' EUR (sa ċifra deċimali waħda)

Qabel l-azzjoni [Sena n] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

Fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jeħtieġ li jkun hemm id-dettalji tal-kuntest tal-proposta Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni komplementari speċifika li ġejja:

5.1. Implimentazzjoni meħtieġa fi żmien qasir jew fuq tul ta’ żmien

Obbligu skond ir-Regolamenti tal-Persunal

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment mill-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Mhux applikabbli.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ l-ABM

Mhux applikabbli.

5.4. Il-metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv)

Hawn taħt uri l-metodu/i[10] magħżul/a biex l-azzjoni tiġi implimentata.

( Ġestjoni ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni: PMO

- ( indirettament b'delega lil:

- ( aġenziji eżekuttivi

- ( (entitajiet mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

- ( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b'missjoni ta' servizz pubbliku

( Ġestjoni konġunta jew deċentralizzata

- ( (ma’ Stati Membri

- ( (ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Is-sistema ta’ monitoraġġ

Mhux applikabbli.

6.2. L-evalwazzjoni

6.2.1. L-evalwazzjoni ex-ante

Mhux applikabbli.

6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni interim/ex-post (it-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjonjiet fil-ġejjieni

Evalwazzjoni fl-aħħar tar-raba’ sena minn Lulju 2004

7. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI

Mhux applikabbli.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew impjegati temporanji[12] (XX 01 01) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Impjegati iffinanzjati[13] mill-Artikolu XX 01 02 |

Persunal ieħor iffinanzjat[14] mill-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL |

8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

8.2.3. L-oriġini tar-riżorsi umani (statutorji)

(Fejn ikun dikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors)

- ( Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li ser ikun mibdul jew estiż

- ( Karigi allokati minn qabel fil-qafas ta' l-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena n

- ( Karigi li se jintalbu fil-proċedura ta’ l-APS/PDB li jmiss

- ( Karigi li se jerġgħu jingħataw billi jintużaw ir-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (trasferimenti interni)

- ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsiti fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Il-linja tal-baġit: (Nru u titolu) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

1. Għajnuna teknika u amministrattiva (inkluża n-nefqa relatata mal-persunal) |

Aġenziji eżekuttivi[15] |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Għajnuna teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. Nefqa finanzjarja fuq riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) |

Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarju, ENS, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Nefqa totali tar-riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Uffiċjali u aġenti temporanji

Għandha ssir referenza għall- Punt 8.2.1, jekk applikabbli

Kalkolu - Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 - Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 –Kumitati[16] |

XX 01 02 11 04 - Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 - Sistemi ta’ informazzjoni |

2. Total ta’ nfiq ieħor ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

3. Nefqiet oħra ta’ natura amministrattiva (ippreċiża billi tindika l-linja tal-baġit) |

Total ta’ l-infiq amministrattiv, għajr ir-riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

[1] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru … (ĠU L .., …, p. ..).

[2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p.1). Ir-Regolament kif komplut bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1307/87 (ĠU L 124, tat-13.5.1987, p.6), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEFA, KE, Euratom) Nru ... (ĠU L ..., 1.1.2004, p.1).

[3] Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 8). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru … (ĠU L .., …, p. ..).

[4] Krediti assoċjati

[5] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[6] Infiq li jaqa’ taħt l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[7] Infiq li jaqa' taħt il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[8] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim interistituzzjonali.

[9] Jekk ikun hemm bżonn għandhom jiżdiedu aktar kolonni, jiġifieri jekk l-azzjoni ddum aktar minn 6 snin.

[10] Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok agħti dettalji addizzjonali fit-taqsima "Kummenti rilevanti" ta' dan il-punt.

[11] Kif deskritt f’Sezzjoni 5.3.

[12] Li n-nefqa għalihom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[13] Li n-nefqa għalihom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[14] Li n-nefqa għalihom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

[15] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i konċernata/i.

[16] Speċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li jagħmel parti minnu.