Official Journal L 293 , 13/10/1981 P. 0006 - 0007
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0053
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0143
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0053
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 23 P. 0143
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2930/81 tat-12 ta’ Ottubru 1981 li jadotta dispożizzjonijiet addizzjonali għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Greċja, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 tat-28 ta’ April 1981 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini [2], u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ Artikolu 6 tiegħu, Billi, sabiex tassigura l-klassifika uniformi tal-karkassi ta’ annimali adulti bovini fil-Komunità, huwa neċessarju li jsiru tifsiriet ta’ klassijiet ta’ konformità u klassijiet ta’ ħxuna, iktar preċiżi; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond il-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Ċanga u Vitella, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-dispożizzjonijiet addizzjonali msemmija fl-ewwel subaparagrafu ta’ Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1208/81 għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni uffiċjali tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Ottubru 1981. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, 28, 6. 1968, p. 24. [2] ĠU L 123, tas-7.5.1981, p. 3. -------------------------------------------------- ANNESS 1. KONFORMITÀ L-iżvilupp ta’ profili ta’ karkassi, b’mod partikolari l-partijiet essenzjali (il-qatgħa tonda, d-dahar, l-ispalla) Klassi ta’ konformità | Dispożizzjonijiet addizzjonali | | | E | Il-QatgħaTondaittundjata ħafna | Il-parti ta’ fuq tixxerred sewwa tul is-simfisi (pelvi simfisi) | eċċellenti | Daharwiesa’ u oħxon ħafna, sa l-ispalla | Rump ittundjat ħafna | Spallaittundjata ħafna | | U | Il-Qatgħa Tondaittundjata | Il-parti ta’ fuq tixxerred sew tul is-simfisi (pelvi simfisi) | tajjeb ħafna | Daharwiesa’ u oħxon, sa l-ispalla | Rump ittundjat | Spallaittundjata | | R | Il-Qatgħa Tondażvilluppata sew | Il-parti ta’ fuq u r-rump huma kemm kemm ittundjati | tajjeb | Dahargħadu oħxon imma inqas wiesa’ ma’ l-ispalla | | Spallarelattivament żvilluppat sew | | O | Il-Qatgħa Tondażvilupp medju jxaqleb għal żvilupp b’nuqqas | | mhux ħażin | Daharħxuna medja lejn ħxuna b’nuqqas | Rump: profil dritt | Spallażvilupp medju lejn kważi ċatta | | P | Il-QatgħaTondażviluppat ftit | | povra | Dahardejjaq bl-għadam viżibbli | | Spallaċatta bl-għadam viżibbli | | 2. GRAD TA’ KOPERTURA TA’ XAĦAM Ammont ta’ xaħam fuq barra tal-karkassa u fil-kavità toraċika Klassi ta’ kopertura ta’ xaħam | Dispożizzjonijiet addizzjonali | 1 baxx | Ebda xaħam fil-kavità toraċika | 2 ħafif | Fil-kavità toraċika il-muskolu jidher b’mod ċar bejn il-qafas | 3 medja | Fil-kavità toraċika il-muskolu jidher bejn il-qafas | 4 għoli | Il-ħjut tax-xaħam fuq il-qatgħa tonda huma prominenti. Fil-kavità toraċika il-muskolu bejn il-qafas jista’ jkun infiltrat bix-xaħam | 5 għoli ħafna | Il-qatgħa tonda hija kompletament koperta bix-xaham, li l-ħjut tax-xaħam mhumiex iktar viżibbli b’mod ċar. Fil-kavità toraċika il-muskolu bejn il-qafas huwa infiltrat bix-xaħam | --------------------------------------------------